Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021C0218(02)

    Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni dwar il-ġbir ta’ data għal kontrolli u awditi effettivi 2021/C 58 I/02

    ĠU C 58I, 18.2.2021, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.2.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CI 58/2


    Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni dwar il-ġbir ta’ data għal kontrolli u awditi effettivi

    (2021/C 58 I/02)

    Il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni jfakkru fil-ħtieġa li jiġu żgurati kontrolli u awditi effettivi bl-għan li jiġi evitat il-finanzjament doppju u jiġu evitati, identifikati u rettifikati l-frodi, il-korruzzjoni u l-kunflitti ta’ interess fir-rigward tal-miżuri appoġġati mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Iż-żewġ istituzzjonijiet iqisu li huwa essenzjali li l-Istati Membri jiġbru u jirreġistraw data dwar ir-riċevituri u l-benefiċjarji finali tal-finanzjament tal-Unjoni f’format elettroniku standardizzat u interoperabbli u jużaw l-għodda unika ta’ estrazzjoni ta’ data li għandha tiġi pprovduta mill-Kummissjoni.


    Top