Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D2142

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/2142 tas-17 ta' Diċembru 2020 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1789 b'appoġġ għall-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu u l-proliferazzjoni ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir fl-Istati Membri tal-Lega tal-Istati Għarab

ĠU L 430, 18.12.2020, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/2142/oj

18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 430/25


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/2142

tas-17 ta' Diċembru 2020

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1789 b'appoġġ għall-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu u l-proliferazzjoni ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir fl-Istati Membri tal-Lega tal-Istati Għarab

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fid-19 ta' Novembru 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1789 (1) b'appoġġ għall-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu u l-proliferazzjoni ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir fl-Istati Membri tal-Lega tal-Istati Għarab.

(2)

L-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1789 jipprevedi li dik id-Deċiżjoni għandha tiskadi 24 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim imsemmi fl-Artikolu 3(3) ta' dik id-Deċiżjoni.

(3)

Fit-30 ta’ Ottubru 2020, is-Small Arms Survey (SAS), li hija l-Aġenzija ta' implimentazzjoni tal-proġett, imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1789, talbet l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni biex testendi l-perijodu ta’ implimentazzjoni stabbilit f'dik id-Deċiżjoni b'sitt xhur, biex b'hekk id-durata totali tal-perijodu ta’ implimentazzjoni ssir tilħaq 30 xahar. L-estensjoni mitluba hija dovuta għall-pandemija tal-COVID-19 u l-posponiment sussegwenti ta’ għadd ta’ attivitajiet previsti mill-proġett.

(4)

L-emenda mitluba tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1789 tikkonċerna l-Artikolu 5(2) tagħha.

(5)

L-estensjoni tal-perijodu ta’ implimentazzjoni stabbilit fid-Deċiżjoni (PESK) 2018/1789 b'sitt xhur tista’ titwettaq mingħajr ebda implikazzjoni ta’ riżorsi finanzjarji,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1789 huwa b’dan sostitwit b’dan li ġej:

“2.

Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi 30 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim imsemmi fl-Artikolu 3(3).”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

S. SCHULZE


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1789 tad-19 ta' Novembru 2018 b'appoġġ għall-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu u l-proliferazzjoni ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir fl-Istati Membri tal-Lega tal-Istati Għarab (ĠU L 293, 20.11.2018, p. 24).


Top