This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R1877
Commission Implementing Regulation (EU) 2019/1877 of 4 November 2019 approving amendments to the specification for a Protected Designation of Origin or a Protected Geographical Indication (Valle d’Itria (PGI))
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1877 tal-4 ta’ Novembru 2019 li japprova emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jew Indikazzjoni Ġeografika Protetta Valle d’Itria (IĠP)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1877 tal-4 ta’ Novembru 2019 li japprova emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jew Indikazzjoni Ġeografika Protetta Valle d’Itria (IĠP)
C/2019/8001
ĠU L 290, 11.11.2019, p. 3–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
11.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 290/3 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1877
tal-4 ta’ Novembru 2019
li japprova emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jew Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Valle d’Itria” (IĠP)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Valle d’Itria” li bagħtet l-Italja f’konformità mal-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
(2) |
Il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif meħtieġ mill-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (2). |
(3) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-isem “Valle d’Itria” (IĠP) hija b’dan approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Novembru 2019.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni