This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R0349
Commission Implementing Regulation (EU) 2020/349 of 2 March 2020 amending Implementing Regulation (EU) 2019/1916 in respect of operational conditions in certain urban or interurban areas
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/349 tat-2 ta’ Marzu 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1916 fir-rigward tal-kundizzjonijiet operattivi f’ċerti żoni urbani jew interurbani
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/349 tat-2 ta’ Marzu 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1916 fir-rigward tal-kundizzjonijiet operattivi f’ċerti żoni urbani jew interurbani
C/2020/1121
ĠU L 63, 3.3.2020, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32019R1916 | Sostituzzjoni | artikolu 3 paragrafu 1 | 04/03/2020 |
3.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 63/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/349
tat-2 ta’ Marzu 2020
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1916 fir-rigward tal-kundizzjonijiet operattivi f’ċerti żoni urbani jew interurbani
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta’ Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8b(4) tagħha,
Billi:
(1) |
Wara l-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1916 (2), deher li, fir-rigward tal-kundizzjonijiet operattivi f’ċerti żoni urbani jew interurbani, it-termini tiegħu ma kinux konsistenti mal-Artikolu 8b(3) tad-Direttiva 96/53/KE. |
(2) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1916 jiġi emendat kif xieraq. |
(3) |
Dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ b’urġenza fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(4) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 10i(2) tad-Direttiva 96/53/KE, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1916
Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1. L-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu ċ-ċirkolazzjoni ta’ vetturi jew ta’ kombinazzjonijiet ta’ vetturi mgħammra b’tagħmir fil-pożizzjoni ta’ waqt l-użu fid-dawl tal-karatteristiċi speċjali ta’ żoni urbani jew interurbani fejn il-limiti tal-veloċità jkunu 50 km/h jew anqas u fejn x’aktarx li jkunu preżenti utenti tat-triq vulnerabbli.”.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Marzu 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1916 tal-15 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-użu ta’ tagħmir ajrudinamiku ta’ wara skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE (ĠU L 297, 18.11.2019, p. 3).