Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D0010

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/10 tas-7 ta’ Jannar 2020 dwar ċertu miżuri protettivi interim marbuta mal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fil-Polonja (notifikata bid-dokument C(2020) 75) (It-test bil-Pollakk biss huwa awtentiku) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

C/2020/75

ĠU L 5, 9.1.2020, pp. 1–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/01/2020; Imħassar b' 32020D0047

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2020/10/oj

9.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 5/1


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/10

tas-7 ta’ Jannar 2020

dwar ċertu miżuri protettivi interim marbuta mal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fil-Polonja

(notifikata bid-dokument C(2020) 75)

(It-test bil-Pollakk biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(3) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju applikabbli għall-kummerċ intra-Unjoni ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni u għall-kontroll tal-mard tal-annimali, li huwa trażmissibbli lill-annimali jew lill-bniedem, inklużi regoli li jipprevedu miżuri ta’ emerġenza li għandhom jittieħdu f’każ ta’ ċertu mard elenkat, inkluż l-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja. Ir-Regolament (UE) 2016/429 japplika mill-21 ta’ April 2021. Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) ħassar id-Direttiva 89/662/KEE u d-Direttiva 90/425/KE b’effett mill-14 ta’ Diċembru 2019. Madankollu, l-Artikolu 164(2) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi li l-Artikolu 9 tad-Direttiva 89/662/KEE u l-Artikolu 10 tad-Direttiva 90/425/KEE għandhom ikomplu japplikaw fir-rigward ta’ kwistjonijiet irregolati mir-Regolament (UE) 2016/429 sad-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429.

(2)

L-influwenza avjarja hija marda virali infettiva tal-għasafar, inkluż il-pollam. L-infezzjonijiet bil-virusijiet tal-influwenza avjarja fil-pollam domestiku jagħtu lok għal żewġ forom tal-marda li huma distinti mill-kapaċità ta' tixrid tagħhom. Il-forma b’patoġeniċità baxxa ġeneralment tikkawża biss sintomi ħfief, filwaqt li l-forma b’patoġeniċità għolja twassal għal rati ferm għoljin ta’ mortalità fil-parti l-kbira tal-ispeċijiet tal-pollam. Din il-marda taf tħalli impatt serju fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-pollam u dan joħloq xkiel għall-kummerċ fl-Unjoni stess u għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi.

(3)

L-influwenza avjarja tinstab l-aktar fl-għasafar, iżda f'ċerti ċirkustanzi jaf ikun hemm infezzjonijiet ukoll fil-bnedmin, minkejja li r-riskju ta' dan huwa ġeneralment baxx ħafna.

(4)

Fil-każ ta' tifqigħa tal-influwenza avjarja, hemm riskju li l-aġent tal-marda jinfirex f'azjendi oħrajn fejn jittrabba l-pollam jew jinżammu għasafar oħra mrobbijin. Minħabba f'hekk, din tista' tinfirex minn Stat Membru għal Stati Membri oħra jew għal pajjiżi terzi permezz ta' kummerċ tat-tjur ħajjin jew il-prodotti tagħhom.

(5)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (5) tistabbilixxi ċerti miżuri preventivi relatati mas-sorveljanza u mad-detezzjoni bikrija tal-influwenza avjarja u l-miżuri ta' kontroll minimi li jridu jiġu applikati f'każ ta' tifqigħa ta' dik il-marda fil-pollam jew f'għasafar oħra mrobbijin. Dik id-Direttiva tistipula li jekk tfaqqa' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja għandhom jitwaqqfu żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza. B'mod partikolari din ir-reġjonalizzazzjoni hija applikata sabiex tippreserva l-istat tas-saħħa tal-għasafar fil-bqija tat-territorju tal-Istat Membru bil-prevenzjoni tal-introduzzjoni tal-patoġenu u l-iżgurar ta' detezzjoni bikrija tal-marda.

(6)

Il-Polonja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa tal-influwenza tat-tjur b'patoġenità għolja tas-sottotip H5N8 fi stabbiliment fit-territorju tagħha fejn kienu qed jitrabbew it-tjur jew għasafar oħrajn u ħadet minnufih il-miżuri meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE, inkluż it-twaqqif ta' żoni ta' protezzjoni u sorveljanza.

(7)

Il-Kummissjoni eżaminat dawk il-miżuri b'kollaborazzjoni mal-Polonja, u ħarġet sodisfatta li l-fruntieri taż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza, stabbiliti mill-awtorità kompetenti f'dak l-Istat Membru, jinsabu 'l bogħod biżżejjed mill-azjendi proprji fejn kienu kkonfermati t-tifqigħat.

(8)

Sabiex ma jkunx hemm xkiel bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u sabiex pajjiżi terzi ma jagħmlux ostakoli mhux ġustifikati għall-kummerċ, jeħtieġ li ż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza stabbiliti fir-rigward tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja fil-Polonja jiġu deskritti malajr fil-livell tal-Unjoni.

(9)

Għaldaqstant, sakemm jerġa' jitlaqqa' l-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, iż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza fl-Iżvezja, fejn qed jiġu applikati l-miżuri ta' kontroll għas-saħħa tal-annimali stipulati fid-Direttiva 2005/94/KE, għandhom jiġu definiti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni u għandu jiġi ffissat it-tul taż-żmien ta' dik ir-reġjonalizzazzjoni.

(10)

Din id-Deċiżjoni jeħtieġ tiġi rieżaminata fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Polonja għandha tiżgura li ż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza stabbiliti skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2005/94/KE jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fil-Partijiet A u B tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Marzu 2020.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Polonja.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Jannar 2020.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)   ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (il-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (ir-Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).

(5)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).


ANNESS

P arti A

Żona ta' protezzjoni kif jissemma fl-Artikolu 1:

Kodiċi ISO tal-Pajjiż

Stat Membru

Kodiċi (jekk disponibbli)

Isem

Data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2005/94/KE

PL

Il-Polonja

 

Żona li tkopri:

 

W województwie lubelskim, w powiecie lubartowskim:

W gminie Uścimów miejscowości: Stary Uścimów, Nowy Uścimów, Drozdówka, Głębokie, Maśluchy, Orzechów Kolonia

22.1.2020

W województwie lubelskim, w powiecie krasnostawskim:

1.

W gminie Izbica miejscowości: Wólka Orłowska, Topola, Orłów Drewniany, Orłów Drewniany Kolonia, Wał, Dworzyska, część miejscowości Izbica położona na północ od ulic Stokowej, Cichej, Targowej i Gminnej, północno – wschodnia część miejscowości Tarnogóra położona na wschód od rzeki Wieprz, część miejscowości Romanów położona na wschód od drogi 2141L;

2.

W gminie Krasnystaw miejscowości: Latyczów, Małochwiej Mały;

3.

W gminie Żółkiewka miejscowości: Borówek, Borówek Kolonia, Makowiska, Olchowiec Wieś, Olchowiec Kolonia, Poperczyn, Wola Żółkiewska;

4.

W gminie Gorzków miejscowości: Czysta Dębina, Borów.

27.1.2020

 

 

 

W województwie wielkopolskim, w powiecie ostrowskim:

Część gmin Ostrów Wielkopolski i Przygodzice odgraniczone: od północy od przejazdu kolejowego na ulicy Gorzyckiej w Ostrowie Wielkopolskim, dalej ulicą Gorzycką w kierunku zachodnim do kościoła w miejscowości Gorzyce Wielkie. W kierunku południowym mijając od wschodu wieś Radziwiłłów do miejscowości Gorzyce Małe. Następnie do drogi nr 445 i ciekiem wodnym przez las i niezamieszkałą część ulicy Kwiatowej w miejscowości Tarchały Wielkie. Następnie na wschód ulicą długą w miejscowości Topola Wielka do miejscowości Janków Przygodzki wzdłuż ulicy Długiej do skrzyżowania z ulicą Zębcowską. Na północ wzdłuż ulicy Zębcowskiej w Jankowie Przygodzkim do ulicy Staroprzygodzkiej w Ostrowie Wielkopolskim. Wzdłuż ulicy Staroprzygodzkiej do ulicy Siewnej, następnie na północny zachód ulicą Długą w miejscowości Ostrów Wielkopolski do ulicy Krętej, dalej wzdłuż ulicy Krętej i dalej ulicy Bocznej do przejazdu kolejowego na ulicy Gorzyckiej w miejscowości Ostrów Wielkopolski.

27.1.2020

Parti B

Żona ta' sorveljanza kif jissemma fl-Artikolu 1:

Kodiċi ISO tal-Pajjiż

Stat Membru

Kodiċi (jekk disponibbli)

Isem

Data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE

PL

Il-Polonja

 

Żona li tkopri:

 

 

 

 

W województwie lubelskim, w powiatach: lubartowskim, łęczyńskim, parczewskim:

1.

W powiecie lubartowskim w gminie Uścimów miejscowości: Krasne, Nowa Jedlanka, Ochoża, Rudka Starościańska, Stara Jedlanka;

2.

Wpowiecie lubartowskim w gminie Ostrów Lubelski miejscowości: Ostrów Lubelski, Bójki, Jamy, Kolechowice, Kolechowice Folwark; Kolechowice Kolonia, Rozkopaczew, Rudka Kijańska;

3.

Wpowiecie łęczyńskim w gminie Ludwin miejscowości: Dratów Kolonia, Jagodno, Krzczeń, Piaseczno, Rogóźno, Rozpłucie Drugie;

4.

W powiecie parczewskim w gminie Sosnowica miejscowości: Stary Orzechów, Nowy Orzechów, Lejno, Komarówka, Zienki, Górki, Sosnowica, Libiszów;

5.

W powiecie parczewskim w gminie Dębowa Kłoda miejscowość: Białka;

31.1.2020

W województwie lubelskim, w powiatach: krasnostawskim, zamojskim

1.

W powiecie krasnostawskim miasto Krasnystaw;

2.

W powiecie krasnostawskim w gminie Gorzków miejscowości: Piaski Szlacheckie, Widniówka;

3.

W powiecie krasnostawskim gmina Izbica (bez obszaru zapowietrzonego);

4.

W powiecie krasnostawskim w gminie Krasnystaw miejscowości: Białka, Łany, Małochwiej Duży, Niemienice, Niemienice Kolonia, Siennica Nadolna, Tuligłowy, Rońsko, Widniówka, Zastawie Kolonia, Zażółkiew;

5.

W powiecie krasnostawskim w gminie Kraśniczyn miejscowości: Anielpol, Brzeziny, Czajki, Franciszków, Majdan Surhowski, Łukaszówka, Surhów, Surhów Kolonia;

6.

W powiecie krasnostawskim w gminie Siennica Różana miejscowości: Rudka, Siennica Królewska Duża;

7.

W powiecie zamojskim w gminie Skierbieszów miejscowości: Kalinówka, Kolonia Wiszenki, Wiszenki, Zabytów;

8.

W powiecie zamojskim w gminie Stary Zamość miejscowości: Krasne, Majdan Sitanecki, Podkrasne, Podstary Zamość, Stary Zamość, Wierzba Druga.

5.2.2020

 

 

 

W województwie lubelskim, w powiatach: krasnostawskim, lubelskim, świdnickim

1.

W powiecie krasnostawskim w gminie Żółkiewka miejscowości: Dąbie, Dąbie Kolonia, Tokarówka, Celin, Siniec, Adamówka, Makowiska Małe, Żółkiewka, Rożki, Rożki Kolonia, Huta, Żółkiew Wieś, Żółkiew Kolonia, Zaburze, Zaburze Kolonia, Markiewiczów, Gany, Koszarsko, Chruściechów, Majdan Wierzchowiński, Wierzchowin, Chłaniów, Chłaniów Kolonia, Średnia Wieś, Władysławin;

2.

W powiecie krasnostawskim w gminie Rudnik: Majadan Borowski Pierwszy, Majadan Borowski Drugi, Suszeń, Joanin, Potasznia, Majdan Średni, Majdan Kobylański, Majdan Łuczycki, Majdan Borowski, Suche Lipie, Rudnik, Równianki, Wierzbica, Wierzbica Kolonia, Międzylas, Mościska Kolonia, Mościska, Płonka, Maszów, Romanówek, Bzowiec, Kaszuby;

3.

W powiecie krasnostawskim w gminie Gorzków miejscowości: Antoniówka, Bogusław, Orchowiec, Kolonia Orchowiec, Bobrowe, Felicjan, Baranica, Wielkopole, Zamostek, Gorzków, Gorzków Wieś, Gorzków Osada, Piaski Szlacheckie, Chorupnik, Chorupnik Kolonia, Borsuk, Józefów, Czysta Debina Kolonia, Borów Kolonia, Góry, Olesin, Wielobycz, Wiśniów;

4.

W powiecie krasnostawskim w gminie Izbica miejscowości: Bobliwo, Wirkowice Drugie;

5.

W powiecie lubelskim w gminie Krzczonów miejscowości: Sobieska Wola Pierwsza, Sobieska Wola Druga;

6.

W powiecie lubelskim w gminie Wysokie miejscowość: Antoniówka;

7.

W powiecie świdnickim w gminie Rybczewice miejscowości: Bazar, Częstoborowice, Izdebno, Izdebno Kolonia, Pilaszkowice Pierwsze, Pilaszkowice Drugie, Zygmuntów.

5.2.2020

 

 

 

W województwie wielkopolskim, w powiecie ostrowskim:

Pozostała część gminy Przygodzice bez obszaru zapowietrzonego, pozostała część gminy Ostrów Wielkopolski bez obszaru zapowietrzonego, gmina Raszków, gmina Odolanów.

5.2.2020


Top