EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D1241

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1241 tat-28 ta’ Awwissu 2020 li tawtorizza lill-Istati Membri jadottaw ċerti derogi skont id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (notifikata bid-dokument C(2020) 5797) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2020/5797

ĠU L 284, 1.9.2020, p. 9–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2020/1241/oj

1.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/9


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1241

tat-28 ta’ Awwissu 2020

li tawtorizza lill-Istati Membri jadottaw ċerti derogi skont id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi

(notifikata bid-dokument C(2020) 5797)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 6(2) u (4) tagħha,

Billi:

(1)

It-Taqsima I.3 tal-Anness I, u t-Taqsima II.3 tal-Anness II tad-Direttiva 2008/68/KE fihom listi ta’ derogi nazzjonali, li jippermettu li jiġu kkunsidrati ċirkustanzi speċifiċi nazzjonali. Ċerti Stati Membri talbu diversi derogi nazzjonali ġodda u diversi emendi għal derogi awtorizzati.

(2)

Il-Kummissjoni eżaminat jew studjat mill-ġdid dawk id-derogi u sabet li l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 2008/68/KE huma ssodisfati. Id-derogi għalhekk jenħtieġ li jiġu awtorizzati.

(3)

Billi t-Taqsima I.3 tal-Anness I u t-Taqsima II.3 tal-Anness II tad-Direttiva 2008/68/KE jkollhom jiġu adattati, huwa xieraq li, għal raġunijiet ta’ ċarezza, dawn jiġu ssostitwiti kollha kemm huma.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2008/68/KE tiġi emendata skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Trasport tal-Oġġetti Perikolużi,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri elenkati fl-Anness huma awtorizzati biex jimplimentaw id-derogi stipulati fiha dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom.

Artikolu 2

It-Taqsima I.3 tal-Anness I u t-Taqsima II.3 tal-Anness II tad-Direttiva 2008/68/KE huma emendati skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Awwissu 2020.

Għall-Kummissjoni

Adina VĂLEAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13.


ANNESS

L-Annessi I u II tad-Direttiva 2008/68/KE huma emendati kif ġej:

(1)

fl-Anness I, it-Taqsima I.3 hija sostitwita b’dan li ġej:

“I.3.   Derogi nazzjonali

Derogi għall-Istati Membri għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom abbażi tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/68/KE.

Numerazzjoni tad-derogi: RO–a/bi/bii–MS–nn

RO

= Triq

a/bi/bii

= Artikolu 6(2) a/bi/bii

MS

= Taqsira għal Stat Membru

nn

= in-numru tal-ordni

Abbażi tal-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva 2008/68/KE

BE Il-Belġju

RO–a–BE–2

Suġġett: It-trasport ta’ kontenituri vojta mhux imnaddfa li kien fihom prodotti ta’ klassijiet differenti.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.6

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Indikazzjoni dwar id-dokument tat-trasport “pakketti vojta mhux imnaddfa li fihom kien hemm prodotti ta’ klassijiet differenti”.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Deroga 6-97.

Data ta’ skadenza: il-31 ta’ Diċembru 2022

RO–a–BE–3

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–a–HU–2.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: deroga 4-2004

Data ta’ skadenza: il-31 ta’ Diċembru 2022

RO–a–BE–4

Suġġett: eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-ADR kollha għat-trasport nazzjonali ta’ massimu ta’ 1 000 detettur joniku użat tad-duħħan, minn djar privati sal-faċilità tat-trattament fil-Belġju permezz taċ-ċentri tal-ġbir previsti fix-xenarju għall-ġbir selettiv tad-detetturi tad-duħħan.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: ir-rekwiżiti kollha

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-użu domestiku tad-detetturi joniċi tad-duħħan mhuwiex sottomess għall-kontroll regolatorju mil-lat radjoloġiku ladarba d-detettur tad-duħħan ikun ta’ tip approvat. It-trasport ta’ dawn id-detetturi tad-duħħan għal għand l-utent finali huwa wkoll eżentat mir-rekwiżiti tal-ADR. (ara 1.7.1.4. e)).

Id-Direttiva 2002/96/KE (dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku) tirrikjedi l-ġbir selettiv tad-detetturi użati tad-duħħan għat-trattament ta’ bordijiet taċ-ċirkwiti u, għad-detetturi joniċi tad-duħħan, sabiex jitneħħewlhom is-sustanzi radjuattivi. Biex dan il-ġbir selettiv ikun possibbli ġie żviluppat xenarju biex iħajjar lid-djar privati ħalli jieħdu d-detetturi tad-duħħan użati tagħhom f’ċentru tal-ġbir minn fejn dawn id-detetturi jkunu jistgħu jittieħdu lejn il-faċilità tat-trattament, xi drabi minn ċentru tal-ġbir ieħor jew minn post ta’ ħżin intermedju.

Fiċ-ċentru tal-ġbir ikun hemm disponibbli imballaġġi tal-metall li jesgħu sa massimu ta’ 1 000 detettur tad-duħħan. Minn dawn iċ-ċentri, imballaġġ bħal dan li jkollu fih id-detetturi tad-duħħan jista’ jiġi ttrasportat flimkien ma’ skart ieħor lejn maħżen intermedju jew lejn il-faċilità tat-trattament. L-imballaġġ ikun ittikkettat bil-kliem “detettur tad-duħħan”.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: ix-xenarju għall-ġbir selettiv tad-detetturi tad-duħħan jagħmel parti mill-kundizzjonijiet għat-tneħħija tal-istrumenti approvati previsti fl-Artikolu 3.1. d.2 tad-digriet amministrattiv tal-20 ta’ Lulju 2001: ir-regolament ġenerali dwar il-protezzjoni mir-radjazzjoni.

Kummenti: Din id-deroga hija meħtieġa sabiex ikun possibbli l-ġbir selettiv tad-detetturi joniċi użati tad-duħħan.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2026

DK id-Danimarka

RO–a–DK–2

Suġġett: It-trasport bit-triq ta’ imballaġġi li jkun fihom sustanzi splussivi u ta’ imballaġġi li jkun fihom id-detonaturi fl-istess vettura.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.2.2

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet għall-ippakkjar imħallat.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-regoli tal-ADR jridu jiġu osservati meta jkunu qed jiġu trasportati oġġetti perikolużi bit-triq.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 729 af 15. august 2001 om vejtransport af farligt gods § 4, stk. 1.

Kummenti: Teżisti ħtieġa prattika sabiex is-sustanzi splussivi ikunu jistgħu jiġu ppakkjati flimkien mad-detonaturi fl-istess vettura meta dawn l-oġġetti jiġu ttrasportati minn fejn ikunu maħżuna lejn il-post tax-xogħol u lura.

Meta l-leġiżlazzjoni Daniża dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi tiġi emendata, l-awtoritajiet Daniżi se jippermettu dan it-trasport skont dawn il-kundizzjonijiet:

1.

Ma jkunux qed jiġu trasportati aktar minn 25 kg ta’ sustanzi splussivi tal-grupp D.

2.

Ma jkunux qed jiġu trasportati aktar minn 200 biċċa ta’ detonaturi tal-grupp B.

3.

Id-detonaturi u s-sustanzi splussivi jridu jkunu ippakkjati separatament f’imballaġġ biċ-ċertifikazzjoni tan-NU f’konformità mar-regoli previsti fid-Direttiva 2000/61/KE li temenda d-Direttiva 94/55/KE.

4.

Id-distanza bejn l-imballaġġ li jkun fih id-detonaturi u dak li jkun fih is-sustanzi splussivi trid tkun mill-inqas metru (1). Din id-distanza jkollha tibqa’ tiġi osservata anki wara li l-brejkijiet jingħafsu ħesrem. L-imballaġġ li jkun fih is-sustanzi splussivi u dak li jkun fih id-detonaturi jrid jitpoġġa b’mod li jkun possibbli li jitneħħa malajr mill-vettura.

5.

Iridu jitħarsu r-regoli kollha l-oħra dwar it-trasport bit-triq ta’ oġġetti perikolużi.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2026

RO–a–DK–3

Suġġett: It-trasport bit-triq ta’ imballaġġi u ta’ oġġetti li jkun fihom skart jew fdalijiet ta’ oġġetti perikolużi ta’ ċerti klassijiet minn djar privati u impriżi għall-iskop ta’ rimi.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-partijiet u l-Kapitoli 2, 3, 4.1, 5.1, 5.2, 5.4, 6, 8.1 u 8.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dispożizzjonijiet tal-klassifikazzjoni, id-dispożizzjonijiet speċjali, id-dispożizzjonijiet tal-ippakkjar, il-proċeduri tal-kunsinna, ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġ, ir-rekwiżiti ġenerali li jikkonċernaw l-unitajiet tat-trasport u t-tagħmir abbord u r-rekwiżiti ta’ taħriġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-imballaġġi interni u oġġetti li fihom ikun hemm skart jew fdalijiet ta’ oġġetti perikolużi ta’ ċerti klassijiet miġbura minn djar privati jew impriżi biex jintremew, jistgħu jiġu ppakkjati flimkien f’ċertu imballaġġ estern u/jew overpacks u jinġarru skont proċeduri speċjali tal-kunsinna inklużi restrizzjonijiet speċjali għall-ippakkjar u l-immarkar. Il-kwantità ta’ oġġetti perikolużi għal kull imballaġġ intern, għal kull imballaġġ estern u/jew għal kull unità ta’ trasport hija ristretta.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 818 af 28. juni 2011 om vejtransport af farligt gods § 4, stk. 3.

Kummenti: Mhuwiex possibbli li l-amministraturi tal-iskart japplikaw id-dispożizzjonijiet kollha tal-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE meta jkun inġabar skart bi fdalijiet ta’ oġġetti perikolużi minn djar privati u impriżi biex jinġarr għar-rimi. L-iskart normalment jinżamm f’imballaġġi li jkunu nbiegħu bl-imnut.

Data ta’ skadenza: l-1 ta’ Jannar 2025

DE Il-Ġermanja

RO–a–DE–1

Suġġett: L-ippakkjar imħallat u t-tagħbija mħallta ta’ partijiet tal-karozzi bil-klassifikazzjoni 1.4G flimkien ma’ ċerti oġġetti perikolużi (n4).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.10 u 7.5.2.1

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar l-ippakkjar imħallat u t-tagħbija mħallta.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: NU 0431 u NU 0503 jistgħu jitgħabbew flimkien ma’ ċerti oġġetti perikolużi (prodotti relatati mal-manifattura tal-karrozzi) f’ċerti ammonti, elenkati fl-eżenzjoni. Il-valur ta’ 1 000 (komparabbli ma’ 1.1.3.6.4) ma għandux jinqabeż.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 28.

Kummenti: L-eżenzjoni hija meħtieġa sabiex partijiet tas-sikurezza tal-karozzi jkunu jistgħu jitwasslu malajr, skont id-domanda lokali. Minħabba l-firxa wiesgħa ta’ prodotti, il-ħżin ta’ dawn il-prodotti f’garaxxijiet lokali mhuwiex komuni.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2021

RO–a–DE–2

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit li jinġarr dokument tat-trasport u dikjarazzjoni tal-ispeditur għal ċerti kwantitajiet ta’ oġġetti perikolużi, kif definit f’1.1.3.6 (n1).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.1 u 5.4.1.1.6

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: kontenut tad-dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għall-klassijiet kollha barra l-Klassi 7: ma hu meħtieġ l-ebda dokument tat-trasport, jekk il-kwantità tal-oġġetti trasportati ma taqbiżx il-kwantitajiet mogħtija f’1.1.3.6.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 18.

Kummenti: L-informazzjoni mogħtija mill-immarkar u t-tikketti ta’ pakketti għandha titqies li tkun biżżejjed għal trasport nazzjonali, minħabba li dokument ta’ trasport mhux dejjem ikun adatt fejn tkun involuta distribuzzjoni lokali.

Id-deroga rreġistrata mill-Kummissjoni bħala Nru 22 (skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2021

RO–a–DE–3

Suġġett: It-trasportazzjoni tal-istandards tal-kejl u tal-pompi tal-fjuwil (vojta, mhux imnaddfa).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Dispożizzjonijiet għan-numri NU 1202, 1203 u 1223.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: L-imballaġġ, l-immarkar, id-dokumenti, l-istruzzjonijiet tat-trasport u tal-maniġġ, l-istruzzjonijiet għall-ekwipaġġi tal-vettura.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-ispeċifikazzjoni tar-regolamenti applikabbli u tad-dispożizzjonijiet anċillari għall-applikazzjoni tad-deroga; sa 1 000 l: komparabbli ma’ imballaġġi vojta, mhux imnaddfa; aktar minn 1 000 l: konformità ma’ ċerti regolamenti għat-tankijiet; ittrasportati vojta u mhux imnaddfa biss.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 24.

Kummenti: Lista Nru 7, 38, 38a.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2021

RO–a–DE–5

Suġġett: Awtorizzazzjoni għall-imballaġġ ikkombinat.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.10.4 MP2

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Projbizzjoni ta’ imballaġġ ikkombinat.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 1.4S, 2, 3 u 6.1; awtorizzazzjoni ta’ imballaġġ ikkombinat ta’ oġġetti fil-Klassi 1.4S (skrataċ għal armi żgħar), aerosols (Klassi 2) u materjali tat-tindif u tat-trattamenti fil-Klassijiet 3 u 6.1 (numri NU elenkati) bħala settijiet li għandhom jinbiegħu f’imballaġġ ikkombinat fil-grupp tal-imballaġġ II u fi kwantitajiet żgħar.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 21.

Kummenti: Lista Nru. 30*, 30a, 30b, 30c, 30d, 30e, 30f, 30 g.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2021

IE l-Irlanda

RO–a–IE–1

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit ta’ 5.4.0 tal-ADR għal dokument tat-trasport għall-ġarr ta’ pestiċidi tal-Klassi 3 tal-ADR, elenkati fil-punt 2.2.3.3 bħala pestiċidi FT2 (f.p. < 23 °C) u l-Klassi 6.1 tal-ADR, elenkati fil-punt 2.2.61.3 bħala pestiċidi likwidi T6 (b’punt ta’ fjammabilità ta’ mhux anqas minn 23 °C), fejn il-kwantitajiet ta’ oġġetti perikolużi li qed jinġarru ma jaqbżux il-kwantitajiet stabbiliti f’1.1.3.6 tal-ADR.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżit għal dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dokument tat-trasport mhuwiex meħtieġ għall-ġarr tal-pestiċidi tal-Klassi 3 u 6.1 tal-ADR, fejn il-kwantità tal-oġġetti perikolużi li tkun qed tinġarr ma taqbiżx il-kwantitajiet stipulati fil-punt 1.1.3.6 tal-ADR.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regolament 82(9) tal-“Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 2004”.

Kummenti: Rekwiżiti iebsa u bla ħtieġa għat-trasport lokali u t-tqassim ta’ dawn il-pestiċidi.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2021

RO–a–IE–4

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta’ 5.3, 5.4, 7 u mill-Anness B tal-ADR, fir-rigward tal-ġarr ta’ ċilindri tal-gass li jintużaw f’distributuri awtomatiċi (tax-xorb) meta jinġarru fuq l-istess vettura max-xorb (li se jintużaw għalih).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3, 5.4, 7 u l-Anness B.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: L-immarkar tal-vetturi, id-dokumentazzjoni li għandha tinġarr u d-dispożizzjonijiet dwar it-tagħmir u l-operazzjonijiet tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta’ 5.3, 5.4, 7 u mill-Anness B tal-ADR għaċ-ċilindri tal-gass li jintużaw fid-distributuri awtomatiċi tax-xorb, meta dawn iċ-ċilindri tal-gass ikunu qed jinġarru fuq l-istess vettura max-xorb (li se jintużaw għalih).

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għall-“Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”.

Kummenti: L-attività prinċipali tikkonsisti fit-tqassim ta’ pakketti tax-xorb, li ma jkunux sustanzi skont l-ADR, flimkien ma’ kwantitajiet żgħar ta’ ċilindri żgħar ta’ gassijiet assoċjati mal-użu fix-xorb.

Preċedentement skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2021

RO–a–IE–5

Suġġett: Eżenzjoni, għat-trasport nazzjonali fl-Irlanda, mir-rekwiżiti dwar il-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-kontenituri, u mid-dispożizzjonijiet dwar l-użu tagħhom, li jinsabu fi 6.2 u 4.1 tal-ADR, għaċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni tal-gassijiet tal-Klassi 2 li ġew trasportati b’mod multimodali, fosthom dak marittimu, sakemm (i) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni inbnew, ġew ittestjati u ntużaw skont il-Kodiċi IMDG; (ii) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni ma jimtlewx mill-ġdid fl-Irlanda iżda jiġu rritornati nominalment vojta lejn il-pajjiż tal-oriġini tal-vjaġġ tat-trasport multimodali; u (iii) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jitqassmu lokalment fi kwantitajiet żgħar.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.4.2, 4.1 u 6.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar it-trasport multimodali, inkluż it-trasport marittimu, dwar l-użu taċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni għall-gassijiet tal-Klassi 2 tal-ADR, u dwar il-kostruzzjoni u l-ittestjar ta’ dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni għall-gassijiet tal-Klassi 2 tal-ADR.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dispożizzjonijiet ta’ 4.1 u 6.2 ma japplikawx għaċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni tal-gassijiet tal-Klassi 2, sakemm (i) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jinbnew u jiġu ttestjati skont il-Kodiċi IMDG; (ii) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jintużaw skont il-Kodiċi IMDG; (iii) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni kienu trasportati lejn il-konsenjatur permezz ta’ trasport multimodali, inkluż il-ġarr marittimu; (iv) it-trasport ta’ dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni lejn l-utent finali jikkonsisti biss minn vjaġġ wieħed ta’ trasport, li jkun tlesta fl-istess ġurnata, mid-destinatarju tal-operazzjoni tat-trasport multimodali (imsemmija fi (iii)); (v) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni ma jimtlewx mill-ġdid fl-Istat u jiġu rritornati nominalment vojta lejn il-pajjiż tal-oriġini tal-operazzjoni tat-trasport multimodali (imsemmija fi (iii)); U (vi) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jitqassmu lokalment fi kwantitajiet żgħar.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għall-“Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”.

Kummenti: Il-gassijiet li jinsabu f’dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni għandhom speċifikazzjonijiet, mitluba mill-utent finali, li jirriżultaw fil-ħtieġa li jiġu importati minn barra ż-żona tal-ADR. Ladarba użati, dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni nominalment vojta jeħtieġ li jittieħdu lura fil-pajjiż tal-oriġini, sabiex jimtlew mill-ġdid bil-gassijiet speċifikati b’mod speċjali — ma għandhomx jimtlew mill-ġdid fl-Irlanda u fl-ebda parti oħra taż-żona tal-ADR. Minkejja li mhumiex konformi mal-ADR, huma konformi mal-Kodiċi IMDG u aċċettati għall-finijiet ta’ dan il-Kodiċi. It-trasport multimodali, li jibda barra miż-żona tal-ADR, huwa maħsub sabiex jintemm fil-bini tal-importatur, fejn ikun intenzjonat li ċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jitqassmu fi kwantitajiet żgħar lill-utent finali lokalment fl-Irlanda. Dan il-ġarr fl-Irlanda ikun kopert bl-Artikolu 6(9) emendat tad-Direttiva 94/55/KE.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2021

RO–a–IE–6

Suġġett: L-eżenzjoni, minn xi dispożizzjonijiet tal-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE dwar l-imballaġġ, l-immarkar u t-tikkettar ta’ kwantitajiet żgħar (inqas mil-limiti f’1.1.3.6) ta’ oġġetti pirotekniċi skaduti u bil-kodiċijiet tal-klassifikazzjoni 1.3G, 1.4G u 1.4S tal-Klassi 1 tal-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE, li għandhom in-numri rispettivi tal-identifikazzjoni tas-sustanza NU 0092, NU 0093, NU 0191, NU 0195, NU 0197, NU 0240, NU 0312, NU 0403, NU 0404, NU 0453, NU 0505, NU 0506 jew NU 0507 għall-ġarr lejn l-eqreb kwartieri militari jew kamp tal-isparar biex jiġu mormija.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Partijiet 1, 2, 4, 5 u 6

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet ġenerali. Klassifikazzjoni. Dispożizzjonijiet għall-imballaġġ. Dispożizzjonijiet għall-kunsinna. Kostruzzjoni u ttestjar tal-imballaġġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dispożizzjonijiet tal-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE dwar l-imballaġġ, l-immarkar u t-tikkettar ta’ materjal pirotekniku skadut, bin-numri NU rispettivi NU 0092, NU 0093, NU 0191, NU 0195, NU 0197, NU 0240, NU 0312, NU 0403, NU 0404 NU 0453, NU 0505, NU 0506 jew NU 0507 għall-ġarr lejn l-eqreb kwartieri militari jew kamp tal-isparar ma japplikawx diment li jkun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-imballaġġ tal-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE u jiġi inkluż tagħrif addizzjonali fid-dokument tat-trasport. Din id-deroga tapplika biss għat-trasport lokali, lejn kwartieri militari jew kamp tal-isparar, ta’ kwantitajiet żgħar ta’ dan il-materjal pirotekniku skadut bil-għan li jiġu mormija b’mod sikur.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: S.I. 349 tar-Regolament tal-2011, 57(f) u (g)

Kummenti: Il-ġarr fi kwantitajiet żgħar ta’ materjal pirotekniku marittimu “skadut”, speċjalment minn sidien ta’ dgħajjes għad-delizzju u fornituri marittimi, lejn kwartieri militari jew kamp tal-isparar biex jiġu mormija b’mod sikur, ħoloq diffikultajiet, partikolarment fir-rigward tar-rekwiżiti għall-imballaġġ. Id-deroga hija għal kwantitajiet żgħar (anqas minn dawk speċifikati f’1.1.3.6) għat-trasport lokali, li tkopri n-numri NU kollha assenjati għal materjal pirotekniku marittimu.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Jannar 2025

RO–a–IE–7

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–a–HU–2.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: -

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2022.

ES Spanja

RO–a–ES1

Suġġett: Twaħħil tal-plakards tal-kontejners

Bażi ġuridika: Id-Direttiva 2008/68/KE, l-Artikolu 6(2)(a).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.1.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Il-plakards għandhom jitwaħħlu fuq iż-żewġ naħat u f’kull tarf tal-kontejner, tal-MEGC, tal-kontenitur tank jew tat-tank li jista’ jinġarr.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-plakard m’għandhiex għalfejn titwaħħal mal-kontejners li jġorru pakketti meta jkunu użati b’mod esklużiv f’operazzjonijiet ta’ trasport bit-triq. Din l-eżenzjoni ma tapplikax għall-klassijiet 1 jew 7.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Real Decreto 97/2014. Anejo 1. Apartado 8.

Kummenti: Meta kontejner, għajr kontejner-tank, jintuża biss għat-trasport bit-triq, u ma jkunx relatat ma’ operazzjoni tat-trasport intermodali, ikun qed jissodisfa l-funzjonijiet ta’ kaxxa skambjabbli. Il-kaxxi skambjabbli għall-ġarr ta’ oġġetti ppakkjati ma jeħtieġu l-ebda tip ta’ plakard ta’ periklu, ħlief għall-klassijiet 1 u 7.

Għalhekk, tqies bħala konvenjenti li l-kontejners li jintużaw biss bħala kaxxi skambjabbli f’operazzjonijiet tat-trasport bit-triq jiġu eżentati mir-rekwiżit tal-plakards, bl-esklużjoni tal-kontejners li jġorru oġġetti tal-klassijiet 1 jew 7.

F’din l-eżenzjoni, il-kontejners jitqiesu bħala simili għal kaxxi skambjabbli b’rabta mal-kundizzjonijiet ta’ sigurtà, ma hemm l-ebda raġuni biex wieħed jitlob aktar rekwiżiti għall-kontejners milli għall-kaxxi skambjabbli peress li dawn jikkonformaw ma’ rekwiżiti ta’ sigurtà aktar stretti minħabba d-disinn u l-kostruzzjoni speċifiċi tagħhom. Il-kumplament tat-twaħħil tal-plakards u l-immarkar meħtieġa għall-vetturi li jġorru oġġetti perikolużi għandu jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 5.3 tal-Anness I, Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE.

Data ta’ skadenza: l-1 ta’ Jannar 2025.

FR Franza

RO–a–FR–2

Suġġett: It-trasport ta’ skart li joriġina minn attivitajiet ta’ kura li jinvolvu riskju ta’ infezzjoni kopert minn NU 3291 b’massa ta’ 15-il kg jew inqas.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-ADR għat-trasport ta’ skart li joriġina minn attivitajiet ta’ kura li jinvolvu riskju ta’ infezzjoni kopert minn NU 3291 b’massa ta’ 15-il kg jew inqas.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par route — Article 12.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2021

RO–a–FR–5

Suġġett: It-trasport ta’ oġġetti perikolużi f’vetturi pubbliċi għat-trasport tal-passiġġieri (18).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.3.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: It-trasport ta’ passiġġieri u ta’ oġġetti perikolużi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta’ oġġetti perikolużi, għajr dawk tal-klassi 7, awtorizzat f’vetturi tat-trasport pubbliku bħala bagalja tal-idejn: japplikaw biss id-dispożizzjonijiet relatati mal-imballaġġ, l-immarkar u t-tikkettar ta’ pakketti stabbiliti f’4.1, 5.2 u 3.4.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 29 mai 2009 relatif au transport des marchandises dangereuses par voies terrestres, annexe I paragraphe 3.1.

Kummenti: Oġġetti perikolużi għall-użu personali jew għall-użu professjonali proprju biss jistgħu jinġarru f’bagalji tal-idejn. Huma permessi kontenituri portabbli tal-gass fl-ammonti meħtieġa għal vjaġġ wieħed għal pazjenti bi problemi respiratorji.

Data ta’ skadenza: it-28 ta’ Frar 2022

RO–a–FR–6

Suġġett: It-trasport personali ta’ kwantitajiet żgħar ta’ oġġetti perikolużi (18).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Obbligu ta’ dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport personali ta’ kwantitajiet żgħar ta’ oġġetti perikolużi għajr dawk tal-klassi 7, li ma jaqbżux il-limiti stabbiliti f’1.1.3.6. mhuwiex soġġett għall-obbligu li jkollu dokument tat-trasport kif previst f’5.4.1.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 29 mai 2009 relatif au transport des marchandises dangereuses par voies terrestres annexe I, paragraphe 3.2.1.

Data ta’ skadenza: it-28 ta’ Frar 2022

RO–a–FR–7

Suġġett: It-trasport bit-triq ta’ kampjuni ta’ sustanzi kimiċi, taħlitiet u oġġetti li jkun fihom merkanzija perikoluża għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Partijiet 1 sa 9

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dispożizzjonijiet ġenerali, il-klassifikazzjoni, id-dispożizzjonijiet speċjali u l-eżenzjonijiet dwar il-ġarr ta’ oġġetti perikolużi ppakkjati fi kwantitajiet limitati, id-dispożizzjonijiet dwar l-użu ta’ imballaġġi u tankijiet, il-proċeduri tal-kunsinna, ir-rekwiżiti tal-kostruzzjoni tal-imballaġġ, id-dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tat-trasport, il-maniġġ, it-tagħbija u l-ħatt, ir-rekwiżiti dwar it-tagħmir u l-operat tat-trasport, ir-rekwiżiti dwar il-kostruzzjoni u l-approvazzjoni tal-vetturi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Kampjuni ta’ sustanzi kimiċi, taħlitiet u oġġetti li jkun fihom oġġetti perikolużi li jinġarru għall-analiżi bħala parti minn attività ta’ sorveljanza tas-suq għandhom ikunu ppakkjati f’imballaġġ ikkombinat. Dawn għandhom jikkonformaw mar-regoli dwar il-kwantitajiet massimi għall-imballaġġ intern skont it-tip ta’ oġġett perikoluż involut. L-imballaġġ estern għandu jikkonforma mar-rekwiżiti għall-kaxxi tal-plastik solidu (4H2, il-Kapitolu 6.1 tal-Anness I, Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE). L-imballaġġ estern jeħtieġ li jkollu l-immarkar tat-Taqsima 3.4.7, tal-Anness I, Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE u l-kliem “Kampjuni għall-analiżi” (bil-Franċiż: “Echantillons destinés à l’analyse”). Sakemm dawn id-dispożizzjonijiet jiġu mħarsa, il-ġarr mhuwiex soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Anness I, Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 12 décembre 2012 modifiant l’arrêté du 29 mai 2009 aux transports de marchandises dangereuses par voies terrestres

Kummenti: L-eżenzjoni tat-Taqsima 1.1.3, l-Anness I, Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE ma tipprevedix it-trasport tal-kampjuni ta’ oġġetti perikolużi għall-analiżi li ssir mill-awtoritajiet kompetenti jew f’isimhom. Sabiex tiġi żgurata s-sorveljanza effettiva tas-suq, Franza introduċiet proċedura msejsa fuq is-sistema applikabbli għall-kwantitajiet limitati biex tiżgura s-sikurezza tat-trasport tal-kampjuni li jkun fihom oġġetti perikolużi. Peress li mhux dejjem fattibbli li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tat-tabella A, il-limitu tal-kwantità għall-imballaġġ intern ġie ddefinit b’mod aktar operattiv.

Data ta’ skadenza: l-1 ta’ Jannar 2025

HU L-Ungerija

RO–a–HU–1

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–a–DE–2

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: A nemzeti fejlesztési miniszter rendelete az ADR Megállapodás A és B Mellékletének belföldi alkalmazásáról

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Jannar 2025

ROaHU2

Suġġett: Id-distribuzzjoni ta’ oġġetti fl-imballaġġi interni lill-bejjiegħa bl-imnut jew minn depożiti ta’ distribuzzjoni lokali lil bejjiegħa bl-imnut jew utenti finali u mingħand bejjiegħa bl-imnut lill-utenti finali.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġi.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-imballaġġ ta’ ġewwa mhuwiex meħtieġ li jkun ġie allokat marka skont it-Taqsima 6.1.3 tal-Anness I, Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE jew li jkun immarkat b’xi mod ieħor jekk ikun fih oġġetti perikolużi oriġinarjament ippakkjati skont il-Kapitolu 3.4 tal-Anness I, Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE u li ssir fi kwantità kif stabbilit fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: A nemzeti fejlesztési miniszter rendelete az ADR Megállapodás A és B Mellékletének belföldi alkalmazásáról

Kummenti: Ir-rekwiżiti tal-Anness I, Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE mhumiex adegwati għall-aħħar stadji ta’ ġarr minn depożitu ta’ distribuzzjoni għal għand bejjiegħ bl-imnut jew utent jew minn bejjiegħ bl-imnut għal għand utent finali. L-għan ta’ din id-deroga huwa li tippermetti li l-kontenituri interni tal-oġġetti għad-distribuzzjoni bl-imnut jinġarru fl-aħħar parti tal-vjaġġ tad-distribuzzjoni lokali mingħajr l-imballaġġ estern.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Jannar 2025

AT L-Awstrija

ROaAT–/1

Suġġett: Kwantitajiet żgħar tal-klassijiet kollha ħlief 1, 6.2 u 7

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 3.4

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Trasport ta’ oġġetti perikolużi ppakkjati fi kwantitajiet limitati.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Sa 30 kg jew litru ta’ oġġetti perikolużi, li ma jagħmlux parti mill-kategorija tat-trasport 0 jew 1 f’imballaġġi interni għal kwantitajiet limitati jew f’imballaġġi li huma konformi mal-ADR jew li jkunu oġġetti robusti, jistgħu jiġu ppakkjati flimkien f’X kaxxi ittestjati.

L-utenti finali huma awtorizzati li jmorru jġibuhom mill-ħanut u jeħduhom lura, filwaqt li l-bejjiegħa bl-imnut huma awtorizzati li jeħduhom għand l-utenti finali jew minn ħanut tagħhom għal ieħor.

Il-limitu għal kull unità ta’ trasport huwa ta’ 333 kg jew litru, u l-perimetru permess huwa ta’ 100 km.

Il-kaxxi jkollhom jiġu mmarkati b’mod uniformi u akkumpanjati minn dokument tat-trasport simplifikat.

Rigward it-tagħbija u l-maniġġ, ftit dispożizzjonijiet biss japplikaw.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: “Gefahrgutbeförderungsverordnung Geringe Mengen – GGBV-GM from 5.7.2019 , BGBl. II Nr. 203/2019”.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2022.

PT Il-Portugall

ROaPT3

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–a–HU–2

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: -

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Jannar 2022

FI il-Finlandja

RO–a–FI–1

Suġġett: It-trasport ta’ oġġetti perikolużi f’ċerti ammonti fix-xarabanks

Bażi ġuridika: Id-Direttiva 2008/68/KE, l-Artikolu 6(2)(a)

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Partijiet 1, 4 u 5

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Eżenzjonijiet, Dispożizzjonijiet għall-Imballaġġ, Immarkar u Dokumentazzjonijiet.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: F’xarabanks bil-passiġġieri, jistgħu jiġu ttrasportati ammonti żgħar ta’ oġġetti perikolużi speċifikati bħala merkanzija sabiex il-kwantità totali ma taqbiżx il-200 kilo. F’xarabank, individwu privat jista’ jittrasporta oġġetti perikolużi msemmija fit-Taqsima 1.1.3 jekk l-oġġetti inkwistjoni jkunu ppakkjati għall-bejgħ bl-imnut u jkunu maħsuba għall-użu personali tiegħu. Il-kwantità totali ta’ likwidi fjammabbli mimlija f’kontenituri li jistgħu jerġgħu jimtlew ma tistax taqbeż il-5 litri.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-Regolament tal-Aġenzija Finlandiża tas-Sikurezza fit-Trasport dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq u d-Digriet tal-Gvern dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq (194/2002)

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2021

RO–a–FI–2

Suġġett: Deskrizzjoni tat-tankijiet vojta fid-dokument tat-trasport

Bażi ġuridika: Id-Direttiva 2008/68/KE, l-Artikolu 6(2)(a)

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Parti 5, 5.4.1

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet speċjali għall-ġarr f’vetturi b’tank jew f’unitajiet ta’ trasport b’aktar minn tank wieħed

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Meta jiġu trasportati vetturi b’tank vojt u mhux imnaddaf jew unitajiet ta’ trasport li għandhom tank wieħed jew aktar immarkati f’konformità ma’ 5.3.2.1.3, l-aħħar sustanza ttrasportata mmarkata fid-dokument tat-trasport tista’ tkun is-sustanza bil-punt ta’ fjammabbiltà l-aktar baxx.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-Regolament tal-Aġenzija Finlandiża tas-Sikurezza fit-Trasport dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2021

ROaFI3

Suġġett: Twaħħil ta’ plakards u mmarkar tal-unità tat-trasport għall-isplussivi.

Bażi ġuridika: Id-Direttiva 2008/68/KE, l-Artikolu 6(2)(a)

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.2.1.1

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet ġenerali għall-immarkar tal-pjanċi oranġjo

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Unitajiet tat-trasport (normalment vannijiet) li jittrasportaw ammonti żgħar ta’ splussivi (b’massa netta massima ta’ 1 000 kg) lejn il-barrieri u s-siti tax-xogħol jistgħu jitwaħħlulhom plakards tal-mudell Nru 1 fuq quddiem u fuq wara.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-Regolament tal-Aġenzija Finlandiża tas-Sikurezza fit-Trasport dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2021

SE L-Iżvezja

ROaSE1

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–a–FR–7

Bażi ġuridika: Direttiva 2008/68/KE, Artikolu 6(2)(a) (Kwantitajiet żgħar)

Referenza għall-Anness II, Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Partijiet 1 sa 9.

Kuntest tad-Direttiva:

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om visa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti:

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2022

Abbażi tal-Artikolu 6(2)(b)(i) tad-Direttiva 2008/68/KE

BE Il-Belġju

RO–bi–BE–5

Suġġett: Ġarr ta’ skart lejn impjanti tar-rimi tal-iskart.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.2, 5.4, 6.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Klassifikazzjoni, immarkar u rekwiżiti dwar l-imballaġġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Minflok ma jiġi kklassifikat l-iskart skont l-ADR, l-iskart jinqasam fi gruppi differenti (solventi fjammabbli, żebgħa, aċidi, batteriji, eċċ.) sabiex ikunu evitati reazzjonijiet perikolużi f’wieħed minn dawn il-gruppi. Ir-rekwiżiti għall-manifattura tal-imballaġġ huma inqas restrittivi.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrête royal relatif au transport de marchandises dangereuses par route

Kummenti: Dan ir-regolament jista’ jintuża għall-ġarr ta’ kwantitajiet żgħar ta’ skart lejn impjanti tar-rimi.

Data ta’ skadenza: il-31 ta’ Diċembru 2022

RO–bi–BE–6

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–SE–5

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: deroga 01-2004

Data ta’ skadenza: il-31 ta’ Diċembru 2022

RO–bi–BE–7

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–SE–6

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: deroga 02-2003

Data ta’ skadenza: il-31 ta’ Diċembru 2022

RO–bi–BE–8

Suġġett: Eżenzjoni mill-projbizzjoni li s-sewwieq jew l-assistent tas-sewwieq jiftaħ pakketti ta’ oġġetti perikolużi f’katina ta’ distribuzzjoni lokali minn depożitu ta’ distribuzzjoni lokali għal għand il-bejjiegħ bl-imnut jew l-utent finali u mingħand il-bejjiegħ bl-imnut s’għand l-utent finali (għajr il-Klassi 7).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.3.3.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Projbizzjoni li s-sewwieq jew l-assistent tas-sewwieq jiftaħ pakketti ta’ oġġetti perikolużi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-projbizzjoni ta’ ftuħ ta’ pakketti hija kkwalifikata bil-kundizzjoni “Għajr f’każ ta’ awtorizzazzjoni mill-operatur tal-vettura”.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrête royal relatif au transport de marchandises dangereuses par route

Kummenti: Jekk dan jinftiehem litteralment, il-projbizzjoni kif miktuba fl-Anness tista’ toħloq problemi serji għad-distribuzzjoni bl-imnut.

Data ta’ skadenza: il-31 ta’ Diċembru 2022

RO–bi–BE–10

Suġġett: It-trasport fil-viċinanzi ta’ żoni industrijali inkluż it-trasport fuq triq pubblika.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Annessi A u B.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-derogi jikkonċernaw id-dokumentazzjoni, iċ-ċertifikat tas-sewwieq, it-tikkettar u l-immarkar ta’ pakketti.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: id-derogi 10-2012, 12-2012, 24-2013, 31-2013, 07-2014, 08-2014, 09-2014 u 38-2014.

Data ta’ skadenza: il-31 ta’ Diċembru 2022

RO–bi–BE–11

Suġġett: il-ġbir ta’ cilindri tal-butan-propan mingħajr tikkettar konformi

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.2.2.1.1

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: iċ-ċilindri tal-gass jeħtieġ li jkollhom tikketti ta’ periklu mwaħħla fuqhom.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: waqt il-ġbir taċ-ċilindri li jkollhom in-NU 1965, in-nuqqas tat-tikketti ta’ periklu ma jenħtieġx sostituzzjoni jekk il-vettura tkun tikkettata b’mod korrett (mudell 2.1)

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: id-deroga 14-2016.

Data ta’ skadenza: il-31 ta’ Diċembru 2022

RO–bi–BE–12

Suġġett: it-trasport ta’ NU 3509 f’kontejners miksija li jġorru merkanzija sfuża

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.3.2.1

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: il-ġarr ta’ NU 3509 irid isir f’kontejners magħluqa li jġorru merkanzija sfuża

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: deroga 15-2016

Data ta’ skadenza: il-31 ta’ Diċembru 2022

RO–bi–BE–13

Suġġett: it-trasport ta’ ċilindri DOT

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.2.3.4 sa 6.2.3.9

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: iċ-ċilindri tal-gass jeħtieġ li jkunu manifatturati u ttestjati skont il-Kapitolu 6.2 tal-ADR

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: iċ-ċilindri mibnija u ttestjati skont id-dispożizzjonijiet tal-United States Department of Transportation (DOT) jistgħu jintużaw għat-trasport ta’ lista limitata ta’ gassijiet annessa mad-deroga

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: deroga BWV01-2017

Data ta’ skadenza: il-31 ta’ Diċembru 2022

DK id-Danimarka

RO–bi–DK–1

Suġġett: NU 1202, 1203, 1223 u l-Klassi 2 – ebda dokument tat-trasport.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Meħtieġ dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Waqt it-trasport ta’ prodotti minerali taż-żejt tal-Klassi 3, NU 1202, 1203 u 1223 u ta’ gassijiet tal-Klassi 2 b’rabta mad-distribuzzjoni (oġġetti biex jiġu kkonsenjati lil żewġ destinatarji jew aktar u l-ġbir ta’ oġġetti ritornati f’sitwazzjonijiet bħal dawn), mhux meħtieġ dokument tat-trasport sakemm l-istruzzjonjiet bil-miktub, minbarra t-tagħrif mitlub fl-ADR, ikun fihom tagħrif dwar in-numru NU, l-isem u l-klassi.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 729 af 15.8.2001 om vejtransport af farligt gods.

Kummenti: Ir-raġuni għal dik id-deroga nazzjonali hija li l-iżvilupp tat-tagħmir elettroniku jippermetti pereżempju lill-kumpaniji taż-żejt li jużaw dan it-tagħmir sabiex jittrażmettu kontinwament informazzjoni dwar il-klijenti lill-vetturi. Peress li din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli fil-bidu tal-operazzjoni tat-trasport u tintbagħat lill-vettura waqt il-vjaġġ, mhux possibbli li jitħejjew id-dokumenti tat-trasport qabel ma jibda l-vjaġġ. Dawn it-tipi ta’ trasport huma ristretti għal żoni limitati.

Deroga għad-Danimarka għal dispożizzjoni simili skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2026.

RO–bi–DK–2

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–SE–6

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 437 af 6. juni 2005 om vejtransport af farligt gods, kif emendat.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2026

RO–bi–DK–3

Suġġett: It-trasport ta’ oġġetti perikolużi f’proprjetajiet privati li jkunu qrib xulxin.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għall-ġarr ta’ oġġetti perikolużi fuq toroq pubbliċi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Fir-rigward tat-trasport ta’ oġġetti perikolużi bit-triq bejn żewġ proprjetajiet privati separati jew aktar li jkunu qrib xulxin, it-trasport jista’ jseħħ b’permess bil-miktub mill-awtorità kompetenti – japplikaw ċerti kundizzjonijiet.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 828 af 10. juni 2017 om vejtransport af farligt gods.

Kummenti: Sitwazzjoni tista’ sseħħ faċilment meta l-oġġetti jiġu trasferiti bejn proprjetajiet privati li jinsabu viċin xulxin iżda fejn xorta jkun meħtieġ l-aċċess għal triq pubblika għal distanza limitata ħafna (eż. qsim ta’ triq). Dan ma jkunx jikkostitwixxi ġarr ta’ oġġetti perikolużi minn triq pubblika fis-sens normali tat-terminu, u japplikaw biss rekwiżiti aktar laxki.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2026

RO–bi–DK–4

Suġġett: It-trasport bit-triq ta’ oġġetti perikolużi ta’ ċerti klassijiet minn djar privati u impriżi lejn iċ-ċentri tal-ġbir tal-iskart fil-qrib jew il-faċilitajiet intermedji ta’ pproċessar għall-iskop ta’ rimi.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Partijiet 1 sa 9

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet ġenerali, dispożizzjonijiet ta’ klassifikazzjoni, dispożizzjonijiet speċjali, dispożizzjonijiet tal-ippakkjar, proċeduri tal-kunsinna, rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġ, dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tal-ġarr, tagħbija, ħatt u maniġġ, rekwiżiti għall-ekwipaġġ tal-vettura, tagħmir, operazzjoni u dokumentazzjoni u rekwiżiti li jikkonċernaw il-kostruzzjoni u l-approvazzjoni tal-vetturi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Oġġetti perikolużi minn djar privati u impriżi jistgħu, taħt ċerti kundizzjonijiet, jinġarru lejn iċ-ċentri tal-ġbir tal-iskart fil-qrib jew il-faċilitajiet intermedji ta’ pproċessar għall-iskop ta’ rimi. Dispożizzjonijiet differenti għandhom jiġu osservati skont il-karattru u r-riskji relatati mat-trasport; bħall-kwantità tal-oġġetti perikolużi għal kull imballaġġ intern, għal kull imballaġġ estern u/jew għal kull unità ta’ trasport, u jekk il-ġarr ta’ oġġetti perikolużi huwiex anċillari għall-attività ewlenija tal-intrapriżi jew le.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 818 af 28. juni 2011 om vejtransport af farligt gods § 4, stk. 3.

Kummenti: Mhuwiex possibbli li l-amministraturi tal-iskart u l-impriżi japplikaw id-dispożizzjonijiet kollha tal-Anness I, Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE meta jkun inġabar skart bi fdalijiet ta’ oġġetti perikolużi minn djar privati u/jew intrapriżi biex jinġarr lejn iċ-ċentri tal-ġbir tal-iskart fil-qrib għall-iskop ta’ rimi. Ġeneralment l-iskart ikun imballaġġi li oriġinarjament ikunu nġarru skont l-eżenzjoni tas-Subtaqsima 1.1.3.1 (c) tal-Anness I, Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE u/jew mibjugħ bl-imnut. Madankollu, l-eżenzjoni 1.1.3.1(c) ma tapplikax għall-ġarr lejn ċentri tal-ġbir tal-iskart, u d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 3.4 tal-Anness I, Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE mhumiex adattati għal ġarr ta’ skart ta’ imballaġġi interni.

Data ta’ skadenza: l-1 ta’ Jannar 2025

RO–bi–DK–5

Suġġett: Eżenzjoni biex it-tagħbija u l-ħatt ta’ merkanzija perikoluża, li lilha tkun assenjata d-dispożizzjoni speċjali CV1 f’7.5.11 jew S1 fi 8.5, titħalla ssir f’post pubbliku mingħajr permess speċjali mill-awtoritajiet kompetenti.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, ta’ din id-Direttiva: 7.5.11, 8.5

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tagħbija, il-ħatt u l-maniġġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-tagħbija u l-ħatt ta’ oġġetti perikolużi f’post pubbliku ma jeħtiġux permess speċjali mill-awtorità kompetenti, b’deroga mir-rekwiżiti ta’ 7.5.11 jew 8.5.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 828 af 10/06/2017 om vejtransport af farligt gods.

Kummenti: Għat-trasport nazzjonali fi ħdan l-istat, din id-dispożizzjoni tpoġġi piż kbir ħafna fuq l-Awtoritajiet kompetenti kif ukoll fuq il-komunità tan-negozju li tittratta l-oġġetti perikolużi inkwistjoni.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2026

DE Il-Ġermanja

RO–bi–DE–1

Suġġett: Rinunzja ta’ ċerti indikazzjonijiet fid-dokument ta’ trasport (n2).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Kontenut tad-dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għall-klassijiet kollha ħlief il-klassijiet 1 (ħlief 1.4S), 5.2 u 7:

Mhix meħtieġa indikazzjoni fid-dokument tat-trasport:

(a)

għad-destinatarju fil-każ ta’ distribuzzjoni lokali (bl-eċċezzjoni għal tagħbija mimlija u għat-trasport f’ċerti rotot);

(b)

għall-ammont u t-tipi ta’ imballaġġ, jekk 1.1.3.6 ma jkunx applikat u jekk il-vettura tkun f’konformità mad-dispożizzjonijiet kollha tal-Annessi A u B;

(c)

għal tankijiet vojta u mhux imnaddfa, id-dokument tat-trasport tal-aħħar tagħbija huwa biżżejjed.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 18.

Kummenti: L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha ma tkunx prattikabbli fir-rigward tat-tip tat-traffiku kkonċernat.

Id-deroga kienet irreġistrata mill-Kummissjoni bħala Nru 22 (skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2021

RO–bi–DE–3

Suġġett: Trasport ta’ skart perikoluż ippakkjat.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1 sa 5.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Klassifikazzjoni, imballaġġ u mmarkar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 2 sa 6.1, 8 u 9: Imballaġġ ikkombinat u trasport ta’ skart perikoluż f’pakketti u IBCs; l-iskart irid ikun ippakkjat f’imballaġġ intern (kif jinġabar) u maqsum f’kategoriji speċifiċi ta’ skart (biex ikunu evitati reazzjonijiet perikolużi f’xi grupp ta’ skart); l-użu ta’ struzzjonijiet speċjali bil-miktub relatati mal-gruppi ta’ skart u bħala polza tal-vjeġġ; il-ġbir ta’ skart domestiku u tal-laboratorji, eċċ.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 20.

Kummenti: Lista Nru 6*.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2021

RO–bi–DE–5

Suġġett: It-trasport lokali ta’ NU 3343 (taħlita ta’ nitrogliċerina, disensitizzata, likwida, fjammabbli, mhux speċifikata mod ieħor, b’mhux aktar minn 30 % ta’ nitrogliċerina skont il-massa) f’kontejners tank, b’deroga mis-Subtaqsima 4.3.2.1.1. tal-Anness I, Taqsima I.1. tad-Direttiva 2008/68/KE.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 3.2, 4.3.2.1.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar l-użu tal-kontejners tank.

Kontenut tad-dispożizzjonijiet legali nazzjonali: it-trasport lokali tan-nitrogliċerina (NU 3343) f’kontejners tank, fuq distanzi qosra, soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.   Rekwiżiti għall-kontejners tank

1.1.

Jistgħu jintużaw biss il-kontejners tank li huma awtorizzati speċifikament għal dan l-iskop, li f’kuntesti oħra jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet dwar il-kostruzzjoni, it-tagħmir, l-awtorizzazzjoni ta’ mudelli ta’ kostruzzjoni, testijiet, tikkettar u operat fil-Kapitolu 6.8 tal-Anness I, Taqsima I.1 tad-Direttiva 2008/68/KE.

1.2.

Il-mekkaniżmu ta’ għeluq tal-kontejner tank għandu jkollu sistema ta’ rilaxx tal-pressjoni li titla’ sa pressjoni interna ta’ 300 kPa (3 bar) ogħla mill-pressjoni normali u permezz ta’ dan tillibera apertura li tħares ’il fuq b’erja għar-rilaxx tal-pressjoni ta’ mill-inqas 135 ċm2 (dijametru ta’ 132 mm). L-apertura ma għandhiex tingħalaq mill-ġdid wara li tiġi attivata. Bħala installazzjoni ta’ sikurezza, jistgħu jintużaw wieħed mill-elementi ta’ sikurezza jew aktar bl-istess proċess ta’ attivazzjoni u erja għar-rilaxx tal-pressjoni korrispondenti. It-tip ta’ kostruzzjoni tal-istallazzjoni ta’ sikurezza jeħtieġ li jkun għadda b’suċċess minn ittestjar tat-tip u minn approvazzjoni tat-tip magħmula mill-awtorità responsabbli.

2.   Tikkettar

Kull kontejner tank irid ikun ittikkettat fuq iż-żewġ naħat b’tikketta ta’ periklu skont il-mudell 3 fis-Subtaqsima 5.2.2.2.2 tat-Taqsima I.1 tal-Anness I, tad-Direttiva 2008/68/KE.

3.   Dispożizzjonijiet operattivi

3.1.

Għandu jiġi żgurat li waqt it-trasport, in-nitrogliċerina tkun iddistribwita b’mod indaqs fil-medium ta’ flemmatizzazzjoni u li ma tkun tista’ sseħħ l-ebda separazzjoni tal-komponenti tat-taħlita.

3.2.

Waqt it-tagħbija u l-ħatt, mhuwiex permess li xi ħadd jibqa’ ġol-vettura jew fuqha, ħlief biex jiġi operat it-tagħmir għat-tagħbija u l-ħatt.

3.3.

Fil-post tal-ħatt, il-kontejners tank għandhom jitbattlu kompletament. Jekk ma jistgħux jitbattlu kompletament, dawn għandhom jingħalqu b’mod issikkat wara l-ħatt sakemm jerġgħu jimtlew.

Referenza oriġinali għad-dispożizzjonijiet legali nazzjonali: deroga Nordrhein-Westfalen

Rimarki: Dan jikkonċerna t-trasport lokali f’kontejners tank bit-triq fuq distanzi qosra bħala parti minn proċess industrijali bejn żewġ siti ta’ produzzjoni fissi. Sabiex jiġi mmanifatturat prodott farmaċewtiku, is-sit tal-produzzjoni A jipprovdi, bħala parti minn trasport konformi mar-regola, f’kontejners tank tas-600 l, soluzzjoni reżina, fjammabbli (NU 1866), grupp tal-imballaġġ II, lis-sit ta’ produzzjoni B. Hawnhekk, soluzzjoni tan-nitrogliċerina tiġi miżjuda u jsir it-taħlit li jipproduċi taħlita ta’ kolla li tinkludi n-nitrogliċerina disensitizzata, likwida, fjammabbli, mhux speċifikata mod ieħor, b’mhux aktar minn 30 % ta’ nitrogliċerina skont il-massa (NU 3343) għal użu ulterjuri. It-trasport ta’ ritorn ta’ din is-sustanza lejn is-sit tal-produzzjoni A jseħħ ukoll fil-kontejners tank imsemmija hawn fuq, li jkunu ġew speċjalment iċċekkjati u approvati mill-awtorità rilevanti għal din l-operazzjoni speċifika tat-trasport u li turi l-kodiċi tat-tank L10DN.

Tmiem il-perjodu ta’ validità: it-30 ta’ Ġunju 2022

RO–bi–DE–6

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–SE–6.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: § 1 Absatz 3 Nummer 1 der Gefahrgutverordnung Straße, Eisenbahn und Binnenschifffahrt (GGVSEB)

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2021

RO–bi–DE–7

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–BE–10

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Data ta’ skadenza: 20 ta’ Marzu 2021

IE l-Irlanda

RO–bi–IE–3

Suġġett: Eżenzjoni biex it-tagħbija u l-ħatt ta’ merkanzija perikoluża, li lilha tkun assenjata d-dispożizzjoni speċjali CV1 f’7.5.11 jew S1 fi 8.5, titħalla ssir f’post pubbliku mingħajr permess speċjali mill-awtoritajiet kompetenti.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5 u 8.5.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tagħbija, il-ħatt u l-maniġġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-tagħbija u l-ħatt ta’ oġġetti perikolużi f’post pubbliku ma jeħtiġux permess speċjali mill-awtorità kompetenti, b’deroga mir-rekwiżiti ta’ 7.5.11 jew 8.5.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regolament 82(5) tal-“Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 2004”.

Kummenti: Għat-trasport nazzjonali fil-pajjiż, din id-dispożizzjoni tpoġġi obbligu serju ħafna fuq l-awtoritajiet kompetenti.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2021

RO–bi–IE–6

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit tal-punt 4.3.4.2.2, li jeħtieġ li l-pajpijiet flessibbli tal-mili u t-tbattil, li ma jkunux imqabbda b’mod permanenti mal-qoxra ta’ vettura b’tank, ikunu vojta matul it-trasport.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.3.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Użu ta’ vetturi b’tank.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Rombli tal-manek flessibbli (inklużi l-pajpijiet fissi relatati magħhom) imwaħħla ma’ vetturi b’tank użati għad-distribuzzjoni bl-imnut ta’ prodotti taż-żejt bin-numru tal-identifikazzjoni tas-sustanzi NU 1011, NU 1202, NU 1223 u NU 1863 u NU 1978 mhumiex meħtieġa li jkunu vojta matul it-trasport bit-triq sakemm jiġu adottati miżuri adegwati għall-prevenzjoni ta’ kwalunkwe telf ta’ kontenut.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regolament 82(8) tal-“Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 2004”.

Kummenti: Il-pajpijiet flessibbli mwaħħla ma’ vetturi b’tank li jagħmlu kunsinni fid-djar iridu jibqgħu mimlijin il-ħin kollu, anki waqt it-trasport. Is-sistema tat-tbattil hija magħrufa bħala sistema bil-“wet-line” li tirrikjedi li l-meter u l-pajp tal-vettura b’tank ikunu mimlijin sabiex jiġi żgurat li l-klijenti jirċievu l-kwantità korretta ta’ prodott.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2021

RO–bi–IE–7

Suġġett: Eżenzjoni minn xi rekwiżiti ta’ 5.4.0, 5.4.1.1.1 u 7.5.11 tal-ADR għat-trasport ta’ Fertilizzant tan-Nitrat tal-Ammonju NU 2067 fi kwantitajiet sfużi mill-portijiet s’għand id-destinatarji.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.0, 5.4.1.1.1 u 7.5.11.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżit għal dokument separat tat-trasport, li jkun fih il-kwantità totali korretta tat-tagħbija partikolari inkluża, għal kull vjaġġ ta’ trasport; u r-rekwiżit biex il-vettura titnaddaf qabel u wara l-vjaġġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Deroga proposta li tippermetti modifiki għar-rekwiżiti tal-ADR fid-dokument tat-trasport u t-tindif tal-vettura; sabiex jitqiesu l-prattikalitajiet tat-trasport ta’ merkanzija sfużi bejn il-port u d-destinatarju.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għall-“Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”.

Kummenti: Id-dispożizzjonijiet tal-ADR jeħtieġu (a) dokument separat tat-trasport, li fih il-massa totali tal-oġġetti perikolużi li jinġarru għat-tagħbija partikolari; u (b) id-Dispożizzjoni Speċjali “CV24” dwar it-tindif għal kull tagħbija trasportata bejn il-port u d-destinatarju waqt il-ħatt ta’ bastiment tal-merkanzija sfuża. Billi t-trasport huwa lokali u jikkonċerna l-ħatt minn bastiment tal-merkanzija sfuża, jinvolvi tagħbijiet multipli għat-trasport (fl-istess ġurnata jew fi ġranet konsekuttivi) tal-istess sustanza bejn il-bastimenti tal-merkanzija sfuża u d-destinatarji, dokument wieħed tat-trasport, b’massa totali approssimattiva ta’ kull tagħbija, għandu jkun biżżejjed u ma għandhiex tkun meħtieġa d-Dispożizzjoni Speċjali “CV24”.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2021

RO–bi–IE–8

Suġġett: It-trasport ta’ oġġetti perikolużi bejn proprjetajiet privati u vettura oħra fil-viċinanza immedjata tal-proprjetà, jew bejn żewġ partijiet ta’ proprjetà privata li jkunu jinsabu fil-viċinanza immedjata ta’ xulxin iżda separati minn triq pubblika.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: L-Anness I, Taqsima 1.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għall-ġarr bit-triq ta’ oġġetti perikolużi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-waqfien tal-applikazzjoni tar-regolamenti meta vettura tkun qed tintuża għat-trasferiment ta’ oġġetti perikolużi

(a)

bejn bini privat u vettura oħra fil-viċinanza immedjata ta’ dik il-proprjetà; jew

(b)

bejn żewġ partijiet ta’ proprjetà privata fil-viċinanza immedjata minn xulxin iżda li jistgħu jkunu separati bi triq pubblika,

sakemm it-trasport iseħħ permezz tal-aktar rotta diretta.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: European Communities (Carriage of Dangerous Goods by Road and Use of Transportable Pressure Equipment) Regulations 2011 and 2013, Regulation 56.

Kummenti: Meta l-merkanzija tiġi trasferita bejn żewġ partijiet ta’ proprjetà privata jew bejn proprjetà privata u vettura assoċjata li huma separati bi triq pubblika, jistgħu jiżvolġu diversi sitwazzjonijiet. Dan it-tip ta’ trasport ma jinvolvix il-ġarr ta’ oġġetti perikolużi fis-sens tas-soltu, u għaldaqstant ir-regolamenti li jikkonċernaw it-trasport ta’ oġġetti perikolużi m’hemmx bżonn li jiġu applikati. Ara wkoll RO–bi–SE–3 u RO–bi–DK–3.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Jannar 2025

EL Il-Greċja

RO–bi–EL–1

Suġġett: Deroga mir-rekwiżiti tas-sikurezza għal tankijiet fissi (vetturi b’tank) b’massa grossa ta’ inqas minn 4 tunnellati użati għat-trasport lokali tal-gażojl(NU 1202), li ġew irreġistrati l-ewwel darba fil-Greċja bejn l-1 ta’ Jannar 1991 u l-31 ta’ Diċembru 2002.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.6.3.6, 6.8.2.4.2, 6.8.2.4.3, 6.8.2.4.4, 6.8.2.4.5, 6.8.2.1.17-6.8.2.1.22, 6.8.2.1.28, 6.8.2.2, 6.8.2.2.1, 6.8.2.2.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni, it-tagħmir, l-approvazzjoni tat-tip, l-ispezzjonijiet u t-testijiet, u l-immarkar tat-tankijiet fissi (vetturi b’tank), tat-tankijiet li jistgħu jitneħħew u tal-kontejners tank u tal-vetturi b’tank li jinbidel, bil-qoxra magħmula minn materjal metalliku, u tal-vetturi tal-batterija u MEGCs.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Dispożizzjoni tranżitorja: Tankijiet fissi (vetturi b’tank) b’massa grossa ta’ inqas minn 4 tunnellati użati għat-trasport lokali tal-gażojl biss (NU 1202) li ġew irreġistrati l-ewwel darba fil-Greċja bejn l-1 ta’ Jannar 1991 u l-31 ta’ Diċembru 2002 li l-ħxuna minima tal-qoxra ta’ barra tagħhom tkun inqas minn 3 mm jistgħu jibqgħu jintużaw. Maħsuba biex tkopri t-trasport lokali għal vetturi reġistrati matul dak il-perjodu. Din id-dispożizzjoni tranżizzjonali tkun fis-seħħ għal vetturi b’tank biss jekk jinbidlu skont 6.8.2.1.20 u jiġu adattati skont:

1.

Il-paragrafi tal-ADR dwar l-ispezzjonijiet u t-testijiet: 6.8.2.4.2, 6.8.2.4.3, 6.8.2.4.4, 6.8.2.4.5

2.

It-tankijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ 6.8.2.1.28, 6.8.2.2.1 u 6.8.2.2.2.

Fil-kamp “Noti” taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-vettura, għandu jinkiteb dan li ġej: “VALIDU SAT-30.6.2021”.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Τεχνικές Προδιαγραφές κατασκευής, εξοπλισμού και ελέγχων των δεξαμενών μεταφοράς συγκεκριμένων κατηγοριών επικινδύνων εμπορευμάτων για σταθερές δεξαμενές (οχήματα-δεξαμενές), αποσυναρμολογούμενες δεξαμενές που βρίσκονται σε κυκλοφορία. (Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni, it-tagħmir, l-ispezzjonijiet u t-testijiet fuq tankijiet fissi (vetturi b’tank), tankijiet li jistgħu jitneħħew li jkunu fiċ-ċirkolazzjoni, għal xi kategoriji ta’ oġġetti perikolużi).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2021

ES Spanja

RO–bi–ES–2

Suġġett: Tagħmir speċjali għad-distribuzzjoni ta’ ammonijaka anidra.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.8.2.2.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Biex jiġi evitat kull telf ta’ kontenut fil-każ ta’ ħsara lill-fittings esterni (pajpijiet, mezzi laterali ta’ għeluq), il-valv iżolanti intern u l-post fejn ikun imqiegħed jridu jkunu protetti kontra l-periklu li jitqaċċtu minn pressjonijiet esterni jew ddisinjati b’mod li jirreżistu pressjonijiet bħal dawn. It-tagħmir għall-mili u għat-tbattil (inklużi l-flanġi jew tappijiet bil-kamin) u għotjien protettivi (jekk ikun hemm) iridu jkunu protetti kontra ftuħ mhux intenzjonat.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tankijiet użati għall-finijiet agrikoli għad-distribuzzjoni u l-applikazzjoni tal-ammonijaka anidra li ddaħħlu fis-servizz qabel l-1 ta’ Jannar 1997 jistgħu jkunu mgħammra b’fittings tas-sikurezza esterni minflok interni, bil-kundizzjoni li joffru protezzjoni li tkun tal-anqas ekwivalenti għall-protezzjoni mogħtija mill-ħajt tat-tank.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Real Decreto 97/2014. Anejo 1. Apartado 3.

Kummenti: Qabel l-1 ta’ Jannar 1997 kien jintuża, esklussivament għal-agrikoltura, tip ta’ tank mgħammar b’fittings esterni ta’ sikurezza biex tiġi applikata l-ammonijaka anidra direttament għal fuq l-art. Tankijiet varji ta’ dan it-tip għadhom jintużaw illum. Dawn it-tankijiet rarament jiċċirkolaw mgħobbijin fit-toroq iżda jintużaw biss għall-fertilizzanti f’azjendi agrikoli kbar.

Data ta’ skadenza: it-28 ta’ Frar 2022

FR Franza

RO–bi–FR–1

Suġġett: L-użu ta’ dokumenti marittimi bħala dokumenti tat-trasport għal vjaġġi qosra wara li tinħatt it-tagħbija minn fuq il-vapur.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: L-informazzjoni li għandha tidher fid-dokument użat bħala dokument tat-trasport ta’ oġġetti perikolużi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dokument marittimu għandu jintuża bħala dokument tat-trasport f’raġġ ta’ 15-il km.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par route — Article 23-4.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2021

RO–bi–FR–3

Suġġett: It-trasport ta’ tankijiet fissi għall-ħżin tal-LPG (18).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta’ tankijiet fissi għall-ħżin tal-LPG huwa soġġett għal regoli speċifiċi. Dawn japplikaw biss għal distanzi qosra.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par route — Article 30.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2021

RO–bi–FR–4

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–BE–8

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 29 mai 2009 modifié relatif aux transports de marchandises dangereuses par voies terrestres.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Jannar 2022

RO–bi–FR–5

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–BE–5

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: -

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2024

RO–bi–FR–6

Suġġett: It-trasport ta’ skart li jkun fih asbestos liberu

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.4

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Struzzjoni tal-ippakkjar P002

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta’ skart li jkun fih asbestos liberu (Nru tal-NU 2212 ASBESTOS, AMFIBOLI (amosit, tremolit, aktinolit, antofillit, kroċidolit) jew Nru tan-NU 2590 ASBESTOS, KRISOTIL) minn siti tal-kostruzzjoni:

l-iskart jiġi trasportat fi trakkijiet bil-kaxxa tinqaleb,

l-iskart jiġi ppakkjat f’“boroż-kontenituri” – boroż li jintwew u li jkollhom l-istess dimensjonijiet bħall-bażi tal-kaxxa tat-trakk – li jingħalqu tajjeb biex ma joħorġux fibri tal-asbestos waqt it-trasport,

il-boroż-kontenituri huma ddisinjati b’mod li jkunu jifilħu għall-istrapazz li jġarrbu f’kundizzjonijiet tat-trasport normali u waqt li jitbattlu fis-sit tal-landfill,

il-kundizzjonijiet l-oħra li huma applikabbli skont l-ADR għandhom jiġu ssodisfati.

Dawn il-kundizzjonijiet tat-trasport jidhru partikolarment xierqa għat-trasport ta’ kwantitajiet kbar ta’ skart prodott minn xogħlijiet fit-toroq jew tat- tneħħija tal-asbestos mill-bini. Dawn il-kundizzjoniet huma xierqa wkoll għall-ħżin finali tal-iskart fis-siti tal-landfills approvati u jħaffu x-xogħol tat-tagħbija, għalhekk jipproteġu aħjar lill-ħaddiema mill-perikli tal-asbestos meta mqabbla mal-kundizzjonijiet applikabbli skont l-istruzzjoni tal-ippakkjar P002 tal-Kapitolu 4.1.4 tal-ADR.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: -

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2024

HU L-Ungerija

RO–bi–HU–1

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–SE–3

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: A nemzeti fejlesztési miniszter rendelete az ADR Megállapodás A és B Mellékletének belföldi alkalmazásáról

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Jannar 2025

NL In-Netherlands

RO–bi–NL–13

Suġġett: L-iskema tal-2015 għat-trasport ta’ skart domestiku perikoluż

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.6, 3.3, 4.1.4, 4.1.6, 4.1.8, 4.1.10, 5.1.2, 5.4.0, 5.4.1, 5.4.3, 6.1, 7.5.4, 7.5.7, 7.5.9, 8 u 9.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Eżenzjonijiet għal ċerti kwantitajiet; dispożizzjonijiet speċjali; l-użu tal-imballaġġ; l-użu ta’ imballaġġ żejjed; id-dokumentazzjoni; il-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-imballaġġ; it-tagħbija, il-ħatt u l-maniġġ; il-ħaddiema; it-tagħmir; it-tħaddim; il-vetturi u d-dokumentazzjoni; il-kostruzzjoni u l-approvazzjoni tal-vetturi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: id-dispożizzjonijiet marbuta mat-trasport ta’ skart domestiku perikoluż fi kwantitajiet żgħar miġbur kif ukoll skart domestiku perikoluż minn negozji, li jiġi pprovdut f’imballaġġ xieraq b’kapaċità massima ta’ 60 litru. Minħabba l-kwantitajiet żgħar involuti f’kull każ u minħabba n-natura differenti tas-sustanzi varji, mhux possibbli li jitwettqu operazzjonijiet ta’ trasport f’konformità totali mar-regoli tal-ARD. Varjant simplifikat li jiddevja minn għadd ta’ dispożizzjonijiet tal-ARD huwa għalhekk stipulat skont l-iskema msemmija hawn fuq.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-iskema tal-2015 għat-trasport ta’ skart domestiku perikoluż

Kummenti: L-iskema ġiet stabbilita sabiex tippermetti lill-individwi u lin-negozji jarmu l-iskart kimiku fi kwantitajiet żgħar f’sit wieħed. Is-sustanzi involuti għalhekk jikkonsistu minn fdalijiet bħal skart taż-żebgħa. Il-livell ta’ periklu huwa mnaqqas permezz tal-għażla tal-mezzi tat-trasport, li tinvolvi, fost l-oħrajn, l-użu ta’ elementi speċjali tat-trasport u avviżi li jipprojbixxu t-tipjip kif ukoll dawl isfar jixgħel u jitfi li jidher b’mod ċar mill-membri tal-pubbliku. Il-punt kruċjali fir-rigward tat-trasport huwa li tkun żgurata s-sikurezza. Din tista’ tinkiseb, pereżempju, billi s-sustanzi jiġu trasportati f’imballaġġ issiġillat sabiex jiġi evitat it-tixrid, jew ir-riskju li joħroġ jew jinġema’ fwar tossiku fil-vettura. Inkorporati fil-vettura hemm unitajiet adatti għall-ħżin ta’ kategoriji varji ta’ skart u li jipprovdu protezzjoni kontra l-iskossi u kontra l-ispostament aċċidentali kif ukoll kontra l-ftuħ involontarju. Fl-istess ħin, minkejja l-kwantitajiet żgħar ta’ skart ippreżentati, l-operatur tat-trasport irid ikollu ċertifikat ta’ kompetenza professjonali, minħabba n-natura diversa tas-sustanzi involuti. Minħabba n-nuqqas ta’ tagħrif, min-naħa tal-individwi privati, dwar il-livelli ta’ periklu assoċjati ma’ dawn is-sustanzi, għandhom jiġu pprovduti struzzjonijiet bil-miktub, kif stipulat fl-Anness għall-iskema.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2021

PT Il-Portugall

RO–bi–PT–1

Suġġett: Dokumentazzjoni tat-trasport għal NU 1965

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għad-dokument tat-trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-isem proprju tal-kumpanija tat-trasport għandu jkun indikat fid-dokument tat-trasport, kif previst fis-Taqsima 5.4.1 tal-RPE (Regulamento Nacional de Transporte de Mercadorias Perigosas por Estrada), għal gassijiet kummerċjali tal-butan u tal-propan koperti mill-intestatura kollettiva “UN No 1965 hydrocarbon gas mixture, liquefied, n.o.s.”, trasportati f’ċilindri, jista’ jinbidel f’ismijiet kummerċjali oħra kif ġej:

“UN 1965 Butane” fil-każ tat-taħlitiet A, A01, A02 u A0, kif deskritti fis-Subtaqsima 2.2.2.3 tal-RPE, trasportati f’ċilindri;

“UN 1965 Propane” fil-każ tat-taħlita C, kif deskritt fis-Subtaqsima 2.2.2.3 tal-RPE, trasportat f’ċilindri.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Despacho DGTT 7560/2004, tas-16 ta’ April 2004, skont l-Artikolu 5, Nru 1, tad-Decreto-Lei No 267-A/2003 tas-27 ta’ Ottubru.

Kummenti: L-importanza li l-affarijiet isiru aktar faċli biex l-operaturi ekonomiċi jimlew id-dokumenti tat-trasport ta’ oġġetti perikolużi hija rikonoxxuta, sakemm ma tkunx affettwata s-sikurezza ta’ dawn l-operazzjonijiet.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2021

RO–bi–PT–2

Suġġett: Id-dokumentazzjoni tat-trasport ta’ tankijiet u kontenituri vojta mhux imnaddfa.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għad-dokumentazzjoni tat-trasport

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għall-vjaġġi ta’ ritorn ta’ tankijiet u ta’ kontejners vojta li jkunu trasportaw oġġetti perikolużi, id-dokument tat-trasport imsemmi fit-Taqsima 5.4.1 tal-RPE jista’ jitbiddel bid-dokument tat-trasport maħruġ għall-vjaġġ li jkun sar immedjatament qabel biex jitwasslu l-oġġetti.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Despacho DGTT 15162/2004, tat-28 ta’ Lulju 2004, skont l-Artikolu 5, Nru 1, tad-Decreto-Lei No 267-A/2003, tas-27 Ottubru.

Kummenti: L-obbligu li t-trasport ta’ tankijiet u ta’ kontejners vojta li jkunu trasportaw oġġetti perikolużi jrid ikun akkumpanjat minn dokument tat-trasport skont l-RPE, f’ċerti każijiet, jikkawża diffikultajiet prattiċi, li jistgħu jinżammu għall-minimu mingħajr ebda preġudizzju għas-sikurezza.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2021

FI il-Finlandja

RO–bi–FI–1

Suġġett: Modifika tat-tagħrif fid-dokument tat-trasport għas-sustanzi splussivi.

Bażi ġuridika: Id-Direttiva 2008/68/KE, l-Artikolu 6(2)(a)

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.2.1(a)

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet speċjali għall-Klassi 1.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Fid-dokument tat-trasport huwa permissibbli li jintuża l-għadd ta’ detonaturi (1 000 detonatur jikkorrispondi għal 1 kg splussiv) minflok il-massa netta preżenti tas-sustanzi splussivi.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-Regolament tal-Aġenzija Finlandiża tas-Sikurezza fit-Trasport dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq

Kummenti: It-tagħrif jitqies suffiċjenti għat-trasport nazzjonali. Din id-deroga hija applikata prinċipalment għall-industrija tal-minjieri fir-rigward ta’ kwantitajiet żgħar trasportati lokalment.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2021

RO–bi–FI–3

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–DE–1

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Data ta’ skadenza: it-28 ta’ Frar 2022

RO-bi-FI-4

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–SE–6

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Digriet tal-Gvern dwar Ċertifikat tas-Sewqan għas-Sewwieqa ta’ Vetturi li Jġorru Oġġetti Perikolużi (401/2011)

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2021

SE L-Iżvezja

RO–bi–SE–1

Suġġett: Ġarr ta’ skart perikoluż għal postijiet fejn jintrema l-iskart perikoluż.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Parti 5 u 6.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-pakketti.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-ġarr ta’ imballaġġi li jkun fihom oġġetti perikolużi bħala skart għandu jsir f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ADR li minnhom huma permessi biss ftit eżenzjonijiet. L-eżenzjonijiet mhumiex permessi għat-tipi kollha ta’ sustanzi u oġġetti.

L-eżenzjonijiet prinċipali huma:

L-imballaġġi żgħar (inqas minn 30 kg) ta’ oġġetti perikolużi bħala skart jistgħu jiġu ppakkjati f’imballaġġi, inkluż IBCs u imballaġġi kbar, mingħajr ma jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tas-subtaqsimiet 6.1.5.2.1, 6.1.5.8.2, 6.5.6.1.2, 6.5.6.14.2, 6.6.5.2.1 u 6.6.5.4.3 tat-Taqsima I.1, tal-Anness I, ta’ din id-Direttiva. L-imballaġġi, inkluż l-IBCs u l-imballaġġi kbar ma għandhomx bżonn jiġu ttestjati bl-istess mod bħal meta dawn jiġu ttestjati meta jkunu ppreparati għall-ġarr b’kampjun rappreżentattiv ta’ imballaġġi zgħar ġo fihom.

Dan huwa permess sakemm:

l-imballaġġi, l-IBCs u l-imballaġġi l-kbar ikunu konformi mat-tip li jkun ġie ttestjat u approvat skont il-grupp tal-ippakkjar I jew II tad-dispożizzjonijiet applikabbli tat-Taqsimiet 6.1, 6.5 jew 6.6, tal-Anness I, Taqsima I.1 ta’ din id-Direttiva,

l-imballaġġi ż-żgħar jiġu ppakkjati b’materjal assorbenti li jżomm kwalunkwe likwidu li jista’ joħroġ fl-imballaġġi esterni, l-IBCs jew fl-imballaġġi l-kbar waqt it-trasport, u

l-imballaġġi, l-IBCs jew l-imballaġġi l-kbar kif imħejjija għall-ġarr ikollhom massa grossa ta’ mhux aktar mill-massa grossa permessa ddikjarata fuq l-immarkar tat-tip ta’ disinn tan-NU għall-gruppi tal-ippakkjar I jew II għall-imballaġġi, l-IBCs jew l-imballaġġi l-kbar; kif ukoll

is-sentenza li ġejja hija inkluża fid-dokument tat-trasport “Ippakkjat skont il-parti 16 tal-ADR-S”.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi S — Regolamenti speċifiċi għat-trasport domestiku ta’ oġġetti perikolużi bit-triq maħruġa skont l-Att dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi.

Kummenti: Is-Subtaqsimiet 6.1.5.2.1, 6.1.5.8.2, 6.5.6.1.2, 6.5.6.14.2, 6.6.5.2.1 u 6.6.5.4.3, tal-Anness I, Taqsima I.1 ta’ din id-Direttiva huma diffiċli biex jiġu applikati għaliex l-imballaġġi, l-IBCs u l-imballaġġi l-kbar għandhom jiġu ttestjati b’kampjun rappreżentattiv ta’ skart, li huwa diffiċli li jitbassar minn qabel.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2021

RO–bi–SE–2

Suġġett: L-isem u l-indirizz tal-ispeditur fid-dokument tat-trasport.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Informazzjoni ġenerali meħtieġa fid-dokument ta’ trasport.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni nazzjonali tgħid li l-isem u l-indirizz tal-ispeditur mhumiex meħtieġa jekk l-imballaġġ vojt u mhux imnaddaf jiġi ritornat bħala parti minn sistema ta’ distribuzzjoni.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: L-imballaġġ vojt u mhux imnaddaf li jintbagħat lura bosta drabi jkun għad fih kwantitajiet żgħar ta’ oġġetti perikolużi.

Din id-deroga tintuża primarjament mill-industriji meta jirritornaw kontenituri tal-gass vojta u mhux imnaddfa bi skambju ma’ oħrajn mimlija.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2021

RO–bi–SE–3

Suġġett: It-trasport ta’ oġġetti perikolużi fil-viċinanzi ta’ sit(i) industrijali, inkluż it-trasport f’toroq pubbliċi bejn diversi partijiet tas-sit(i).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Annessi A u B.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi fuq toroq pubbliċi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport fil-viċinanzi ta’ sit(i) industrijali, inkluż it-trasport f’toroq pubbliċi bejn diversi partijiet tas-sit(i). Id-derogi jikkonċernaw it-tikkettar u l-immarkar tal-pakketti, id-dokumenti tat-trasport, iċ-ċertifikat tas-sewwieq u ċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni skont 9.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Jeżistu diversi sitwazzjonijiet li fihom l-oġġetti perikolużi jinġarru bejn proprjetajiet li jkunu jinsabu fuq naħat opposti ta’ triq pubblika. Dan it-tip ta’ trasport ma jikkostitwix ġarr ta’ oġġetti perikolużi minn triq privata, u għalhekk dan għandu jkun marbut mar-rekwiżiti rilevanti. Qabbel ukoll mal-Artikolu 6(14) tad-Direttiva 96/49/KE.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2021

RO–bi–SE–4

Suġġett: Trasport ta’ oġġetti perikolużi li jkunu ġew ikkonfiskati mill-awtoritajiet.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Anness A u B.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għat-trasport bit-triq ta’ oġġetti perikolużi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Jistgħu jkunu permessi devjazzjonijiet mir-regolamenti jekk dawn ikunu mmotivati minn raġunijiet ta’ protezzjoni tal-ħaddiema, riskji waqt il-ħatt, is-sottomissjoni ta’ provi, eċċ.

Devjazzjonijiet mir-regolamenti huma permessi biss jekk jintlaħqu livelli ta’ sikurezza sodisfaċenti taħt kundizzjonijiet normali tal-ġarr.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Dawn id-derogi jistgħu jiġu applikati biss mill-awtoritajiet li jikkonfiskaw l-oġġetti perikolużi.

Din id-deroga hija maħsuba għat-trasport lokali, eż. ta’ oġġetti konfiskati mill-pulizija bħal splussivi jew beni misruqa. Il-problema b’dawn it-tipi ta’ oġġetti hija li wieħed qatt ma jista’ jkun żgur mill-klassifikazzjonijiet. Barra minn hekk, dawn l-oġġetti sikwit ma jkunux ippakkjati, immarkati jew tikkettati skont l-ADR. Kull sena, il-pulizija twettaq diversi mijiet ta’ operazzjonijiet ta’ trasport ta’ dan it-tip. Fil-każ ta’ alkoħol imdaħħal bil-kuntrabandu, dan irid jiġi trasportat mill-post fejn ikun ġie kkonfiskat sa faċilità fejn jinżammu l-provi, u wara lejn faċilità biex jinqered; dawn it-tnejn tal-aħħar jistgħu jkunu ’l bogħod mhux ħażin minn xulxin. Id-devjazzjonijiet permessi huma: (a) kull pakkett m’għandux għalfejn ikun ittikkettat; u (b) ma għandhomx għalfejn jintużaw pakkett approvati. Madankollu, kull palit li jkollu pakkett bħal dan irid ikollu tikketti korretti. Ir-rekwiżiti l-oħra kollha jeħtieġ li jiġu ssodisfati. Kull sena isiru madwar 20 operazzjoni ta’ trasport ta’ dan it-tip.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2021

RO–bi–SE–5

Suġġett: Trasport ta’ oġġetti perikolużi ġewwa u qrib ħafna ta’ portijiet.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.1.2, 8.1.5, 9.1.2

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dokumenti li għandhom jinġarru fl-unità ta’ trasport; kull unità ta’ trasport li ġġorr oġġetti perikolużi trid tkun mgħammra bit-tagħmir speċifikat; l-approvazzjoni tal-vettura.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Mhuwiex meħtieġ li jinġarru dokumenti (ħlief għaċ-ċertifikat tas-sewwieq) fl-unità tat-trasport.

Mhuwiex meħtieġ li l-unità tat-trasport tkun mgħammra bit-tagħmir speċifikat fil-punt 8.1.5.

It-tratturi ma jeħtiġux ċertifikat tal-approvazzjoni.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Qabbel mad-Direttiva 96/49/KE, l-Artikolu 6(14).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2021

RO–bi–SE–6

Suġġett: Iċ-ċertifikat tal-ispetturi tat-taħriġ tal-ADR.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.2.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Is-sewwieqa tal-vetturi jkollhom jattendu korsijiet ta’ taħriġ.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-ispetturi li jwettqu l-ispezzjoni teknika annwali tal-vetturi ma jeħtiġilhomx jattendu l-korsijiet tat-taħriġ imsemmija fil-punt 8.2 jew li jkollhom iċ-ċertifikat tat-taħriġ tal-ADR.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: F’xi każijiet vetturi li jkunu qed jiġu ttestjati bl-ispezzjoni teknika jistgħu jkunu qed iġorru oġġetti perikolużi bħala tagħbija, eż. tankijiet mhux imnaddfa u vojta.

Ir-rekwiżiti f’1.3 u 8.2.3 għadhom japplikaw.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2021

RO–bi–SE–7

Suġġett: Id-distribuzzjoni lokali tan-NU 1202, 1203 u 1223 f’tankers.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.6, 5.4.1.4.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Għal tankijiet vojta mhux imnaddfa u għal kontejners tank, id-deskrizzjoni għandha tkun skont 5.4.1.1.6. L-isem u l-indirizz ta’ aktar minn destinatarju wieħed jistgħu jitniżżlu f’dokumenti oħra.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għal tankijiet vojta, mhux imnaddfa jew kontejners tank, id-deskrizzjoni fid-dokument ta’ trasport skont 5.4.1.1.6 ma tkunx meħtieġa jekk l-ammont ta’ sustanza fil-pjan ta’ tagħbija jkun immarkat b’0. L-isem u l-indirizz tad-destinatarji mhuma meħtieġa fl-ebda dokument abbord il-vettura.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2021.

RO–bi–SE–9

Suġġett: It-trasport lokali b’rabta ma’ siti agrikoli jew siti ta’ kostruzzjoni.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4, 6.8 u 9.1.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Id-dokument tat-trasport; Il-kostruzzjoni tat-tankijiet; Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport lokali b’rabta ma’ siti agrikoli jew siti ta’ kostruzzjoni jista’ ma jikkonformax ma’ xi regolamenti:

(a)

id-dikjarazzjoni ta’ oġġetti perikolużi mhix meħtieġa;

(b)

tankijiet/kontejners qodma mhux mibnija b’mod konformi ma’ 6.8, iżda b’mod konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali aktar antika, u li jkunu mwaħħla fuq vaguni tal-ekwipaġġ, xorta jistgħu jibqgħu jintużaw;

(c)

tankers eqdem, li ma jkunux jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt 6.7 jew 6.8, u li huma maħsuba għat-trasport ta’ sustanzi tan-NU 1268, 1999, 3256 u 3257, b’tagħmir tal-kisi tat-toroq jew mingħajru, xorta jista’ jibqa’ jintuża għat-trasport lokali u fil-viċinanzi ta’ postijiet fejn ikunu qed isiru xogħlijiet fuq it-toroq;

(d)

ċertifikat ta’ approvazzjoni għal vaguni tal-ekwipaġġ u tankers b’tagħmir ta’ kisi ta’ wiċċ it-triq jew mingħajru ma jkunx meħtieġ.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Vagun tal-ekwipaġġ huwa xorta ta’ karavan għall-ekwipaġġ tax-xogħol, b’kamra għall-ekwipaġġ u armat b’tank/kontejner mhux approvat għad-diżil maħsub għat-tħaddim ta’ tratturi forestali.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2021

RO–bi–SE–10

Suġġett: Trasport ta’ splussivi f’tankijiet.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.4.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: L-isplussivi jistgħu jkunu ppakkjati skont il-punt 4.1.4 biss.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-awtorità kompetenti nazzjonali tapprova l-vetturi maħsuba għat-trasport tal-isplussivi f’tankijiet. It-trasport f’tankijiet huwa biss permess għal dawk l-isplussivi elenkati fir-regolament jew permezz ta’ awtorizzazzjoni speċjali mill-awtorità kompetenti.

Vettura mgħobbija bi splussivi f’tankijiet jeħtieġ li tkun immarkata skont 5.3.2.1.1, 5.3.1.1.2. u 5.3.1.4. Vettura waħda biss fl-unità ta’ trasport jista’ jkun fiha oġġetti perikolużi.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi S — Regolamenti speċifiċi għat-trasport domestiku ta’ oġġetti perikolużi bit-triq maħruġa skont l-Att dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi u r-regolament Żvediż SÄIFS 1993:4.

Kummenti: Din tapplika biss għal trasport domestiku u meta l-operazzjoni tat-trasport tkun fil-parti l-kbira ta’ natura lokali. Ir-regolamenti kkonċernati kienu fis-seħħ qabel ma l-Iżvezja saret membru tal-Unjoni Ewropea.

Żewġ kumpaniji biss iwettqu operazzjonijiet ta’ trasport tal-isplussivi f’vetturi b’tank. Fil-futur qrib huwa mistenni li sseħħ tranżizzjoni għal emulsjonijiet.

Id-deroga l-antika Nru 84.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2021

RO–bi–SE–11

Suġġett: Liċenzja tas-sewwieq

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 8.2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti dwar it-taħriġ tal-ekwipaġġ tal-vettura.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-taħriġ tas-sewwieqa ma jitħalliex isir bi kwalunkwe vettura msemmija fi 8.2.1.1.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi S — Regolamenti speċifiċi għat-trasport domestiku ta’ oġġetti perikolużi bit-triq maħruġa skont l-Att dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi.

Kummenti: Trasport lokali.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2021

RO–bi–SE–12

Suġġett: Trasport ta’ logħob tan-nar NU 0335.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: l-Anness B, 7.2.4, V2 (1)

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet għall-użu ta’ vetturi EX/II u EX/III.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Meta jinġarr logħob tan-nar NU 0335, id-Dispożizzjoni Speċjali V2 (1) f’7.2.4 tapplika biss għall-kontenut nett ta’ splussiv ta’ iktar minn 3 000 kg (4 000 kg bit-trejler), sakemm il-logħob tan-nar jiġi assenjat għal NU 0335 skont it-tabella standard tal-klassifikazzjoni tal-logħob tan-nar f’2.1.3.5.5 tal-erbatax-il edizzjoni riveduta tar-Rakkomandazzjonijiet dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi tan-NU.

Assenjament bħal dan għandu jsir bi ftehim mal-awtorità kompetenti. Għandha titwettaq verifika tal-assenjament fuq l-unità tat-trasport.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi S — Regolamenti speċifiċi għat-trasport domestiku bit-triq ta’ merkanzija perikoluża maħruġin skont l-Att dwar it-Trasport ta’ Merkanzija Perikoluża.

Kummenti: It-trasport ta’ logħob tan-nar huwa limitat għal żewġ perjodi qosra fis-sena, meta taqleb is-sena u meta jaqleb minn April għal Mejju. Il-ġarr mingħand l-ispedituri sat-terminals jista’ jsir mill-flotta attwali tal-vetturi bl-approvazzjoni EX mingħajr problemi kbar. Madankollu, id-distribuzzjoni, kemm tal-logħob tan-nar mit-terminals għaż-żoni tax-xiri, kif ukoll ta’ dak li jifdal żejjed, lura lejn it-terminals huwa limitat minħabba n-nuqqas ta’ vetturi bl-approvazzjoni EX. It-trasportaturi mhumiex interessati li jinvestu f’approvazzjonijiet bħal dawn minħabba li ma jkunux jistgħu jirkupraw il-kostijiet tagħhom. Dan jipperikola l-eżistenza tal-ispedituri tal-logħob tan-nar minħabba li ma jistgħux iqiegħdu l-prodotti tagħhom fis-suq.

Meta tintuża din id-deroga, il-klassifikazzjoni tal-logħob tan-nar trid issir abbażi tal-lista standard fir-Rakkomandazzjonijiet tan-NU, sabiex tinkiseb l-aktar klassifikazzjoni aġġornata possibbli.

Teżisti eċċezzjoni simili għal-logħob tan-nar NU 0336 imdaħħla fid-Dispożizzjoni Speċjali 651, 3.3.1 tal-ADR 2005.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2021

RO–bi–SE–13

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–DK–4

Bażi ġuridika: Id-Direttiva 2008/68/KE, l-Artikolu 6(2)(b)(i) (Trasport lokali fuq distanzi qosra)

Referenza għall-Anness I, Taqsima n I.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Partijiet 1 sa 9.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva:

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om visa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti:

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2022”.

(2)

fl-Anness II, it-Taqsima II.3 hija sostitwita b’dan li ġej:

“II.3.   Derogi nazzjonali

Derogi għall-Istati Membri għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom abbażi tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/68/KE.

Numerazzjoni tad-derogi: Ra–a/bi/bii–MS–nn

RA

= Ferrovija

a/bi/bii

= Artikolu 6(2) a/bi/bii

MS

= Taqsira għal Stat Membru

nn

= in-numru tal-ordni

Abbażi tal-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva 2008/68/KE

DE Il-Ġermanja

Ra–a–DE–2

Suġġett: Awtorizzazzjoni għall-imballaġġ ikkombinat.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.10.4 MP2.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Projbizzjoni ta’ imballaġġ ikkombinat.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassi 1.4S, 2, 3 u 6.1; awtorizzazzjoni ta’ imballaġġ ikkombinat ta’ oġġetti fil-Klassi 1.4S (skrataċ għal armi żgħar), aerosols (Klassi 2) u materjali tat-tindif u tat-trattamenti fil-Klassijiet 3 u 6.1 (numri NU elenkati) bħala settijiet li għandhom jinbiegħu f’imballaġġ ikkombinat fil-grupp tal-imballaġġ II u fi kwantitajiet żgħar.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 21.

Kummenti: Lista Nru. 30*, 30a, 30b, 30c, 30d, 30e, 30f, 30 g.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2021

FR Franza

Ra–a–FR–3

Suġġett: Ġarr għall-ħtiġijiet ta’ sid il-ferrovija.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Tagħrif dwar il-materjali perikolużi li għandu jkun indikat fin-nota tal-kunsinna.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Trasport għall-ħtiġijiet tat-trasportatur ferrovjarju ta’ kwantitajiet li ma jaqbżux il-limiti preskritti f’1.1.3.6 mhuwiex soġġett għad-dikjarazzjoni dwar it-tagħbija.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 5 juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par chemin de fer — Article 20.2.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2021

Ra–a–FR–4

Suġġett: Eżenzjoni mill-ittikkettar ta’ ċerti vaguni tal-posta.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Obbligu tat-twaħħil ta’ tikketti mal-ħitan tal-vaguni.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Dawk il-vaguni tal-posta biss li jġorru aktar minn 3 tunnellati ta’ materjal tal-istess klassi (li mhux dak tal-Klassi 1, 6.2 jew 7) jeħtieġ li jitwaħħlulhom tikketti.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 5 juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par chemin de fer — Article 21.1.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2021

SE L-Iżvezja

Ra–a–SE–1

Suġġett: Vagun ferrovjarju li jġorr oġġetti perikolużi, bħala oġġetti express, ma għandux bżonn ikun immarkat b’tikketti.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Vaguni ferrovjarji li jkunu qed iġorru oġġetti perikolużi jridu ikunu mmarkati bit-tikketti.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Vagun ferrovjarju li jġorr oġġetti perikolużi, bħala oġġetti express, ma għandux bżonn ikun immarkat b’tikketti.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Jeżistu limiti għall-kwantitajiet fl-RID għall-oġġetti definiti bħala oġġetti express. Għalhekk hija kwistjoni ta’ kwantitajiet żgħar.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2021

Abbażi tal-Artikolu 6(2)(b)(i) tad-Direttiva 2008/68/KE

DK id-Danimarka

RA–bi–DK–1

Suġġett: Ġarr ta’ oġġetti perikolużi fil-mini

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Tagħbija, ħatt u distanzi protettivi

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni tipprevedi dispożizzjonijiet alternattivi għal dawk previsti fit-Taqsima II.1 tal-Anness II tad-Direttiva 2008/68/KE dwar il-ġarr mill-mina ferrovjarja li tgħaddi minn taħt il-Great Belt u Øresund. Dawn id-dispożizzjonijiet alternattivi huma dwar il-volum tat-tagħbija u d-distanza bejn it-tagħbijiet ta’ oġġetti perikolużi.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bestemmelser om transport af Eksplosiver i jernbanetunnellerne på Storebælt og Øresund, 11. maj 2017.

Kummenti:

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2022

RA–bi–DK–2

Suġġett: Ġarr ta’ oġġetti perikolużi mill-mini

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Tagħbija, ħatt u distanzi protettivi

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni tipprevedi dispożizzjonijiet alternattivi għal dawk previsti fit-Taqsima II.1 tal-Anness II, tad-Direttiva 2008/68/KE dwar il-ġarr mill-mina ferrovjarja tal-fixed link li taqsam Øresund. Dawn id-dispożizzjonijiet alternattivi huma dwar il-volum tat-tagħbija u d-distanza bejn it-tagħbijiet ta’ oġġetti perikolużi.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bestemmelser om transport af Eksplosiver i jernbanetunnellerne på Storebælt og Øresund, 11. maj 2017.

Kummenti:

Data ta’ skadenza: it-28 ta’ Frar 2022

DE Il-Ġermanja

RA–bi–DE–2

Suġġett: Trasport ta’ skart perikoluż ippakkjat.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 1 sa 5.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Klassifikazzjoni, imballaġġ u mmarkar.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 2 sa 6.1, 8 u 9: Imballaġġ ikkombinat u trasport ta’ skart perikoluż f’pakketti u IBCs; l-iskart irid ikun ippakkjat f’imballaġġi interni (kif jinġabar) u maqsum f’kategoriji speċifiċi ta’ skart (biex ikunu evitati reazzjonijiet perikolużi f’xi grupp ta’ skart); l-użu ta’ struzzjonijiet speċjali bil-miktub relatati mal-gruppi ta’ skart u bħala polza tal-vjeġġ; il-ġbir ta’ skart domestiku u tal-laboratorji, eċċ.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 20.

Kummenti: Lista Nru 6*.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2021

RA–bi–DE–3

Suġġett: It-trasport lokali ta’ NU 1381 (fosforu, isfar, taħt l-ilma), Klassi 4.2, grupp tal-imballaġġ I, f’vaguni ferrovjarji tank.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 6.8, 6.8.2.3.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar il-kostruzzjoni ta’ tankijiet u ta’ vaguni tank. Is-Subtaqsima 6.8.2.3 tal-Kapitolu 6.8, tirrikjedi l-approvazzjoni tat-tip għal tankijiet li jġorru NU 1381 (fosforu, isfar, taħt l-ilma).

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport lokali ta’ NU 1381 (fosforu, isfar, taħt l-ilma), Klassi 4.2, grupp tal-imballaġġ I, fuq distanzi qosra (minn Sassnitz-Mukran sa Lutherstadt Wittenberg-Piesteritz u Bitterfeld) f’vaguni tank tal-ferrovija mibnija skont l-istandards Russi. It-trasport tal-merkanzija huwa soġġett għal dispożizzjonijiet operattivi addizzjonali stipulati mill-awtoritajiet kompetenti tas-sikurezza.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ausnahme Eisenbahn-Bundesamt Nr. E 1/92.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Jannar 2025.

SE L-Iżvezja

RA–bi–SE–1

Suġġett: Ġarr ta’ skart perikoluż għal postijiet fejn jintrema l-iskart perikoluż.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1 tad-Direttiva 2008/68/KE: Il-Parti 5 u 6.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-pakketti.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-ġarr ta’ pakketti li jkun fihom oġġetti perikolużi bħala skart għandu jitwettaq f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li minnha huma biss permessi ftit eżenzjonijiet. L-eżenzjonijiet mhumiex permessi għat-tipi kollha ta’ sustanzi u oġġetti.

L-eżenzjonijiet prinċipali huma:

Imballaġġi żgħar (inqas minn 30 kg) ta’ oġġetti perikolużi bħala skart jistgħu jiġu ppakkjati f’imballaġġi, inklużi IBCs u imballaġġi kbar, mingħajr ma jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tas-Subtaqsimiet 6.1.5.2.1, 6.1.5.8.2, 6.5.6.1.2, 6.5.6.14.2, 6.6.5.2.1 u 6.6.5.4.3 tat-Taqsima II.1 tal-Anness II ta’ din id-Direttiva. L-imballaġġi, inkluż l-IBCs u l-imballaġġi kbar ma għandhomx bżonn jiġu ttestjati bl-istess mod bħal meta dawn jiġu ttestjati meta jkunu ppreparati għall-ġarr b’kampjun rappreżentattiv ta’ imballaġġi zgħar ġo fihom.

Dan huwa permess sakemm:

l-imballaġġi, l-IBCs u l-imballaġġi l-kbar ikunu konformi mat-tip li jkun ġie ttestjat u approvat skont il-grupp tal-ippakkjar I jew II tad-dispożizzjonijiet applikabbli tat-Taqsimiet 6.1, 6.5 jew 6.6 tat-Taqsima II.1 tal-Anness II ta’ din id-Direttiva,

l-imballaġġi ż-żgħar jiġu ppakkjati b’materjal assorbenti li jżomm kwalunkwe likwidu li jista’ joħroġ fl-imballaġġi esterni, l-IBCs jew fl-imballaġġi l-kbar waqt it-trasport, u

l-imballaġġi, l-IBCs jew l-imballaġġi l-kbar kif imħejjija għall-ġarr ikollhom massa grossa ta’ mhux aktar mill-massa grossa permessa ddikjarata fuq l-immarkar tat-tip ta’ disinn tan-NU għall-gruppi tal-ippakkjar I jew II għall-imballaġġi, l-IBCs jew l-imballaġġi l-kbar, u

is-sentenza li ġejja hija inkluża fid-dokument tat-trasport “Ippakkjat skont il-parti 16 tal-RID-S”

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi S — Regolamenti speċifiċi għat-trasport domestiku ta’ oġġetti perikolużi bit-triq maħruġa skont l-Att dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi

Kummenti: Is-Subtaqsimiet 6.1.5.2.1, 6.1.5.8.2, 6.5.6.1.2, 6.5.6.14.2, 6.6.5.2.1 u 6.6.5.4.3 tat-Taqsima II.1 tal-Anness II, ta’ din id-Direttiva huma diffiċli biex jiġu applikati għax l-imballaġġi, l-IBCs u l-imballaġġi l-kbar għandhom jiġu ttestjati b’kampjun rappreżentattiv ta’ skart, li huwa diffiċli li jitbassar minn qabel.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2021.

Abbażi tal-Artikolu 6(2)(b)(ii) tad-Direttiva 2008/68/KE

DE Il-Ġermanja

Ra–bii–DE–1

Suġġett: It-trasport lokali ta’ NU 1051 (Ċjanur tal-Idroġenu, stabbilizzat, likwidu, li fih 1 % jew inqas ta’ ilma skont il-massa), f’vaguni ferrovjarji tank, li jidderogaw mis-Subtaqsima 1 tal-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 3.2, 4.3.2.1.1.

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Projbizzjoni fuq it-trasport ta’ NU 1051 (ċjanur tal-idroġenu), stabbilizzat, likwidu li fih 1 % jew inqas ta’ ilma skont il-massa, f’vaguni ferrovjarji tank (tankijiet RID).

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport lokali bil-ferrovija fuq rotot identifikati partikolari, li jifforma parti minn proċess industrijali definit, u li jkun ikkontrollat mill-qrib f’kondizzjonijiet speċifikati b’mod ċar. It-trasport iseħħ f’vaguni tank li għandhom liċenzja speċifika għal dan l-iskop u li l-kostruzzjoni u l-fittings tagħhom jiġu kontinwament adattati skont l-aħħar teknoloġija tas-sikurezza. Il-proċess tat-trasport huwa regolat fid-dettall permezz ta’ dispożizzjonijiet ulterjuri tas-sikurezza operattiva bi ftehim mal-awtoritajiet rilevanti għas-sikurezza u kontra l-periklu u jiġi mmonitorjat mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza rilevanti.

Referenza oriġinali għad-dispożizzjonijiet legali nazzjonali: Ausnahmezulassung Eisenbahn-Bundesamt, No E 1/97.

Tmiem il-perjodu ta’ validità: 1 ta’ Jannar 2023

RA–bii–DE–2

Suġġett: it-trasport lokali ta’ NU 1402 (karbur tal-kalċju), grupp tal-imballaġġ I, fuq rotot iddeżinjati u f’kontejners fuq vaguni.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, tad-Direttiva 2008/68/KE: 3.2, 7.3.1.1

Kontenut tal-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet ġenerali għat-trasport ta’ merkanzija sfuża. Il-Kapitolu 3.2, it-Tabella A, ma tippermettix li l-karbur tal-kalċju jinġarr fi kwantitajiet sfużi.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport lokali bil-ferrovija tan-NU 1402 (karbur tal-kalċju), grupp tal-imballaġġ I, fuq rotot speċifikament iddeżinjati, bħala parti minn proċess industrijali ddefinit u kkontrollat mill-qrib f’kundizzjonijiet speċifikati b’mod ċar. It-tagħbijiet huma ttrasportati f’kontenituri f’vaguni mibnija apposta. It-trasport tal-merkanzija huwa soġġett għal dispożizzjonijiet operattivi addizzjonali stipulati mill-awtoritajiet kompetenti tas-sikurezza.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ausnahme Eisenbahn-Bundesamt Nr. E 3/10.

Data ta’ skadenza: il-15 ta’ Jannar 2024”


Top