Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D0113

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/113 tal-25 ta’ Jannar 2021 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittribejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cookdwar estensjoni tal-Protokoll għall-implimentazzjonital-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibblibejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook

    ĠU L 36, 2.2.2021, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/113/oj

    Related international agreement

    2.2.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 36/3


    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/113

    tal-25 ta’ Jannar 2021

    dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittribejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cookdwar estensjoni tal-Protokoll għall-implimentazzjonital-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibblibejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

    Billi:

    (1)

    Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1545 (2), il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri dwar estensjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook (“il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri”), li ser jiskadi fit-13 ta’ Ottubru 2020, ġie ffirmat fit-13 ta’ Novembru 2020, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data iktar tard.

    (2)

    L-għan tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri huwa li jippermetti lill-Unjoni u lill-Gvern tal-Gżejjer Cook ikomplu jaħdmu bejniethom biex jippromwovu politika tas-sajd sostenibbli u l-użu responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet tal-Gżejjer Cook u biex il-bastimenti tal-Unjoni jitħallew iwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom f’dawk l-ilmijiet.

    (3)

    Il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri jenħtieġ li jkun approvat,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook dwar estensjoni tal-Protokoll għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (3).

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fil-punt 6 tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri (4).

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Jannar 2021.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. BORRELL FONTELLES


    (1)  Approvazzjoni tal-14 ta’ Diċembru 2020 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Knsill (UE) 2020/1545 tad-19 ta’ Ottubru 2020 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook dwar estensjoni tal-Protokoll għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook (ĠU L 356, 26.10.2020, p. 7).

    (3)  It-test tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri huwa ppublikat fil-ĠU L 356, tas-26 ta’ Ottubru 2020.

    (4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


    Top