This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R1510
Commission Implementing Regulation (EU) 2020/1510 of 16 October 2020 concerning the authorisation of cinnamyl alcohol, 3-phenylpropan-1-ol, 2-phenylpropanal, 3-(p-cumenyl)-2-methylpropionalde-hyde, alpha-methylcinnamaldehyde, 3-phenylpropanal, cinnamic acid, cinnamyl acetate, cinnamyl butyrate, 3-phenylpropyl isobutyrate, cinnamyl isovalerate, cinnamyl isobutyrate, ethyl cinnamate, methyl cinnamate and isopentyl cinnamate as feed additives for all animal species except for marine animals (Text with EEA relevance)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1510 tas-16 ta’ Ottubru 2020 dwar l-awtorizzazzjoni tal-alkoħol taċ-ċinnamil, tat-3-fenilpropan-1-ol, tat-2-fenilpropanal, tat-3-(p-kumenil)-2-metilpropjonalde-id, tal-alfa-metilċinnamaldeid, tat-3-fenilpropanal, tal-aċidu ċinnamiku, tal-aċetat taċ-ċinnamil, tal-butirat taċ-ċinnamil, tal-isobutirat tat-3-fenilpropil, tal-isovalerat taċ-ċinnamil, tal-isobutirat taċ-ċinnamil, taċ-ċinnamat tal-etil, taċ-ċinnamat tal-metil u taċ-ċinnamat tal-isopentil bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali għajr għall-annimali tal-baħar (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1510 tas-16 ta’ Ottubru 2020 dwar l-awtorizzazzjoni tal-alkoħol taċ-ċinnamil, tat-3-fenilpropan-1-ol, tat-2-fenilpropanal, tat-3-(p-kumenil)-2-metilpropjonalde-id, tal-alfa-metilċinnamaldeid, tat-3-fenilpropanal, tal-aċidu ċinnamiku, tal-aċetat taċ-ċinnamil, tal-butirat taċ-ċinnamil, tal-isobutirat tat-3-fenilpropil, tal-isovalerat taċ-ċinnamil, tal-isobutirat taċ-ċinnamil, taċ-ċinnamat tal-etil, taċ-ċinnamat tal-metil u taċ-ċinnamat tal-isopentil bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali għajr għall-annimali tal-baħar (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2020/7007
ĠU L 344, 19.10.2020, p. 2–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
19.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 344/2 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1510
tas-16 ta’ Ottubru 2020
dwar l-awtorizzazzjoni tal-alkoħol taċ-ċinnamil, tat-3-fenilpropan-1-ol, tat-2-fenilpropanal, tat-3-(p-kumenil)-2-metilpropjonalde-id, tal-alfa-metilċinnamaldeid, tat-3-fenilpropanal, tal-aċidu ċinnamiku, tal-aċetat taċ-ċinnamil, tal-butirat taċ-ċinnamil, tal-isobutirat tat-3-fenilpropil, tal-isovalerat taċ-ċinnamil, tal-isobutirat taċ-ċinnamil, taċ-ċinnamat tal-etil, taċ-ċinnamat tal-metil u taċ-ċinnamat tal-isopentil bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali għajr għall-annimali tal-baħar
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10(2) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
(2) |
Is-sustanzi alkoħol taċ-ċinnamil, 3-fenilpropan-1-ol, 2-fenilpropanal, 3-(p-kumenil)-2-metilpropjonalde-id, alfa-metilċinnamaldeid, 3-fenilpropanal, aċidu ċinnamiku, aċetat taċ-ċinnamil, butirat taċ-ċinnamil, isobutirat tat-3-fenilpropil, isovalerat taċ-ċinnamil, isobutirat taċ-ċinnamil, ċinnamat tal-etil, ċinnamat tal-metil u ċinnamat tal-isopentil (“is-sustanzi kkonċernati”) ġew awtorizzati mingħajr limitu ta’ żmien f’konformità mad-Direttiva 70/524/KEE bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Sussegwentement, dawk l-addittivi ddaħħlu fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodotti eżistenti, f’konformità mal-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqet applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid tas-sustanzi kkonċernati bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha ta’ annimali. L-applikant talab biex dawk l-addittivi jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorjali” u