This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R0161
Commission Implementing Regulation (EU) 2020/161 of 5 February 2020 concerning the renewal of the authorisation of Bacillus subtilis DSM 17299 as a feed additive for chickens for fattening and repealing Regulation (EC) No 1137/2007 (holder of authorisation Chr. Hansen A/S) (Text with EEA relevance)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/161 tal-5 ta’ Frar 2020 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-Bacillus subtilis DSM 17299 bħala addittiv fl-għalf tat-tiġieġ tas-simna u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1137/2007 (Chr. Hansen A/S hija d-detentur tal-awtorizzazzjoni) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/161 tal-5 ta’ Frar 2020 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-Bacillus subtilis DSM 17299 bħala addittiv fl-għalf tat-tiġieġ tas-simna u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1137/2007 (Chr. Hansen A/S hija d-detentur tal-awtorizzazzjoni) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2020/546
ĠU L 34, 6.2.2020, p. 28–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32007R1137 | 26/02/2020 | |||
Implicit repeal | 32009R0203 | 26/02/2020 | |||
Implicit repeal | 32010R0515 | 26/02/2020 | |||
Implicit repeal | 32011R0881 | 26/05/2020 | |||
Implicit repeal | 32012R1018 | Revoka parzjali | artikolu 10 |
6.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 34/28 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/161
tal-5 ta’ Frar 2020
dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-Bacillus subtilis DSM 17299 bħala addittiv fl-għalf tat-tiġieġ tas-simna u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1137/2007 (Chr. Hansen A/S hija d-detentur tal-awtorizzazzjoni)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti u għat-tiġdid ta’ tali awtorizzazzjoni. |
(2) |
Il-Bacillus subtilis DSM 17299 kien awtorizzat għal 10 snin bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1137/2007 (2). |
(3) |
Skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni mid-detentur ta’ dik l-awtorizzazzjoni għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-Bacillus subtilis DSM 17299 bħala addittiv fl-għalf, għat-tiġieġ tas-simna, bit-talba li dak l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-additivi “additivi żootekniċi”. Mal-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tat-2 ta’ April 2019 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li l-applikant ipprovda d-data li turi li l-addittiv jikkonforma mal-kundizzjonijiet attwali tal-awtorizzazzjoni. Fil-konklużjonijiet tagħha preċedenti, l-Awtorità kienet ikkonfermat li l-Bacillus subtilis DSM 17299 huwa meqjus li hu sikur għall-ispeċi fil-mira, għall-konsumaturi ta’ prodotti mill-annimali li jkunu ntgħalfu dan l-addittiv, u għall-ambjent. Ikkonkludiet ukoll li hemm il-possibbiltà li l-utenti jiġu esposti meta jieħdu n-nifs u li ma setgħetx tasal għal konklużjoni dwar il-potenzjal li jkun hemm irritazzjoni tal-għajnejn u tal-ġilda u sensitizzazzjoni tal-ġilda. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari għall-utenti tal-addittiv. |
(5) |
Il-valutazzjoni tal-Bacillus subtilis DSM 17299 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għalhekk, l-awtorizzazzjoni ta’ dak l-addittiv għandha tiġġedded kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(6) |
B’konsegwenza tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-Bacillus subtilis DSM 17299 bħala addittiv fl-għalf bil-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jitħassar ir-Regolament (KE) Nru 1137/2007. |
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-awtorizzazzjoni tal-addittiv speċifikat fl-Anness, li huwa tal-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u tal-grupp funzjonali “stabilizzanti għall-batterji li jkun hemm fil-musrana”, hija mġedda soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 1137/2007 huwa mħassar.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Frar 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1137/2007 tal-1 ta’ Ottubru 2007 dwar l-awtorizzazzjoni tal-Bacillus subtilis (O35) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 256, 2.10.2007, p. 5).
(3) EFSA Journal 2019; 17(4):5687.
ANNESS
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimali |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||
CFU/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||||||
Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-batterji li jkun hemm fil-musrana. |
|||||||||||||||||
4b1821 |
Chr. Hansen A/S |
Bacillus subtilis DSM 17299 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparazzjoni ta’ Bacillus subtilis DSM 17299 li fiha minimu ta’ 1,6 × 1010 CFU/g tal-addittiv Forma solida |
Tiġieġ tas-simna |
- |
8 × 108 |
- |
|
is-26 ta’ Frar 2030 |
||||||||
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: Spori vijabbli tal-Bacillus subtilis DSM 17299 |
|||||||||||||||||
Metodu analitiku (1) Enumerazzjoni: Il-metodu tat-tifrix bl-użu tal-agar tat-triptonju tas-soja (EN 15784) Identifikazzjoni tal- Bacillus subtilis DSM 17299 fl- addittiv tal-għalf: Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (Pulsed Field Gel Electrophoresis — PFGE). |
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports