Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D0109

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/109 tat-23 ta’ Jannar 2020 li temenda l-Anness tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan

    C/2020/284

    ĠU L 19, 24.1.2020, p. 36–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/109/oj

    24.1.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 19/36


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/109

    tat-23 ta’ Jannar 2020

    li temenda l-Anness tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat il-Ftehim Monetarju tas-17 ta’ Diċembru 2009 bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 8(1) tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan (“il-Ftehim Monetarju”) jirrekjedi lill-Istat tal-Belt tal-Vatikan jimplimenta l-atti legali u r-regoli tal-Unjoni dwar il-karti tal-flus u l-muniti tal-euro, il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus, tal-frodi u tal-iffalsifikar tal-flus u tal-mezzi tal-ħlas mhux fi flus; midalji u tokens u rekwiżiti ta’ rappurtar statistiku. Dawk l-atti u r-regoli huma elenkati fl-Anness tal-Ftehim Monetarju.

    (2)

    L-Anness tal-Ftehim Monetarju jrid jiġi emendat mill-Kummissjoni kull sena biex jitqiesu l-atti legali u r-regoli ġodda rilevanti tal-Unjoni u l-emendi ta’ dawk eżistenti,

    (3)

    Xi atti legali u regoli tal-Unjoni ma għadhomx rilevanti u għalhekk jenħtieġ li jiġu kkanċellati mill-Anness, filwaqt li xi atti legali u regoli rilevanti ġodda tal-Unjoni u xi emendi għal atti legali eżistenti kienu adottati u għandhom jiżdiedu mal-Anness,

    (4)

    Għalhekk jenħtieġ li l-Anness tal-Ftehim Monetarju jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan huwa sostitwit bit-test tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2020.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU C 28, 4.2.2010, p. 13.


    ANNESS

    “ANNESS

     

    Dispożizzjonijiet Legali li jridu jiġu implimentati

    l-iskadenza tal-implementazzjoni

     

    Il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus

     

    1

    Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2001/500/JHA tas-26 ta’ Ġunju 2001 dwar il-ħasil tal-flus, l-identifikazzjoni, l-intraċċar, l-iffriżar, il-qbid u l-konfiska tal-mezzi u l-qligħ mill-kriminalità (ĠU L 182, 5.7.2001, p. 1)

     

    2

    Id-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta’ mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 39)

    il-31 ta’ Diċembru 2016 (2)

    3

    Ir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 1)

    il-31 ta’ Diċembru 2017 (3)

    4

    Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73)

    il-31 ta’ Diċembru 2017 (3)

     

    Emendata bi:

     

    5

    Id-Direttiva (UE) 2018/843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-30 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, u li temenda d-Direttivi 2009/138/KE u 2013/36/UE (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 43).

    il-31 ta’ Marzu 2020 (6)

     

    Issupplimentata minn:

     

    6

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 tal-14 ta’ Lulju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jidentifika pajjiżi terzi b’riskju kbir b’nuqqasijiet strateġiċi (ĠU L 254, 20.9.2016, p. 1).

    il-31 ta’ Diċembru 2017 (5)

     

    Emendat bi:

     

    7

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/105 tas-27 ta’ Ottubru 2017 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/1675, fir-rigward taż-żieda tal-Etjopja mal-lista ta’ pajjiżi terzi b’riskju kbir fit-tabella fil-punt I tal-Anness (ĠU L 19, 24.1.2018, p. 1)

    31 ta’ Marzu 2019 (6)

    8

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/212 tat-13 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward taż-żieda tas-Sri Lanka, Trinidad u Tobago u t-Tuneżija fit-tabella fil-punt I tal-Anness (ĠU L 41, 14.2.2018, p. 4)

    31 ta’ Marzu 2019 (6)

    9

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1108 tas-7 ta’ Mejju 2018 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bi standards tekniċi regolatorji dwar il-kriterji għall-ħatra ta’ punti ta’ kuntatt ċentrali għall-emittenti tal-flus elettroniċi u l-fornituri tas-servizzi ta’ pagament u b’regoli dwar il-funzjonijiet tagħhom (ĠU L 203, 10.8.2018, p. 2)

    il-31 ta’ Diċembru 2020 (7)

    10

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1467 tas-27 ta’ Lulju 2018 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward taż-żieda tal-Pakistan mat-tabella fil-punt I tal-Anness (ĠU L 246, 2.10.2018, p. 1)

    il-31 ta’ Diċembru 2019 (7)

    11

    Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/758 tal-31 ta’ Jannar 2019 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-azzjoni minima u t-tipi ta’ miżuri addizzjonali li jridu jittieħdu mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji sabiex irażżnu r-riskju mill-ħasil tal-flus u mill-finanzjament tat-terroriżmu f’ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 125, 14.5.2019, p. 4)

    il-31 ta’ Diċembru 2020 (7)

    12

    Ir-Regolament (UE) 2018/1672 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar kontrolli fir-rigward ta’ flus kontanti deħlin fl-Unjoni jew ħerġin mill-Unjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1889/2005 (ĠU L 284, 12.11.2018, p. 6)

    il-31 ta’ Diċembru 2021 (7)

    13

    Id-Direttiva (UE) 2018/1673 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 284, 12.11.2018, p. 22)

    il-31 ta’ Diċembru 2021 (7)

     

    Il-Prevenzjoni tal-frodi u tal-iffalsifikar

     

    14

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2001 tat-28 ta’ Ġunju 2001 li jistabbilixxi miżuri neċessarji għall-protezzjoni mill-iffalsifikar tal-euro (ĠU L 181, 4.7.2001, p. 6)

    il-31 ta’ Diċembru 2010

     

    Emendat bi:

     

    15

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1338/2001 li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni kontra l-iffalsifikar tal-euro (ĠU L 17, 22.1.2009, p. 1)

     

    16

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2182/2004 tas-6 ta’ Diċembru 2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro (ĠU L 373, 21.12.2004, p. 1)

    il-31 ta’ Diċembru 2010

     

    Emendat bi:

     

    17

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 46/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2182/2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro (ĠU L 17, 22.1.2009, p. 5)

     

    18

    Id-Direttiva 2014/62/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar il-protezzjoni tal-euro u muniti oħra kontra l-iffalsifikar permezz tal-liġi kriminali, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2000/383/ĠAI (ĠU L 151, 21.5.2014. p. 1)

    il-31 ta’ Diċembru 2016 (2)

    19

    Id-Direttiva (UE) 2019/713 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar il-ġlieda kontra l-frodi u l-falsifikazzjoni ta’ mezzi ta’ pagament mhux bi flus kontanti u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/413/ĠAI (ĠU L 123, 10.5.2019, p. 18)

    il-31 ta’ Diċembru 2021 (7)

     

    Ir-regoli dwar il-karti u l-muniti tal-euro

     

    20

    Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 1999 dwar is-sistema għall-immaniġġjar tal-kwalità għall-muniti tal-euro

    il-31 ta’ Diċembru 2010

    21

    Il-Linja gwida BĊE/2003/5 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta’ Marzu 2003 dwar l-infurzar ta’ miżuri kontra r-riproduzzjoni tal-karti tal-flus euro irregolari u dwar il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus euro (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 01 Volum 004 p. 291-293).

    il-31 ta’ Diċembru 2010

     

    Emendata bi:

     

    22

    Il-Linja gwida BĊE/2013/11 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ April 2013 li temenda l-Linja gwida BĊE/2003/5 dwar l-infurzar ta’ miżuri kontra r-riproduzzjoni tal-karti tal-flus tal-euro irregolari u dwar il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus tal-euro (ĠU L 118, 30.4.2013, p. 43)

    il-31 ta’ Diċembru 2014 (1)

    23

    Id-Deċiżjoni BĊE/2010/14 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ Settembru 2010 dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro (ĠU L 267, 9.10.2010, p. 1)

    il-31 ta’ Diċembru 2012

     

    Emendat bi:

     

    24

    Id-Deċiżjoni BĊE/2012/19 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta’ Settembru 2012 (ĠU L 253, 20.9.2012, p. 19)

    il-31 ta’ Diċembru 2013 (1)

    25

    Ir-Regolament (UE) Nru 1210/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2010 li jikkonċerna l-awtentikazzjoni tal-muniti tal-euro u t-trattament ta’ muniti tal-euro li mhumiex tajba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 339, 22.12.2010, p. 1)

    il-31 ta’ Diċembru 2012

    26

    Ir-Regolament (UE) Nru 651/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-ħruġ tal-muniti tal-euro (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 135)

    il-31 ta’ Diċembru 2013 (1)

    27

    Id-Deċiżjoni BĊE/2013/10 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ April 2013 dwar id-denominazzjonijiet, l-ispeċifikazzjonijiet, ir-riproduzzjoni, il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus tal-euro (ĠU L 118, 30.4.2013, p. 37)

    il-31 ta’ Diċembru 2014 (1)

     

    Emendata bi:

     

    28

    Id-Deċiżjoni (UE) 2019/669 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ April 2019 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2013/10 dwar id-denominazzjonijiet, speċifikazzjonijiet, riproduzzjoni, skambju u rtirar ta’ karti tal-flus tal-euro (ĠU L 113, 29.4.2019, p. 6)

    il-31 ta’ Diċembru 2020 (7)

    29

    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 729/2014 tal-24 ta’ Ġunju 2014 dwar denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 194, 2.7.2014, p. 1)

    il-31 ta’ Diċembru 2013 (2)

    It-taqsima tal-Anness tal-Ftehim Monetarju konformi mal-Ftehim ad hoc tal-Kumitat Konġunt fuq talba mis-Santa Sede u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan dwar l-inklużjoni ta’ regoli relevanti applikabbli għal entitajiet li jwettqu attivitajiet finanzjarji fuq bażi professjonali

     

    Il-partijiet relevanti tal-istrumenti legali li ġejjin

    l-iskadenza tal-implementazzjoni

    30

    Id-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn (ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1)

    il-31 ta’ Diċembru 2016 (2)

     

    Emendata bi:

     

    31

    Id-Direttiva 2001/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2001 (ĠU L 283, 27.10.2001, p. 28)

     

    32

    Id-Direttiva 2003/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2003 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 17 Volum 001 p. 273-279)

     

    33

    Id-Direttiva 2006/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 (ĠU L 224, 16.8.2006, p. 1)

     

    34

    Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338)

    il-31 ta’ Diċembru 2017 (2)

    35

    Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012, (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1) u l-miżuri ta’ livell 2 relatati, kif xieraq

    il-31 ta’ Diċembru 2017 (2)

     

    Emendat bi:

     

    36

    Ir-Regolament (UE) 2017/2395 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta' arranġamenti transizzjonali biex jittaffa l-impatt tal-introduzzjoni tal-IFRS 9 fuq il-fondi proprji u għat-trattament tal-iskoperturi l-kbar ta’ ċerti skoperturi fis-settur pubbliku denominati fil-munita domestika ta’ kwalunkwe Stat Membru (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 27)

    it-30 ta’ Ġunju 2019 (6)

    37

    Ir-Regolament (UE) 2017/2401 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 1).

    il-31 ta’ Marzu 2020 (6)

    38

    Ir-Regolament (UE) 2019/630 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-kopertura minima għat-telf għal skoperturi improduttivi (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 4)

    il-31 ta’ Diċembru 2020 (7)

    39

    Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1) u l-miżuri relatati tat-livell 2 kif xieraq

    it-30 ta’ Settembru 2018 (4)

     

    Emendat bi:

     

    40

    Ir-Regolament (UE) 2016/1033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji, ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 dwar l-abbuż tas-suq u r-Regolament (UE) Nru 909/2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli (ĠU L 175, 30.6.2016, p. 1)

    it-30 ta’ Settembru 2018 (5)

    41

    Id-Direttiva 2014/57/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar sanzjonijiet kriminali għal abbuż tas-suq (direttiva dwar l-abbuż tas-suq) (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 179)

    it-30 ta’ Settembru 2018 (4)

     

    Il-leġiżlazzjoni dwar il-ġbir ta’ informazzjoni statistika (*1)

     

    42

    Il-Linja gwida BĊE/2013/24 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-25 ta’ Lulju 2013 dwar ir-rekwiżiti ta’ rapportar tal-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali (ĠU L 2, 7.1.2014, p. 34)

    il-31 ta’ Diċembru 2016 (2)

     

    Emendata bi:

     

    43

    Il-Linja Gwida (UE) 2016/66 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2015 li temenda l-Linja ta’ Gwida BĊE/2013/24 dwar l-obbligi ta’ rappurtar tal-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali (BĊE/2015/40) (ĠU L 14, 21.1.2016, p. 36)

    il-31 ta’ Marzu 2017 (4)

    44

    Ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Settembru 2013 dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/33) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 1)

    il-31 ta’ Diċembru 2016 (2)

     

    Emendat bi:

     

    45

    Ir-Regolament (UE) Nru 1375/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-10 ta’ Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1071/2013 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/33) (BĊE/2014/51)(ĠU L 366, 20.12.2014, p. 77)

     

    46

    Ir-Regolament (UE) Nru 1072/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Settembru 2013 dwar statistika fuq rati ta’ imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/34) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 51)

    il-31 ta’ Diċembru 2016 (2)

     

    Emendat bi:

     

    47

    Ir-Regolament (UE) Nru 756/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34) dwar statistika fuq rati ta’ imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2014/30) (ĠU L 205, 12.7.2014, p. 14)

     

    48

    Il-Linja gwida BĊE/2014/15 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ April 2014 dwar statistika monetarja u finanzjarja (ĠU L 340, 26.11.2014, p. 1)

    il-31 ta’ Diċembru 2016 (2)

     

    Emendata bi:

     

    49

    Il-Linja gwida (UE) 2015/571 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-6 ta’ Novembru 2014 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/15 dwar statistika monetarja u finanzjarja (BĊE/2014/43) (ĠU L 93, 9.4.2015, p. 82)

     

    50

    Il-Linja gwida (UE) 2016/450 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-Il-Ġimgħa, 4 ta’ Diċembru 2015 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/15 dwar statistika monetarja u finanzjarja (BĊE/2015/44) (ĠU L 86, 1.4.2016, p. 42)

    il-31 ta’ Marzu 2017 (4)

    51

    Il-Linja Gwida (UE) 2017/148 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2016 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/15 dwar statistika monetarja u finanzjarja (BĊE/2016/45) (ĠU L 26, 31.1.2017, p. 1)

    l-1 ta’ Novembru 2017 (5)

    52

    Il-Linja Gwida (UE) 2018/877 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-1 ta’ Ġunju 2018 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/15 dwar statistika monetarja u finanzjarja (BĊE/2018/17) (ĠU L 154, 18.6.2018, p. 22)

    l-1 ta’ Ottubru 2019 (6)


    (1)  Dawn l-iskadenzi ġew maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2013.

    (2)  Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2014.

    (3)  Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2015.

    (4)  Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2016.

    (5)  Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2017.

    (6)  Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2018.

    (7)  Dawn l-iskadenzi kienu maqbula mill-Kumitat Konġunt tal-2019.

    (*1)  Kif maqbul skont il-mudell dwar ir-rappurtar statistiku ssimplifikat


    Top