fil-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”. Mal-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tas-6 ta’ Diċembru 2016 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li fil-kundizzjonijiet proposti għall-użu, is-sustanzi kkonċernati ma għandhomx effetti avversi fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet li għall-ambjent tal-baħar, il-livell tal-użu sikur huwa stmat li huwa 0,05 mg/kg għalf. Il-livelli tal-użu proposti għas-sustanzi kkonċernati jaqbżu l-livell sikur għall-ambjent tal-baħar, u għalhekk l-użu għall-annimali tal-baħar mhuwiex awtorizzat. Fl-opinjoni tagħha l-Awtorità kkonkludiet ukoll li s-sustanzi kkonċernati huma effikaċi meta jintużaw fl-ikel, minħabba li jżidu r-riħa jew il-palatabbiltà tal-ikel. Għalhekk, dik il-konklużjoni tista’ tiġi estrapolata għall-għalf. L-applikant irtira l-applikazzjoni għall-ilma tax-xorb. Madankollu, is-sustanzi kkonċernati jistgħu jintużaw fl-għalf kompost li sussegwentement jiġi amministrat permezz tal-ilma. |
(5) |
L-Awtorità kkonkludiet li huma rikonoxxuti perikli għall-ġilda, fil-kuntatt mal-għajnejn, u fl-esponiment għan-nifs. Il-parti l-kbira tas-sustanzi kkonċernati huma kklassifikati bħala irritanti għas-sistema respiratorja. Konsegwentement, jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf li tressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(6) |
Il-valutazzjoni tas-sustanzi kkonċernati turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta’ dawk is-sustanzi jenħtieġ li jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(7) |
Jenħtieġ li jiġu previsti restrizzjonijiet u kundizzjonijiet sabiex ikun hemm kontroll aħjar. Billi r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jitolbux li jiġi ffissat kontenut massimu, u meta titqies l-evalwazzjoni mill-ġdid imwettqa mill-Awtorità, jenħtieġ li fuq it-tikketta tal-addittiv jiġi indikat il-kontenut rakkomandat. Fejn dan il-kontenut jinqabeż, fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel jenħtieġ li tiġi indikata ċerta informazzjoni. |
(8) |
Peress li r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jirrikjedux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għas-sustanzi kkonċernati, jixraq li jingħata perjodu tranżizzjonali biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. |
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jaqgħu taħt il-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorjali” u l-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”, huma awtorizzati bħala addittivi tal-għalf fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Miżuri tranżizzjonali
1. Is-sustanzi speċifikati fl-Anness u t-taħlitiet lesti minn qabel li fihom dawk is-sustanzi, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-8 ta’ Mejju 2021 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-8 ta’ Novembru 2020 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti.
2. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanzi kif speċifikat fl-Anness, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-8 ta’ Novembru 2021 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-8 ta’ Novembru 2020 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.
3. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanzi kif speċifikat fl-Anness li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-8 ta’ Novembru 2022 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-8 ta’ Novembru 2020 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk dawn ikunu maħsubin għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ottubru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).
(3) EFSA Journal 2017;15(1):4672.
ANNESS
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||
mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||||||||||||
Kategorija: Addittiv sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
|||||||||||||||||||||||||||||
2b02017 |
- |
Alkoħol taċ-ċinnamil |
Kompożizzjoni tal-addittiv Alkoħol taċ-ċinnamil Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Alkoħol taċ-ċinnamil Prodott permezz tas-sinteżi kimika Purità: min. 98 % assaġġ Formula kimika: C9H10O Numru CAS: 104-54-1 Nru FLAVIS: 02.017 Metodu tal-analiżi (1) Għad-determinazzjoni tal-alkoħol taċ-ċinnamil fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf: Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar |
- |
- |
- |
|
8.11.2030 |
||||||||||||||||||||
2b02031 |
- |
3-Fenilpropan-1-ol |
Kompożizzjoni tal-addittiv 3-Fenilpropan-1-ol Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva 3-Fenilpropan-1-ol Prodott permezz tas-sinteżi kimika Purità: min. 98 % assaġġ Formula kimika: C9H12O Numru CAS: 122-97-4 Nru FLAVIS: 02.031 Metodu tal-analiżi (1) Għad-determinazzjoni tat-3-fenilpropan-1-ol fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf: Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar |
- |
- |
- |
|
8.11.2030 |
||||||||||||||||||||
2b05038 |
- |
2-Fenilpropanal |
Kompożizzjoni tal-addittiv 2-Fenilpropanal Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva 2-Fenilpropanal Prodott permezz tas-sinteżi kimika Purità: min. 95 % assaġġ Formula kimika: C9H10O Numru CAS: 93-53-8 Nru FLAVIS: 05.038 Metodu tal-analiżi (1) Għad-determinazzjoni tat-2-fenilpropanal fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf: Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar |
- |
- |
- |
|
8.11.2030 |
||||||||||||||||||||
2b05045 |
- |
3-(p-Kumenil)-2-metilpropjonalde-id |
Kompożizzjoni tal-addittiv 3-(p-Kumenil)-2-metilpropjonalde-id Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva 3-(p-Kumenil)-2-metilpropjonalde-id Prodott permezz tas-sinteżi kimika Purità: min. 90 % assaġġ Formula kimika: C13H18O Numru CAS: 103-95-7 Nru FLAVIS: 05.045 Metodu tal-analiżi (1) Għad-determinazzjoni tat-3-(p-Kumenil)-2-metilpropjonalde-id fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf: Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar |
- |
- |
- |
|
8.11.2030 |
||||||||||||||||||||
2b05050 |
- |
Alfa-metilċinnamaldeide |
Kompożizzjoni tal-addittiv Alfa-metilċinnamaldeide Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Alfa-metilċinnamaldeide Prodott permezz tas-sinteżi kimika Purità: min. 95 % assaġġ Formula kimika: C10H10O Numru CAS: 101-39-3 Nru FLAVIS: 05.050 Metodu tal-analiżi (1) Għad-determinazzjoni tal-alfa-metilċinnamaldeide fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf: Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar |
- |
- |
- |
|
8.11.2030 |
||||||||||||||||||||
2b05080 |
- |
3-Fenilpropanal |
Kompożizzjoni tal-addittiv 3-Fenilpropanal Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva 3-Fenilpropanal Prodott permezz tas-sinteżi kimika Purità: min. 95 % assaġġ Formula kimika: C9H10O Numru CAS: 104-53-0 Nru FLAVIS: 05.080 Metodu tal-analiżi (1) Għad-determinazzjoni at-3-fenilpropanal fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf: Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar |
- |
- |
- |
|
8.11.2030 |
||||||||||||||||||||
2b08022 |
- |
Aċidu ċinnamiku |
Kompożizzjoni tal-addittiv Aċidu ċinnamiku Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Aċidu ċinnamiku Prodott permezz tas-sinteżi kimika Purità: min. 98 % assaġġ Formula kimika: C9H8O2 Numru CAS: 621-82-9 Nru FLAVIS: 08.022 Metodu tal-analiżi (1) Għad-determinazzjoni tal-aċidu ċinnamiku fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf: Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar |
- |
- |
- |
|
8.11.2030 |
||||||||||||||||||||
2b09018 |
- |
Aċetat taċ-ċinnamil |
Kompożizzjoni tal-addittiv Aċetat taċ-ċinnamil Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Aċetat taċ-ċinnamil Prodott permezz tas-sinteżi kimika Purità: min. 98 % assaġġ Formula kimika: C11H12O2 Numru CAS: 103-54-8 Nru FLAVIS: 09.018 Metodu tal-analiżi (1) Għad-determinazzjoni tal-aċetat taċ-ċinnamil fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf: Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar |
- |
- |
- |
|
8.11.2030 |
||||||||||||||||||||
2b09053 |
- |
Butirat taċ-ċinnamil |
Kompożizzjoni tal-addittiv Butirat taċ-ċinnamil Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Butirat taċ-ċinnamil Prodott permezz tas-sinteżi kimika Purità: min. 98 % assaġġ Formula kimika: C13H16O2 Numru CAS: 103-61-7 Nru FLAVIS: 09.053 Metodu tal-analiżi (1) Għad-determinazzjoni tal-butirat taċ-ċinnamil fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf: Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar |
- |
- |
- |
|
8.11.2030 |
||||||||||||||||||||
2b09428 |
- |
Isobutirat tat-3-fenilpropil |
Kompożizzjoni tal-addittiv Isobutirat tat-3-fenilpropil Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Isobutirat tat-3-fenilpropil Prodott permezz tas-sinteżi kimika Purità: min. 98 % assaġġ Formula kimika: C13H18O2 Numru CAS: 103-58-2 Nru FLAVIS: 09.428. Metodu tal-analiżi (1) Għad-determinazzjoni tal-isobutirat tat-3-fenilpropil fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf: Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar |
- |
- |
- |
|
8.11.2030 |
||||||||||||||||||||
2b09459 |
- |
Isovalerat taċ-ċinnamil |
Kompożizzjoni tal-addittiv Isovalerat taċ-ċinnamil Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Isovalerat taċ-ċinnamil Prodott permezz tas-sinteżi kimika Purità: min. 95 % assaġġ Formula kimika: C14H18O2 Numru CAS: 140-27-2 Nru FLAVIS: 09.459 Metodu tal-analiżi (1) Għad-determinazzjoni tal-isovalerat taċ-ċinnamil fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf: Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar |
- |
- |
- |
|
8.11.2030 |
||||||||||||||||||||
2b09470 |
- |
Isobutirat taċ-ċinnamil |
Kompożizzjoni tal-addittiv Isobutirat taċ-ċinnamil Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Isobutirat taċ-ċinnamil Prodott permezz tas-sinteżi kimika Purità: min. 96 % assaġġ Formula kimika: C13H16O2 Numru CAS: 103-59-3 Nru FLAVIS: 09.470 Metodu tal-analiżi (1) Għad-determinazzjoni tal-isobutirat taċ-ċinnamil fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf: Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar |
- |
- |
- |
|
8.11.2030 |
||||||||||||||||||||
2b09730 |
- |
Ċinnamat tal-etil |
Kompożizzjoni tal-addittiv Ċinnamat tal-etil Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ċinnamat tal-etil Prodott permezz tas-sinteżi kimika Purità: min. 98 % assaġġ Formula kimika: C11H12O2 Numru CAS: 103-36-6 Nru FLAVIS: 09.730 Metodu tal-analiżi (1) Għad-determinazzjoni taċ-ċinnamat tal-etil fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf: Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar |
- |
- |
- |
|
8.11.2030 |
||||||||||||||||||||
2b09740 |
- |
Ċinnamat tal-metil |
Kompożizzjoni tal-addittiv Ċinnamat tal-metil Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ċinnamat tal-metil Prodott permezz tas-sinteżi kimika Purità: min. 98 % assaġġ Formula kimika: C10H10O2 Numru CAS: 103-26-4 Nru FLAVIS: 09.740 Metodu tal-analiżi (1) Għad-determinazzjoni taċ-ċinnamat tal-metil fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf: Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar |
- |
- |
- |
|
8.11.2030 |
||||||||||||||||||||
2b09742 |
- |
Ċinnamat tal-isopentil |
Kompożizzjoni tal-addittiv Ċinnamat tal-isopentil Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ċinnamat tal-isopentil Prodott permezz tas-sinteżi kimika Purità: min. 97 % assaġġ Formula kimika: C14H18O2 Numru CAS: 7779-65-9 Nru FLAVIS: 09.742 Metodu tal-analiżi (1) Għad-determinazzjoni taċ-ċinnamat tal-isopentil fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf: Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL. |
L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar |
- |
- |
- |
|
8.11.2030 |
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports