This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020D1657
Council Decision (CFSP) 2020/1657 of 6 November 2020 amending Decision (CFSP) 2019/1894 concerning restrictive measures in view of Turkey’s unauthorised drilling activities in the Eastern Mediterranean
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1657 tas-6 ta’ Novembru 2020 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1894 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet ta’ tħaffir mhux awtorizzat tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1657 tas-6 ta’ Novembru 2020 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1894 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet ta’ tħaffir mhux awtorizzat tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran
ĠU L 372I, 9.11.2020, pp. 16–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Extended validity | 32019D1894 | 09/11/2020 | 12/11/2021 | ||
| Modifies | 32019D1894 | Sostituzzjoni | anness punt 1 | 09/11/2020 | |
| Modifies | 32019D1894 | Sostituzzjoni | anness punt 2 | 09/11/2020 | |
| Modifies | 32019D1894 | Sostituzzjoni | artikolu 8 | 09/11/2020 |
|
9.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 372/16 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1657
tas-6 ta’ Novembru 2020
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1894 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet ta’ tħaffir mhux awtorizzat tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l‐Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-11 ta’ Novembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1894 (1) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet ta’ tħaffir mhux awtorizzat tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran. |
|
(2) |
Abbażi ta’ rieżami tal-miżuri restrittivi stabbiliti fid-Deċiżjoni (PESK) 2019/1894, il-Kunsill ikkonkluda li dawk il-miżuri jenħtieġ li jiġu estiżi sat-12 ta’ Novembru 2021. |
|
(3) |
L-entrati fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2019/1894 jenħtieġ li tiġi aġġornata u emendata. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2019/1894 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2019/1894 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 8 “Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-12 ta’ Novembru 2021 u għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Hija għandha tiġġedded jew tiġi emendata, kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l‐objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”; |
|
(2) |
L-Anness huwa emendat f’konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1894 tal-11 ta’ Novembru 2019 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet ta’ tħaffir mhux awtorizzat tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran (ĠU L 291, 12.11.2019, p. 47).
ANNESS
Fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2019/1894, l-entrati 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
|
Isem |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
||||||||||||
|
“1. |
Mehmet Ferruh AKALIN |
Data tat-twelid: 9.12.1960 Numru tal-passaport jew tal-karta tal-identità: 13571379758 Nazzjonalità: Turkija Ġeneru: maskil |
Mehmet Ferruh Akalın huwa Viċi President (Assistant General Manager) u membru tal-Bord tad-Diretturi tat-Turkish Petroleum Corporation (TPAO). Huwa l-kap tad-Dipartimenti tat-TPAO għall-Esplorazzjoni, iċ-Ċentru għar-Riċerka u l-Iżvilupp u t-Teknoloġiji tal-Informazzjoni. Fil-kapaċità tiegħu bħala Viċi President tat-TPAO u kap tad-Dipartiment għall-Esplorazzjoni tagħha, Mehmet Ferruh Akalın huwa responsabbli għall-ippjanar, id-direzzjoni u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tat-TPAO għall-esplorazzjoni għall-idrokarburi fil-baħar. Dawn jinkludu l-attivitajiet ta’ tħaffir tat-TPAO li ma ġewx awtorizzati mir-Repubblika ta’ Ċipru, kif jidher hawn taħt. Dawk l-attivitajiet ta’ tħaffir mhux awtorizzat twettqu minn:
|
27.2.2020 |
||||||||||||
|
2. |
Ali Coscun NAMOGLU |
Data tat-twelid: 27.11.1956 Numru tal-passaport jew tal-karta tal-identità: 11096919534 Nazzjonalità: Turkija Ġeneru: maskil |
Ali Coscun Namoglu huwa l-Viċi Direttur tad-Dipartiment għall-Esplorazzjoni tat-Turkish Petroleum Corporation (TPAO). F’din il-kapaċità, Ali Coscun Namoglu huwa involut fl-ippjanar, id-direzzjoni u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tat-TPAO għall-esplorazzjoni għall-idrokarburi fil-baħar. Dawn jinkludu l-attivitajiet ta’ tħaffir tat-TPAO li ma ġewx awtorizzati mir-Repubblika ta’ Ċipru, kif jidher hawn taħt. Dawk l-attivitajiet ta’ tħaffir mhux awtorizzat twettqu minn:
|
27.2.2020” |