This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021D0636
Council Implementing Decision (CFSP) 2021/636 of 16 April 2021 implementing Decision 2013/798/CFSP concerning restrictive measures against the Central African Republic
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/636 tas-16 ta’ April 2021 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/798/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/636 tas-16 ta’ April 2021 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/798/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana
ST/7320/2021/INIT
ĠU L 132, 19.4.2021, p. 194–196
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32013D0798 | Sostituzzjoni | anness parti A punt 14 | 19/04/2021 |
19.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 132/194 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/636
tas-16 ta’ April 2021
li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/798/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/798/PESK tat-23 ta’ Diċembru 2013 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2c tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-23 ta’ Diċembru 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/798/PESK. |
(2) |
Fit-22 ta’ Frar 2021, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-KSNU 2127 (2013) aġġorna l-informazzjoni dwar persuna soġġetta għal miżuri restrittivi. |
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness għad-Deċiżjoni 2013/798/PESK jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2013/798/PESK huwa b’dan emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ April 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
A. P. ZACARIAS
ANNESS
Fil-lista li tinsab fil-Parti A (Persuni) tal-Anness għad-Deċiżjoni 2013/798/PESK, l-entrata 14 hija sostitwita bl-entrata li ġejja:
"14. |
Bi Sidi SOULEMAN (magħruf ukoll bħala: a) Sidiki b) 'General' Sidiki c) Sidiki Abbas d) Souleymane Bi Sidi e) Bi Sidi Soulemane)
Deżinjazzjoni: Il-President u l-'ġeneral' awtoproklamat ta' Retour, Réclamation et Réhabilitation (3R) Data tat-Twelid: 20 ta' Lulju 1962 Post tat-Twelid: Bocaranga, Repubblika Ċentru-Afrikana Nazzjonalità: Repubblika Ċentru-Afrikana Nru tal-passaport: Laissez-passer Nru N°235/MISPAT/DIRCAB/DGPC/DGAEI/SI/SP, maħruġ fil-15 ta' Marzu 2019 (maħruġ mill-Ministru għall-Intern tar-Repubblika Ċentru-Afrikana) Indirizz: Koui, prefettura ta' Ouham-Pendé, Repubblika Ċentru-Afrikana Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 5 ta' Awwissu 2020 Informazzjoni oħra: Bi Sidi Souleman imexxi l-grupp ta' milizzja Retour, Réclamation et Réhabilitation (3R) ibbażat fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA) li qatel, ittortura, stupra u sposta lil persuni ċivili u li kien involut fit-traffikar tal-armi, attivitajiet ta' tassazzjoni illegali, u gwerra ma' milizzji oħrajn minn mindu nħoloq fl-2015. Bi Sidi Souleman innifsu pparteċipa wkoll fit-tortura. Fis-6 ta' Frar 2019, 3R iffirma l-Ftehim Politiku għall-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fir-RĊA iżda involva ruħu f'atti li jiksru l-Ftehim u jibqa' ta' theddida għall-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tar-RĊA. Pereżempju, fil-21 ta' Mejju 2019, 3R qatel 34 persuna ċivili mhux armati fi tliet villaġġi, qatel b'mod sommarju irġiel adulti. Bi Sidi Souleman kkonferma b'mod miftuħ lil Entità tan-NU li huwa kien ordna elementi li jagħmlu parti minn 3R biex jidħlu fil-villaġġi fid-data tal-attakki, iżda ma ammettiex li ta l-ordnijiet lil 3R biex joqtlu. F'Diċembru 2020, wara li ngħaqad ma' koalizzjoni ta' gruppi armati stabbilita biex tfixkel il-proċess elettorali, ġie rrappurtat li Bi Sidi Souleman inqatel waqt il-ġlied. Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet: Bi Sidi Souleman ġie elenkat fil-5 ta' Awwissu 2020 skont il-paragrafu 20 u l-paragrafu 21(b) tar-Riżoluzzjoni 2399 (2018), estiża mill-paragrafu 5 tar-Riżoluzzjoni 2507 (2020), billi kien involut jew ipprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-Repubblika Ċentru-Afrikana, inkluż atti li jheddu jew ifixklu l-proċess ta' stabbilizzazzjoni u rikonċiljazzjoni jew li jinstigaw il-vjolenza; u billi kien involut fl-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta' atti fir-Repubblika Ċentru-Afrikana li jiksru d-dritt internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem jew id-dritt umanitarja internazzjonali, kif applikabbli, jew li jikkostitwixxu abbużi jew ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż dawk li jinvolvu attakki fuq il-persuni ċivili, attakki fuq bażi etnika jew reliġjuża, attakki fuq objettivi ċivili, inkluż ċentri amministrattivi, qrati, skejjel u sptarijiet, u l-ħtif u ċ-ċaqliq sfurzat. Informazzjoni addizzjonali President u 'ġeneral' awtoproklamat tal-grupp armat Retour, Réclamation et Réhabilitation (3R), Bi Sidi Souleman kien involut f'atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tar-RĊA u, b'mod partikolari, li jheddu l-implimentazzjoni tal-Ftehim Politiku għall-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fir-RĊA ffirmat fis-6 ta' Frar 2019 f'Bangui. Hu u ġellieda taħt il-kmand tiegħu wettqu atti li jikkostitwixxu ksur serju tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew tad-dritt umanitarju internazzjonali. Fil-21 ta' Mejju 2019, 3R qatel 34 persuna ċivili mhux armati fi tliet villaġġi (Koundjili, Lemouna u Bohong), qatel b'mod sommarju irġiel adulti. Taħt it-tmexxija tiegħu, elementi li jagħmlu parti minn 3R wettqu atti li jinvolvu vjolenza sesswali u sessista. F'Settembru 2017, matul attakk kontra Bocaranga, elementi li jagħmlu parti minn 3R stupraw bosta nisa u bniet. Bejn Marzu u April 2020, elementi li jagħmlu parti minn 3R kienu involuti f'seba' każijiet ta' vjolenza sesswali fi tliet villaġġi fil-prefettura ta' Ouham-Pendé. Taħt it-tmexxija tiegħu, 3R kompla jimpedixxi r-restawr tal-awtorità tal-istat fiż-żoni ta' operazzjoni tagħha billi żamm sistemi ta' tassazzjoni illegali, speċjalment fuq l-attivitajiet ta' transumanza u fuq il-vjaġġaturi, u kien involut fl-isfruttament illegali tad-deheb fil-prefetturi ta' Mambéré-Kadéï u Nana-Mambéré. Fl-2019, taħt it-tmexxija tiegħu, 3R wettaq l-ewwel ksur tiegħu tal-Ftehim ta' Paċi. Bi Sidi Souleman għall-bidu rrifjuta li jibda d-diżarm u d-demobilizzazzjoni tal-ġellieda ta' 3R li suppost jipparteċipaw fl-ewwel unità speċjali ta' sigurtà mħallta fil-punent tar-RĊA u 3R kompla wkoll jespandi l-kontroll tiegħu fuq territorji li ġiegħlu lill-MINUSCA tniedi operazzjoni fil-prefetturi ta' Ouham-Pendé, Nana-Mambéré, u Mambéré-Kadéï f'Settembru 2019, kif ukoll fit-traffikar tal-armi sabiex jibnu l-kapaċitajiet militari u fir-reklutaġġ ta' ġellieda minn barra l-pajjiż. Fl-2020, taħt it-tmexxija tiegħu, 3R kompla jwettaq ksur tal-ftehim ta' Paċi u jespandi l-kontroll tiegħu fuq it-territorji tal-Punent. F'Mejju 2020, elementi li jagħmlu parti minn 3R okkupaw il-gendarmerie ta' Besson fil-prefettura ta' Nana-Mambéré u elementi li qabel kienu jagħmlu parti minn 3R telqu mill-Bouar USMS. Fil-5 ta' Ġunju 2020, Bi Sidi Souleman ħabbar is-sospensjoni tal-parteċipazzjoni ta' 3R fil-mekkaniżmi ta' segwitu tal-Ftehim sa ma jingħata avviż ieħor. Fid-9 ta' Ġunju 2020, elementi preżunti jagħmlu parti minn 3R attakkaw il-kamp ta' taħriġ tal-USMS ta' Bouar kif ukoll il-punt ta' kontroll konġunt ta' MINUSCA u tal-forzi nazzjonali f'Pougol. Fil-21 ta' Ġunju 2020, elementi li jagħmlu parti minn 3R attakkaw pattulja konġunta ta' MINUSCA u l-forzi nazzjonali qrib Besson li wassal għall-mewt ta' tliet suldati Ċentru-Afrikani." |