This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R0786
Commission Implementing Regulation (EU) 2020/786 of 15 June 2020 amending and correcting Regulation (EC) No 1235/2008 laying down detailed rules for implementation of Council Regulation (EC) No 834/2007 as regards the arrangements for imports of organic products from third countries (Text with EEA relevance)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/786 tal-15 ta’ Ġunju 2020 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/786 tal-15 ta’ Ġunju 2020 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2020/3754
ĠU L 190, 16.6.2020, p. 20–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R2306
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32008R1235 | Emenda | anness III | 06/07/2020 | |
Modifies | 32008R1235 | Emenda | anness IV | 06/07/2020 | |
Modifies | 32008R1235 | Sostituzzjoni | anness III Test | 03/02/2020 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32020R0786R(01) | (LT) | |||
Implicitly repealed by | 32021R2306 | 01/01/2022 |
16.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 190/20 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/786
tal-15 ta’ Ġunju 2020
li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33(2) u (3) u l-Artikolu 38(d) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 (2) jistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi li s-sistemi tal-produzzjoni u l-miżuri tal-kontroll tagħhom għall-produzzjoni organika tal-prodotti agrikoli huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007. |
(2) |
Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Indja, l-awtorità kompetenti Indjana ssospendiet ir-rikonoxximent tagħha ta’ “Indian Society for Certification of Organic Products (ISCOP)”. Għalhekk, jenħtieġ li dak il-korp ta’ kontroll ma jibqax elenkat fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. |
(3) |
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jinkludi l-kategorija ta’ prodotti F (materjal tal-propagazzjoni veġettattiva u żrieragħ għall-kultivazzjoni) għall-Ġappun. Madankollu, il-Ġappun ma għandux regoli għall-produzzjoni organika ta’ materjal tal-propagazzjoni veġetattiva u ta’ żrieragħ għall-kultivazzjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li r-referenzi għal dik il-kategorija ta’ prodotti jitħassru fl-entrata tal-Ġappun f’dak l-Anness. Permezz ta’ dak it-tħassir, il-korpi ta’ kontroll jistgħu jiġu rikonoxxuti għal dik il-kategorija ta’ prodotti għall-Ġappun għall-finijiet tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Il-Ġappun ġie infurmat dwar dawn il-bidliet. |
(4) |
Skont l-informazzjoni pprovduta mir-Repubblika tal-Korea, l-isem tal-korp ta’ kontroll “Konkuk University industrial cooperation corps” inbidel għal “KAFCC” u ġew ipprovduti indirizzi ġodda tal-Internet għal “Woorinong Certification” u “Neo environmentally-friendly Certification Center”. Barra minn hekk, ġie rtirat ir-rikonoxximent tal-korp ta’ kontroll “Ecolivestock Association”. Fl-aħħar nett, l-awtorità kompetenti Koreana rrikonoxxiet is-sitt korpi ta’ kontroll li ġejjin u li jenħtieġ li jinżiedu mal-lista fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008: “Korea Crops Research Institute (co.ltd)”, “Korea organic certification”, “Jayeondeul agri-food certification institute”, “Institute of Organic food Evaluation”, “EverGreen Nongouhwi” u “ONNURI ORGANIC Co., Ltd. ”. |
(5) |
Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Uniti, l-isem tal-korp ta’ kontroll “Primuslabs” inbidel għal “Primus Auditing Operations” u ġie pprovdut indirizz ġdid tal-Internet għal dak il-korp ta’ kontroll. L-ismijiet ta’ żewġ korpi ta’ kontroll li kienu ġew miżjuda bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/25 (3) kienu spelluti ħażin. Dawk l-ismijiet jenħtieġ li jiġu kkoreġuti b’effett mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/25. |
(6) |
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jistabbilixxi l-lista tal-awtoritajiet ta’ kontroll u tal-korpi ta’ kontroll li għandhom il-kompetenza jwettqu kontrolli u joħorġu ċertifikati f’pajjiżi terzi għall-fini ta’ ekwivalenza. |
(7) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “BAȘAK Ekolojik Ürünler Kontrol ve Sertifikasyon Hizmetleri Tic. Ltd” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikonoxximent tagħha għall-Kirgiżistan għall-kategoriji tal-prodotti A u D. |
(8) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Beijing Continental Hengtong Certification Co., Ltd”, biex jiġi inkluż fil-lista tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Abbażi tal-informazzjoni li waslitilha, il-Kummissjoni kkonkludiet li hu ġġustifikat li dak il-korp ta’ kontroll jiġi rikonoxxut għall-kategoriji tal-prodotti A u D għaċ-Ċina. |
(9) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Biocert International Pvt Ltd” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikonoxximent tagħha għall-Georgia għall-kategorija tal-prodotti A. |
(10) |
“BioGro New Zealand Limited” innotifika lill-Kummissjoni dwar il-bidla fl-indirizz tiegħu. |
(11) |
Abbażi tad-dossier ippreżentat minn “Bio.inspecta AG”, il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikonoxximent tiegħu ġie estiż għat-Tuneżija għall-kategoriji tal-prodotti A u D bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/39 (4). Madankollu, billi t-Tuneżija hija elenkata fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għall-kategoriji tal-prodotti A u D, l-Artikolu 10(2)(b) ta’ dak ir-Regolament jipprekludi lill-Kummissjoni milli tinkludi lil Bio.inspecta AG fl-Anness IV għal dak il-pajjiż għal dawk il-kategoriji tal-prodotti. Fl-interess taċ-ċertezza legali, l-aġġustamenti meħtieġa biex Bio.inspecta AG jiddaħħal fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jenħtieġ li jitqiesu bħala emenda, minflok korrezzjoni b’effett retroattiv mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/39. |
(12) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “CCPB SrL” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikonoxximent tagħha għat-Tanzanija u għall-Mozambique għall-kategoriji tal-prodotti C u D. |
(13) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “CERES Certification of Environmental Standards GmbH” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikonoxximent tagħha għal Kuba, is-Sudan u l-Kosovo (5) għall-kategoriji tal-prodotti A, B u D u għall-Alġerija, il-Bangladesh, il-Burundi, il-Kongo (Brazzaville), iċ-Chad, il-Gambja, il-Guinea u n-Niġer għall-kategoriji tal-prodotti A u D, u li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikonoxximent tagħha għall-Belarussja għall-kategorija tal-prodotti B, għall-Ghana għall-kategorija tal-prodotti D, għall-Każakistan għall-kategoriji tal-prodotti B u F u għall-Moldova għall-kategorija tal-prodotti F. |
(14) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Ecocert SA” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikonoxximent tagħha għal Dominica għall-kategorija tal-prodotti A u li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikonoxximent tagħha għall-Ġappun għall-kategorija tal-prodotti F. |
(15) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Ecovivendi d.o.o. Belgrade” biex jiġi inkluż fil-lista fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi rikonoxxut “Ecovivendi d.o.o. Belgrade” għas-Serbja għall-kategoriji tal-prodotti A u D. |
(16) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Ekoagros” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikonoxximent tagħha għall-Belarussja għall-kategoriji tal-prodotti D u F, għall-Każakistan għall-kategoriji tal-prodotti B u D, għar-Russja għall-kategorija tal-prodotti F u għat-Taġikistan għall-kategoriji tal-prodotti B u F. |
(17) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Japan Organic and Natural Foods Association” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikonoxximent tagħha għall-Ġappun għall-kategorija tal-prodotti C. |
(18) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “ORSER” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikonoxximent tagħha għall-Ażerbajġan, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Georgia, l-Iran, il-Kirgiżistan, il-Każakistan u t-Turkija għall-kategoriji tal-prodotti B u E. |
(19) |
“Servicio de Certificación CAAE S.L.U” innotifika lill-Kummissjoni dwar il-bidla fl-indirizz tiegħu. |
(20) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “SIA “Sertifikācijas un testēšanas centrs”” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikonoxximent tagħha għat-Turkmenistan għall-kategorija tal-prodotti A. |
(21) |
Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “TÜV Nord Integra” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikonoxximent tagħha għall-Alġerija għall-kategoriji tal-prodotti A u D. |
(22) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jiġi emendat u kkoreġut kif xieraq. |
(23) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-produzzjoni organika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1235/2008
Ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 hu emendat kif ġej:
(1) |
l-Anness III huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
(2) |
l-Anness IV huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Korrezzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa kkoreġut f’konformità mal-Anness III ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 2 għandu japplika mit-3 ta’ Frar 2020.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ġunju 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/25 tat-13 ta’ Jannar 2020 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 8, 14.1.2020, p. 18).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/39 tal-10 ta’ Jannar 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 9, 11.1.2019, p. 106).
(5) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
ANNESS I
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-entrata dwar l-Indja, fil-punt 5, titħassar ir-ringiela li tikkonċerna n-numru tal-kodiċi IN-ORG-009; |
(2) |
l-entrata dwar il-Ġappun hija emendata kif ġej:
|
(3) |
fl-entrata dwar ir-Repubblika tal-Korea, il-punt 5 huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
fl-entrata dwar l-Istati Uniti, fil-punt 5, ir-ringiela li tikkonċerna n-numru tal-kodiċi US-ORG-048 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
ANNESS II
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-entrata dwar BAȘAK Ekolojik Ürünler Kontrol ve Sertifikasyon Hizmetleri Tic. Ltd”, fil-punt 3, tiddaħħal ir-ringiela li ġejja fl-ordni tan-numri tal-kodiċi:
|
(2) |
wara l-entrata dwar “BAȘAK Ekolojik Ürünler Kontrol ve Sertifikasyon Hizmetleri Tic. Ltd”, tiddaħħal l-entrata li ġejja:
|
(3) |
fl-entrata dwar “Biocert International Pvt Ltd”, fil-punt 3, ir-ringiela dwar il-Georgia hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(4) |
fl-entrata dwar “BioGro New Zealand Limited”, il-punt 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(5) |
fl-entrata dwar “Bio.inspecta AG”, fil-punt 3, titħassar ir-ringiela dwar it-Tuneżija; |
(6) |
fl-entrata dwar “CCPB Srl”, fil-punt 3, jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin fl-ordni tan-numri tal kodiċi:
|
(7) |
fl-entrata dwar “CERES Certification of Environmental Standards GmbH”, il-punt 3 huwa emendat kif ġej:
|
(8) |
fl-entrata dwar “Ecocert SA”, il-punt 3 huwa emendat kif ġej:
|
(9) |
wara l-entrata dwar “Ecoglobe”, tiddaħħal l-entrata li ġejja:
|
(10) |
fl-entrata dwar “Ekoagros”, fil-punt 3, ir-ringieli dwar il-Belarussja, il-Każakistan, ir-Russja u t-Taġikistan huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
(11) |
fl-entrata dwar “Japan Organic and Natural Foods Association”, fil-punt 3, ir-ringiela dwar il-Ġappun hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(12) |
fl-entrata dwar “ORSER”, fil-punt 3, ir-ringieli dwar l-Ażerbajġan, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Georgia, l-Iran, il-Kirgiżistan, il-Każakistan u t-Turkija huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
(13) |
fl-entrata dwar “Servicio de Certificación CAAE S.L.U”, il-punt 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(14) |
fl-entrata dwar “SIA “Sertifikācijas un testēšanas centrs””, fil-punt 3, tiddaħħal ir-ringiela li ġejja fl-ordni tan-numri tal-kodiċi:
|
(15) |
fl-entrata dwar “TÜV Nord Integra”, fil-punt 3, tiddaħħal ir-ringiela li ġejja fl-ordni tan-numri tal-kodiċi:
|
(*1) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
ANNESS III
Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008, fl-entrata dwar l-Istati Uniti, fil-punt 5, ir-ringieli li jikkonċernaw in-numri tal-kodiċi US-ORG-063 u US-ORG-067 huma sostitwiti b’dan li ġej:
“US-ORG-063 |
Eco-Logica S.A |
http://www.eco-logica.com/ |
US-ORG-067 |
OnMark Certification Services |
http://onmarkcertification.com/}” |