This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021D0762
Commission Implementing Decision (EU) 2021/762 of 6 May 2021 concerning the extension of the action taken by the Irish Department of Agriculture, Food and the Marine permitting the making available on the market and use of biocidal products containing propan-2-ol for use as human hygiene products in accordance with Article 55(1) of Regulation (EU) No 528/2012 of the European Parliament and of the Council (notified under document C(2021) 3127) (Only the English text is authentic)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/762 tas-6 ta’ Mejju 2021 dwar l-estensjoni tal-azzjoni meħuda mid-Dipartiment Irlandiż għall-Agrikoltura, l-Ikel u l-Baħar li tippermetti t-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali li fihom il-propan-2-ol għall-użu bħala prodotti għall-iġjene tal-bniedem f’konformità mal-Artikolu 55(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2021) 3127) (It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/762 tas-6 ta’ Mejju 2021 dwar l-estensjoni tal-azzjoni meħuda mid-Dipartiment Irlandiż għall-Agrikoltura, l-Ikel u l-Baħar li tippermetti t-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali li fihom il-propan-2-ol għall-użu bħala prodotti għall-iġjene tal-bniedem f’konformità mal-Artikolu 55(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2021) 3127) (It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
C/2021/3127
ĠU L 162, 10.5.2021, p. 50–51
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
10.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 162/50 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/762
tas-6 ta’ Mejju 2021
dwar l-estensjoni tal-azzjoni meħuda mid-Dipartiment Irlandiż għall-Agrikoltura, l-Ikel u l-Baħar li tippermetti t-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali li fihom il-propan-2-ol għall-użu bħala prodotti għall-iġjene tal-bniedem f’konformità mal-Artikolu 55(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument C(2021) 3127)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 55(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-18 ta’ Settembru 2020, f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 55(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, id-Dipartiment Irlandiż għall-Agrikoltura, l-Ikel u l-Baħar (“l-awtorità kompetenti”) adotta deċiżjoni biex ikunu jistgħu jsiru t-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali li fihom il-propan-2-ol għall-użu bħala prodotti għall-iġjene tal-bniedem (“l-azzjoni”) sas-16 ta’ Marzu 2021. F’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 55(1) ta’ dak ir-Regolament, l-awtorità kompetenti infurmat lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra bl-azzjoni u bil-ġustifikazzjoni tagħha. |
(2) |
Skont l-informazzjoni li tat l-awtorità kompetenti, l-azzjoni kienet meħtieġa biex titħares is-saħħa pubblika. L-użu tad-diżinfettanti tal-idejn b’bażi ta’ alkoħol hu rakkomandat mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) bħala miżura preventiva kontra t-tixrid tal-COVID-19, bħala alternattiva għall-ħasil tal-idejn bis-sapun u bl-ilma. |
(3) |
Il-formulazzjoni bbażata fuq il-propan-2-ol rakkomandata mid-WHO fiha l-propan-2-ol bħala sustanza attiva. Il-propan-2-ol hu approvat għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 1 (iġjene tal-bniedem) kif definit fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
(4) |
Minn mindu faqqgħet il-pandemija tal-COVID-19, id-domanda għall-prodotti tad-diżinfezzjoni kienet estremament għolja fl-Irlanda u b’hekk kien hemm skarsezzi mingħajr preċedent ta’ dawn il-prodotti fis-suq Irlandiż. Il-COVID-19 tirrappreżenta theddida serja għas-saħħa pubblika fl-Irlanda u hu kruċjali li jkun hemm biżżejjed prodotti tad-diżinfezzjoni għall-kontroll tat-tixrid tagħha. |
(5) |
Skont il-kundizzjonijiet fl-azzjoni, il-kumpaniji li jkun beħsiebhom jagħmlu prodotti bħal dawn disponibbli fis-suq, jeħtieġ jippreżentaw informazzjoni speċifika dwar il-prodotti lill-awtorità kompetenti, u din tiddeċiedi jekk tagħtix permess biex dawk il-prodotti jkunu disponibbli fis-suq. |
(6) |
F’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 55(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, fil-5 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni rċeviet talba motivata mingħand l-awtorità kompetenti biex titħalla testendi l-azzjoni. It-talba motivata saret abbażi ta’ tħassib li s-saħħa pubblika jaf tkun ipperikolata mill-COVID-19 wara s-16 ta’ Marzu 2021 u tqis il-fatt li hu kruċjali li fis-suq jitħallew jitpoġġew prodotti addizzjonali tad-diżinfezzjoni biex jitrażżan il-periklu kkawżat mill-COVID-19. |
(7) |
Skont l-awtorità kompetenti, id-domanda għall-prodotti tad-diżinfezzjoni għall-iġjene tal-bniedem għadha estremament għolja minħabba l-inċidenza kontinwa tal-COVID-19 fl-Irlanda. |
(8) |
L-awtorità kompetenti ħeġġet lill-kumpaniji kollha li qiegħdu l-prodotti tagħhom fis-suq skont l-azzjoni, biex jiksbu awtorizzazzjoni regolari tal-prodott malajr kemm jista’ jkun, biex jonqsu kemm jista’ jkun il-lakuni fil-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti. Xi kumpaniji applikaw għal awtorizzazzjoni nazzjonali tal-prodotti tagħhom. Madankollu, hu meħtieġ ammont konsiderevoli ta’ żmien għall-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet. |
(9) |
Peress li l-COVID-19 għadha periklu għas-saħħa pubblika u dan il-periklu ma jistax jitrażżan b’mod adegwat fl-Irlanda jekk fis-suq ma jkunx hemm prodotti addizzjonali tad-diżinfezzjoni, jixraq li l-awtorità kompetenti titħalla testendi l-azzjoni. |
(10) |
Filwaqt li jitqies li l-azzjoni skadiet fis-17 ta’ Marzu 2021, din id-Deċiżjoni jenħtieġ ikollha effett retroattiv. |
(11) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Dipartiment Irlandiż tal-Agrikoltura, l-Ikel u l-Baħar jista’ jestendi l-permess għat-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali li fihom il-propan-2-ol għall-użu bħala prodotti tal-iġjene tal-bniedem sat-18 ta’ Settembru 2022.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lid-Dipartiment Irlandiż tal-Agrikoltura, l-Ikel u l-Baħar.
Għandha tapplika mis-17 ta’ Marzu 2021.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Mejju 2021.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni