This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R1804
Commission Implementing Regulation (EU) 2019/1804 of 28 October 2019 amending Implementing Regulation (EU) No 809/2014 as regards amendments of aid applications or payment claims, checks in the integrated administration and control system and the control system in relation to cross compliance
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1804 tat-28 ta’ Ottubru 2019 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 f’dak li għandu x’jaqsam mal-emendi tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew tat-talbiet għall-ħlas, mal-verifiki fil-kuntest tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll u mas-sistema ta’ kontroll b’rabta mal-kundizzjonalità
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1804 tat-28 ta’ Ottubru 2019 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 f’dak li għandu x’jaqsam mal-emendi tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew tat-talbiet għall-ħlas, mal-verifiki fil-kuntest tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll u mas-sistema ta’ kontroll b’rabta mal-kundizzjonalità
C/2019/7625
ĠU L 276, 29.10.2019, p. 12–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2022; Impliċitament imħassar minn 32022R1173
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32014R0809 | Żieda | artikolu 40a paragrafu 4 | 01/01/2019 | |
Modifies | 32014R0809 | Żieda | artikolu 70a paragrafu 3 | 01/01/2019 | |
Modifies | 32014R0809 | Tħassir | artikolu 14 paragrafu 4 | 01/11/2019 | |
Modifies | 32014R0809 | Sostituzzjoni | artikolu 15 | 01/11/2019 | |
Modifies | 32014R0809 | Sostituzzjoni | artikolu 27 paragrafu mhux numerat 2 | 01/11/2019 | |
Modifies | 32014R0809 | Żieda | artikolu 34 paragrafu 2 paragrafu mhux numerat 4 | 01/11/2019 | |
Modifies | 32014R0809 | Sostituzzjoni | artikolu 34 paragrafu 3 paragrafu mhux numerat 1 | 01/11/2019 | |
Modifies | 32014R0809 | Sostituzzjoni | artikolu 38 paragrafu 1 | 01/11/2019 | |
Modifies | 32014R0809 | Żieda | artikolu 38 paragrafu 10 | 01/11/2019 | |
Modifies | 32014R0809 | Żieda | artikolu 38 paragrafu 9 | 01/11/2019 | |
Modifies | 32014R0809 | Sostituzzjoni | artikolu 39 paragrafu 1 | 01/11/2019 | |
Modifies | 32014R0809 | Sostituzzjoni | artikolu 39 paragrafu 4 | 01/11/2019 | |
Modifies | 32014R0809 | Sostituzzjoni | artikolu 40a paragrafu 1 paragrafu mhux numerat 1 PT (d) | 01/11/2019 | |
Modifies | 32014R0809 | Sostituzzjoni | artikolu 40a paragrafu 1 paragrafu mhux numerat 2 | 01/11/2019 | |
Modifies | 32014R0809 | Żieda | artikolu 40a paragrafu 1 paragrafu mhux numerat 3 | 01/11/2019 | |
Modifies | 32014R0809 | Sostituzzjoni | artikolu 40b paragrafu 1 | 01/11/2019 | |
Modifies | 32014R0809 | Tħassir | artikolu 40b paragrafu 2 | 01/11/2019 | |
Modifies | 32014R0809 | Sostituzzjoni | artikolu 41 paragrafu 2 paragrafu mhux numerat 3 | 01/11/2019 | |
Modifies | 32014R0809 | Sostituzzjoni | artikolu 69 paragrafu 1 paragrafu mhux numerat 1 | 01/11/2019 | |
Modifies | 32014R0809 | Żieda | artikolu 70 paragrafu 4 | 01/11/2019 | |
Modifies | 32014R0809 | Żieda | artikolu 70a paragrafu 1 | 01/11/2019 | |
Modifies | 32014R0809 | Żieda | artikolu 70a paragrafu 2 | 01/11/2019 | |
Modifies | 32014R0809 | Żieda | artikolu 70b | 01/11/2019 | |
Modifies | 32014R0809 | Żieda | artikolu 72 paragrafu 1 paragrafu mhux numerat 4 | 01/11/2019 | |
Modifies | 32014R0809 | Sostituzzjoni | artikolu 72 paragrafu 2 | 01/11/2019 | |
Modifies | 32014R0809 | Sostituzzjoni | artikolu 72 paragrafu 3 paragrafu mhux numerat 1 | 01/11/2019 | |
Modifies | 32014R0809 | Sostituzzjoni | artikolu 72 paragrafu 4 paragrafu mhux numerat 1 | 01/11/2019 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32019R1804R(01) | (PL) | |||
Implicitly repealed by | 32022R1173 | 01/01/2023 |
29.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 276/12 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1804
tat-28 ta’ Ottubru 2019
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 f’dak li għandu x’jaqsam mal-emendi tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew tat-talbiet għall-ħlas, mal-verifiki fil-kuntest tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll u mas-sistema ta’ kontroll b’rabta mal-kundizzjonalità
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b’mod partikulari l-punti (a) sa (d) u l-punt (h) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(2), il-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 78 u l-Artikolu 96(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 14(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 (2), f’ċirkustanzi ġġustifikati kif xieraq, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-benefiċjarji tal-pagament għal prattiki agrikoli li huma ta’ benefiċċju għall-klima u għall-ambjent skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jimmodifikaw l-applikazzjonijiet uniċi tagħhom b’rabta mal-użu tal-ħbula raba’ ddikjarati wara d-data finali għat-tressiq tal-applikazzjoni unika. Matul l-istaġun tat-tkabbir, il-benefiċjarji jaf ikollhom bżonn jadattaw il-pjan ta’ kultivazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-għalla jew mal-post fejn tinsab. Dan jista’ jkun minħabba kundizzjonijiet tat-temp li jkunu nbidlu jew minħabba kundizzjonijiet agrikoli oħrajn. Il-benefiċjarji tal-pagament imsemmi fl-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jistgħu jkunu f’sitwazzjoni simili, b’mod partikulari f’dak li għandu x’jaqsam mal-għelejjel tat-titwiq. Għalhekk, huwa xieraq ukoll li l-Istati Membri jitħallew jawtorizzaw lil dawn il-benefiċjarji jemendaw l-applikazzjoni unika jew it-talba għall-ħlas f’dak li għandu x’jaqsam mal-użu tal-ħbula raba’ ddikjarati għall-finijiet tal-pagament imsemmi fl-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013. Barra minn hekk, jenħtieġ li dan il-paragrafu jitħassar mill-Artikolu 14 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 u jiddaħħal fl-Artikolu 15 tiegħu, minħabba li dan għandu x’jaqsam ma’ emendi fl-applikazzjoni unika jew fit-talba għall-ħlas. Jenħtieġ li jiġi ċċarat ukoll li dawn l-emendi jistgħu jsiru wara li jkunu għaddew l-iskadenzi ġenerali għan-notifika tal-emendi u li l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu skadenza finali għan-notifika tagħhom. |
(2) |
L-Artikolu 15(1b) jipprevedi emendi fl-applikazzjoni unika jew fit-talba għall-ħlas meta jsiru verifiki permezz tal-monitoraġġ. Huwa xieraq li jiġi ċċarat li din id-dispożizzjoni tirreferi għall-possibbiltà li jiġu emendati l-applikazzjoni unika jew it-talbiet għall-ħlas wara r-riżultati provviżorji tal-verifiki permezz tal-monitoraġġ. Jenħtieġ li jiġi speċifikat ukoll x’jistgħu jkopru dawn l-emendi. |
(3) |
L-Artikolu 15(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 jistabbilixxi l-iskadenza għall-emenda tal-applikazzjoni unika jew tat-talba għall-ħlas. L-Artikolu 15(3) ta’ dak ir-Regolament jistabbilixxi s-sitwazzjonijiet li fihom ma tkunx tista’ tiġi emendata iktar l-applikazzjoni unika jew it-talba għall-ħlas. Dawn ir-regoli ma japplikawx f’każ li l-benefiċjarji jsirulhom verifiki permezz tal-monitoraġġ, minħabba l-ispeċifiċitajiet ta’ dawn it-tipi ta’ verifiki. Għalhekk huwa xieraq li jiġi ċċarat meta dawn il-benefiċjarji jistgħu jagħmlu t-tali emendi. Barra minn hekk, huwa xieraq li l-awtoritajiet kompetenti jitħallew jistabbilixxu d-data għan-notifika tat-tali emendi fil-livell tal-iskema tal-għajnuna, tal-miżura ta’ appoġġ jew tat-tip ta’ operazzjoni ċċekkjata permezz tal-monitoraġġ. |
(4) |
L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jwettqu l-verifiki permezz tal-monitoraġġ għal ċerti skemi tal-għajnuna, għal ċerti miżuri ta’ appoġġ, għal ċerti tipi ta’ operazzjonijiet jew għal ċerti rekwiżiti u standards rilevanti għall-kundizzjonalità, filwaqt li jżommu l-verifiki fuq il-post ibbażati fuq il-kampjuni għal skemi, miżuri, tipi ta’ operazzjonijiet jew rekwiżiti u standards oħrajn. Dan jista’ jwassal għal sitwazzjonijiet fejn il-verifiki permezz tal-monitoraġġ jiżvelaw sejbiet li jkunu rilevanti biex tiġi stabbilita l-konformità mar-regoli tal-iskemi, tal-miżuri, tat-tipi ta’ operazzjonijiet jew tal-istandards u tar-rekwiżiti rilevanti għall-kundizzjonalità li jsirulhom verifiki bbażati fuq il-kampjuni. Għalhekk huwa xieraq li jiġu previsti regoli dwar kif għandhom jitqiesu dawk is-sejbiet. |
(5) |
Jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-obbligu ta’ kontronotifika previst fl-Artikolu 27 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 japplika wkoll għar-rekwiżiti u għall-istandards rilevanti għall-kundizzjonalità. Għalhekk jenħtieġ li l-Artikolu 27 jiġi emendat kif xieraq. |
(6) |
L-Artikolu 38 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 għandu x’jaqsam mal-kejl taż-żona. Madankollu, il-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu jirreferi għall-possibbiltà li l-verifiki tal-eliġibbiltà u l-kejl taż-żona jiġu limitati għal kampjun magħżul b’mod aleatorju ta’ mill-inqas 50 % tal-ħbula raba’ li għalihom tkun intbagħtet applikazzjoni għall-għajnuna jew talba għall-ħlas. Għall-finijiet taċ-ċarezza, jenħtieġ li r-regoli dwar il-verifika tal-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà jitħassru mill-Artikolu 38 u jiddaħħlu fl-Artikolu 39. |
(7) |
L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jwettqu l-verifiki permezz tal-monitoraġġ għal ċerti skemi tal-għajnuna, għal ċerti miżuri ta’ appoġġ jew għal ċerti tipi ta’ operazzjonijiet skont l-Artikolu 40a tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014, filwaqt li jżommu l-verifiki fuq il-post ibbażati fuq il-kampjuni li jinkludu l-kejl taż-żona msemmi fl-Artikolu 38 ta’ dak ir-Regolament għal skemi, miżuri jew operazzjonijiet oħrajn. Dan jista’ jwassal għal sitwazzjonijiet fejn ħabel raba’ mkejjel skont il-verifika fuq il-post ibbażata fuq il-kampjuni jkun differenti miż-żona stabbilita bħala l-bażi għall-kalkolu tal-appoġġ jew tal-għajnuna meta jiġu applikati l-verifiki permezz tal-monitoraġġ. Għalhekk jenħtieġ li l-Artikolu 38 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 jiċċara liema żona tipprevali f’dawn il-każijiet. |
(8) |
Il-ħbula raba’ kollha ddikjarati minn benefiċjarju u magħżula għal verifika fuq il-post iridu jitkejlu skont l-Artikolu 38 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 u l-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà tagħhom iridu jiġu vverifikati skont l-Artikolu 39 tal-istess Regolament. Dawn jinkludu l-ħbula raba’ l-kbar li jkunu bwar permanenti jew mergħat permanenti li jkunu jintużaw b’mod komuni minn diversi benefiċjarji, li jistgħu jinvolvu ammont kbir ta’ xogħol għall-awtoritajiet kompetenti. Sabiex jiġi limitat l-ammont ta’ xogħol filwaqt li jinżamm livell xieraq ta’ protezzjoni tal-Fondi tal-Unjoni, huwa xieraq li tiġi prevista l-possibbiltà li l-kejl u l-verifiki tal-kriterji tal-eliġibbiltà, tal-impenji u ta’ obbligi oħrajn jiġu sostitwiti b’verifiki bbażati fuq l-ortoimmaġnijiet użati għall-aġġornamenti regolari tas-sistema ta’ identifikazzjoni tal-irqajja’ tal-art u li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li bihom l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw din il-possibbiltà. |
(9) |
Meta l-verifika tal-eliġibbiltà tal-ħbula raba’ matul il-verifiki fuq il-post tal-miżuri tal-iżvilupp rurali tkun limitata għal kampjun magħżul b’mod aleatorju ta’ mill-inqas 50 % tal-ħbula raba’ li għalihom tkun intbagħtet talba għall-ħlas, jista’ jkun li xi wħud mill-kriterji tal-eliġibbiltà, mill-impenji u mill-obbligi l-oħrajn ma jiġux iċċekkjati b’mod adegwat. Għalhekk huwa xieraq li, fl-Artikolu 39 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014, jiġi previst li jintgħażel kampjun addizzjonali bbażat fuq ir-riskju li jippermetti li jiġu vverifikati t-tali kriterji ta’ eliġibbiltà, impenji jew obbligi oħrajn. |
(10) |
Għan ewlieni tal-verifiki permezz tal-monitoraġġ huwa li l-benefiċjarji jingħataw appoġġ biex jissodisfaw il-kriterji tal-eliġibbiltà, l-impenji u l-obbligi l-oħrajn u li huma jingħataw il-possibbiltà jirranġaw il-kwistjonijiet li joħorġu minn dawn il-verifiki. Għal dan il-għan, huwa importanti li jiġi ċċarat l-obbligu tal-awtoritajiet kompetenti li jikkomunikaw mal-benefiċjarji fil-ħin, b’mod partikulari dwar it-twissijiet u dwar ir-riżultati provviżorji tal-analiżi awtomatizzata ta’ serje kronoloġika ta’ data satellitari. Għalhekk, jenħtieġ li l-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 40a(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 jistabbilixxi l-prinċipji ewlenin dwar il-komunikazzjoni tar-riżultati provviżorji tal-verifiki permezz tal-monitoraġġ min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti. |
(11) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 40a(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 jirreferi għall-ispezzjonijiet fiżiċi. Huwa importanti li jiġi ċċarat li dawn l-ispezzjonijiet fiżiċi ma jimplikawx il-kejl taż-żona sakemm dan ma jkunx meħtieġ biex tinsilet konklużjoni dwar l-eliġibbiltà tal-għajnuna jew tal-appoġġ mitlub. |
(12) |
Meta l-awtoritajiet kompetenti jwettqu verifiki fuq il-post ibbażati fuq il-kampjuni skont l-Artikolu 38 u l-Artikolu 39 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014, dawn jistgħu jillimitaw il-verifiki għal kampjun magħżul b’mod aleatorju ta’ mill-inqas 50 % tal-ħbula raba’ li għalihom tkun intbagħtet applikazzjoni għall-għajnuna jew talba għall-ħlas. Huwa xieraq li jkun permess l-istess livell ta’ flessibbiltà f’każijiet fejn, skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 40a(1), il-verifiki permezz tal-monitoraġġ ikunu jeħtieġu kontroll ibbażat fuq kampjun tal-ħbula raba’ tal-benefiċjarji li lilhom jolqtu l-kriterji li ma jistgħux jiġu mmonitorjati. |
(13) |
Il-proċedura awtomatizzata użata fil-kuntest tal-verifiki permezz tal-monitoraġġ tista’ tiżvela sejbiet li jkunu rilevanti biex tiġi stabbilita l-eliġibbiltà għall-iskemi bbażati fuq iż-żona, għall-miżuri bbażati fuq iż-żona jew għar-rekwiżiti u għall-istandards rilevanti għall-kundizzjonalità li ma jiġux iċċekkjati permezz tal-monitoraġġ. Sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jadattaw bla xkiel għall-użu dejjem jiżdied tal-verifiki permezz tal-monitoraġġ, huwa xieraq li dawk l-awtoritajiet jingħataw ċerta flessibbiltà fl-applikazzjoni tar-rekwiżit li jridu jqisu l-informazzjoni rilevanti kollha li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom biex jistabbilixxu jkunux ġew issodisfati l-kriterji tal-eliġibbiltà, l-impenji u l-obbligi l-oħrajn kif ukoll ir-rekwiżiti u l-istandards rilevanti għall-kundizzjonalità jew le. Jenħtieġ li t-tali flessibbiltà tkun limitata fiż-żmien sabiex jiġi żgurat li l-bdiewa jiġu ttrattati bl-istess mod. Għalhekk jenħtieġ li l-Artikolu 40a jiġi emendat kif xieraq. Barra minn hekk, meta jużaw it-tali flessibbiltà, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jqisu s-sejbiet rilevanti għall-għażla tal-parti bbażata fuq ir-riskju tal-kampjun ta’ kontroll tal-iskemi, tal-miżuri jew tat-tipi ta’ operazzjonijiet kif ukoll tal-kundizzjonalità fis-sena tat-talba ta’ wara. Għalhekk jenħtieġ li l-Artikolu 34(2) u (3) u l-Artikolu 69(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 jiġu emendati kif xieraq. |
(14) |
Skont l-Artikolu 40b, l-Istati Membri għandhom l-obbligu jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tagħhom li jibdew iwettqu l-verifiki permezz tal-monitoraġġ u jgħaddulha ċerta data. Sabiex ikun żgurat li n-notifika tkun tinkludi l-informazzjoni ewlenija, li tista’ tevolvi hekk kif l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jestendu l-applikazzjoni tal-verifiki permezz tal-monitoraġġ, jenħtieġ li kull sena, sal-1 ta’ Novembru, il-Kummissjoni tagħti lill-Istati Membri mudell għan-notifiki. Għalhekk huwa xieraq li l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 40b jiġi emendat kif xieraq. Huwa xieraq ukoll li jitħassar it-tieni paragrafu tal-Artikolu 40b minħabba li dan kien jirreferi biss għas-sena tat-talba tal-2018 u għalhekk ma għadux jgħodd. |
(15) |
L-Artikolu 40a tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 jistabbilixxi l-qafas legali biex il-verifiki fuq il-post relatati maż-żona jiġu sostitwiti b’verifiki permezz tal-monitoraġġ abbażi tad-data satellitari tal-Copernicus Sentinels jew ta’ data oħra li jkollha tal-inqas valur ekwivalenti. Din id-data tista’ tkun rilevanti wkoll biex tiġi stabbilita l-konformità ma’ ċerti rekwiżiti u standards rilevanti għall-kundizzjonalità. Għalhekk, sabiex jitnaqqas il-piż tal-kontrolli u jiġi mmassimizzat l-investiment meħtieġ min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti sabiex il-metodu attwali ta’ verifiki fuq il-post jiġi sostitwit bil-verifiki permezz tal-monitoraġġ, jenħtieġ li jiġi pprovdut qafas legali biex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li bihom il-verifiki permezz tal-monitoraġġ jistgħu jieħdu post il-verifiki fuq il-post b’rabta mal-kundizzjonalità. |
(16) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita rata minima ta’ kontroll sabiex jiġi żgurat li l-verifiki marbutin mar-rekwiżiti u mal-istandards rilevanti għall-kundizzjonalità jkunu sodisfaċenti f’ċirkustanzi fejn id-data li jipprovdu s-satelliti Sentinel tal-programm Copernicus ma tkunx rilevanti. Jenħtieġ li l-ispezzjonijiet fiżiċi fuq il-post ikunu meħtieġa biss jekk l-evidenza li tinġabar bl-użu tat-teknoloġiji l-ġodda bħar-ritratti mmarkati bil-post ġeografiku u s-sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord jew l-evidenza dokumentarja rilevanti ma twassalx għal riżultat konklużiv jew jekk l-awtoritajiet kompetenti jantiċipaw li l-ebda waħda minn dawn it-tipi ta’ evidenza mhi se tkun effettiva fil-verifika tar-rekwiżiti u tal-istandards li ma jistgħux jiġu mmonitorjati. |
(17) |
Il-verifiki permezz tal-monitoraġġ jistgħu jappoġġaw ukoll lill-benefiċjarji biex iħarsu r-rekwiżiti u l-istandards rilevanti għall-kundizzjonalità. Dan jista’ jinkiseb billi l-awtoritajiet nazzjonali jintalbu jistabbilixxu għodod xierqa għall-komunikazzjoni fil-ħin tar-riżultati provviżorji tal-verifiki permezz tal-monitoraġġ marbutin mar-rekwiżiti u mal-istandards tal-kundizzjonalità lill-benefiċjarji u billi l-benefiċjarji jingħataw il-possibbiltà jindirizzaw jew jirranġaw is-sitwazzjoni qabel ma jinsiltu l-konklużjonijiet fir-rapport ta’ kontroll. Jenħtieġ li din il-possibbiltà tkun mingħajr ħsara għas-sistema ta’ twissija bikrija prevista fl-Artikolu 99(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. |
(18) |
Għall-finijiet tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-verifiki permezz tal-monitoraġġ għall-kundizzjonalità, jenħtieġ li jiġi previst obbligu ta’ notifika għall-Istati Membri. |
(19) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 jiġi emendat kif xieraq. |
(20) |
Jenħtieġ li l-flessibbiltà mdaħħla permezz tal-paragrafu 4 l-ġdid tal-Artikolu 40a u permezz tal-Artikolu 70a(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 tibda tapplika mill-1 ta’ Jannar 2019 sabiex tilħaq l-għan tagħha, minħabba li huwa proprju meta l-Istati Membri jibdew japplikaw il-verifiki permezz tal-monitoraġġ u meta jibdew jużaw it-teknoloġija l-ġdida marbuta ma’ dawn il-verifiki li huma jistgħu jiltaqgħu ma’ diffikultà biex jikkonformaw mar-rekwiżit li jqisu l-informazzjoni rilevanti kollha biex jistabbilixxu jkunux ġew issodisfati l-kriterji tal-eliġibbiltà, l-impenji u l-obbligi l-oħrajn kif ukoll ir-rekwiżiti u l-istandards rilevanti għall-kundizzjonalità jew le. |
(21) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Pagamenti Diretti u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Rurali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 14 jitħassar il-paragrafu 4; |
(2) |
l-Artikolu 15 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 15 Emendi fl-applikazzjoni unika jew fit-talba għall-ħlas 1. Wara d-data finali ta’ tressiq tal-applikazzjoni unika jew tat-talba għall-ħlas, fl-applikazzjoni unika jew fit-talba għall-ħlas jistgħu jiżdiedu jew jiġu rranġati l-ħbula raba’ individwali jew id-drittijiet individwali għall-pagamenti, dejjem jekk jitħarsu r-rekwiżiti tal-iskemi ta’ pagament dirett jew tal-miżuri tal-iżvilupp rurali kkonċernati. Bl-istess kundizzjonijiet jistgħu jsiru wkoll bidliet marbutin mal-użu tal-iskema ta’ pagament dirett jew tal-miżura tal-iżvilupp rurali għall-ħbula raba’ individwali jew għad-drittijiet għall-pagamenti li jkunu diġà ġew iddikjarati fl-applikazzjoni unika. Meta l-emendi msemmijin fl-ewwel u fit-tieni sottoparagrafi jkunu jaffettwaw id-dokumenti ta’ sostenn jew il-kuntratti li jridu jitressqu, it-tali dokumenti jew kuntratti jistgħu jiġu emendati kif xieraq. 1a. Meta benefiċjarju jkun ġie nnotifikat dwar ir-riżultati tal-verifiki preliminari kif imsemmi fl-Artikolu 11(4), dak il-benefiċjarju jista’ jemenda l-applikazzjoni unika jew it-talba għall-ħlas sabiex jinkludi l-korrezzjonijiet neċessarji kollha b’rabta mal-irqajja’ individwali skont ir-riżultati ta’ dawk il-kontroverifiki fejn dawn ikunu indikaw potenzjal ta’ nuqqas ta’ konformità. 1b. Meta jitwettqu l-verifiki permezz tal-monitoraġġ skont l-Artikolu 40a u l-awtoritajiet kompetenti jkunu kkomunikaw ir-riżultati provviżorji fil-livell tal-irqajja’ kif imsemmi fl-Artikolu 40a(1)(d), il-benefiċjarji jistgħu jemendaw l-applikazzjoni unika jew it-talba għall-ħlas f’dak li għandu x’jaqsam mal-aġġustament jew mal-użu tal-ħbula raba’ individwali ċċekkjati permezz tal-monitoraġġ, dejjem jekk jitħarsu r-rekwiżiti tal-iskemi ta’ pagament dirett jew tal-miżuri tal-iżvilupp rurali kkonċernati. Id-drittijiet individwali għall-pagamenti jistgħu jiżdiedu f’każijiet fejn l-emenda tal-applikazzjoni unika jew tat-talba għall-ħlas twassal għal żieda fiż-żona ddikjarata. 2. L-emendi li jsiru skont l-ewwel u t-tieni sottoparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom jiġu nnotifikati lill-awtorità kompetenti sal-31 ta’ Mejju tas-sena kkonċernata, ħlief fil-każ tal-Estonja, tal-Latvja, tal-Litwanja, tal-Finlandja u tal-Iżvezja, fejn għandhom jiġu nnotifikati sal-15 ta’ Ġunju tas-sena kkonċernata. B’deroga mill-ewwel sottoparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu data finali iktar bikrija għan-notifika tat-tali emendi. Madankollu, dik id-data għandha tkun tal-inqas 15-il jum kalendarju wara d-data finali għat-tressiq tal-applikazzjoni unika jew tat-talba għall-ħlas stabbilita skont l-Artikolu 13(1). B’deroga mill-ewwel u mit-tieni sottoparagrafi, f’ċirkustanzi ġġustifikati kif xieraq, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-benefiċjarju jemenda l-applikazzjoni unika jew it-talba għall-ħlas b’rabta mal-użu tal-ħbula raba’ ddikjarati għall-finijiet tal-pagament għal prattiki agrikoli li huma ta’ benefiċċju għall-klima u għall-ambjent skont il-Kapitolu 3 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jew tal-pagament skont in-Natura 2000 u d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 f’data iktar tard, dejjem jekk dan ma jpoġġix lill-benefiċjarju f’pożizzjoni iktar favorevoli f’dak li għandu x’jaqsam mal-issodisfar tal-obbligi tiegħu abbażi tal-applikazzjoni inizjali. F’dan il-każ, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jistabbilixxu data finali għan-notifika ta’ dawn l-emendi lill-awtorità kompetenti. It-tali notifiki għandhom isiru bil-miktub jew permezz tal-formola ta’ applikazzjoni għall-għajnuna abbażi ta’ strumenti ġeospazjali. 2a. L-emendi li jsiru wara l-verifiki preliminari skont il-paragrafu 1a għandhom jiġu nnotifikati lill-awtorità kompetenti sa mhux iktar tard minn disat ijiem kalendarji wara d-data finali għan-notifika tar-riżultati tal-verifiki preliminari msemmijin fl-Artikolu 11(4) lill-benefiċjarju. It-tali notifiki għandhom isiru bil-miktub jew permezz tal-formola ta’ applikazzjoni għall-għajnuna abbażi ta’ strumenti ġeospazjali. 2b. L-emendi li jsiru wara l-komunikazzjoni tar-riżultati provviżorji fil-livell tal-irqajja’ kif imsemmi fl-Artikolu 40a(1)(d) skont il-paragrafu 1b għandhom jiġu nnotifikati lill-awtorità kompetenti sad-data stabbilita minn dik l-awtorità kompetenti fil-livell tal-iskema tal-għajnuna, tal-miżura ta’ appoġġ jew tat-tip ta’ operazzjoni. Id-data għandha tkun tal-inqas 15-il jum kalendarju qabel id-data meta jrid isir il-ħlas tal-ewwel ħlas parzjali jew tal-ħlasijiet bil-quddiem skont l-Artikolu 75 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. It-tali notifiki għandhom isiru bil-miktub jew permezz tal-formola ta’ applikazzjoni għall-għajnuna abbażi ta’ strumenti ġeospazjali. 3. Meta l-awtorità kompetenti tkun diġà għarrfet lill-benefiċjarju dwar xi każ ta’ nuqqas ta’ konformità fl-applikazzjoni unika jew fit-talba għall-ħlas, jew meta hija tkun avżat lill-benefiċjarju li beħsiebha twettaq verifika fuq il-post, jew meta verifika fuq il-post tiżvela xi nuqqas ta’ konformità, l-emendi skont il-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu awtorizzati għall-ħbula raba’ affettwati min-nuqqas ta’ konformità. Għall-finijiet tal-ewwel sottoparagrafu, l-obbligu previst fl-Artikolu 40a(1)(d) ma għandux jitqies bħala avviż lill-benefiċjarju tal-intenzjoni tal-awtorità kompetenti li twettaq verifika fuq il-post.”; |
(3) |
fl-Artikolu 27, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sejbiet rilevanti kollha li jkunu saru fil-kuntest tal-verifiki dwar il-konformità mal-kriterji tal-eliġibbiltà u mal-impenji u mal-obbligi l-oħrajn tal-iskemi mniżżlin fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u/jew tal-appoġġ mogħti fil-kuntest tal-miżuri tal-iżvilupp rurali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema integrata, u dawk li jkunu saru fil-kuntest tal-verifiki dwar il-konformità mar-rekwiżiti u mal-istandards rilevanti għall-kundizzjonalità, issir kontronotifika dwarhom lill-awtorità kompetenti rilevanti li hija inkarigata mill-għoti tal-pagament korrispondenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-awtoritajiet ta’ ċertifikazzjoni pubbliċi jew privati msemmijin fl-Artikolu 38 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti li hija inkarigata mill-għoti tal-pagament għal prattiki agrikoli li huma ta’ benefiċċju għall-klima u għall-ambjent bi kwalunkwe sejba li hija rilevanti għall-għoti t-tajjeb tat-tali pagament lill-benefiċjarji li għażlu li jissodisfaw l-obbligi tagħhom permezz tal-ekwivalenza permezz taċ-ċertifikazzjoni.”; |
(4) |
l-Artikolu 34 huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
l-Artikolu 38 huwa emendat kif ġej:
|
(6) |
l-Artikolu 39 huwa emendat kif ġej:
|
(7) |
l-Artikolu 40a huwa emendat kif ġej:
|
(8) |
l-Artikolu 40b huwa emendat kif ġej:
|
(9) |
fl-Artikolu 41(2), it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Meta l-verifika fuq il-post titwettaq permezz tat-telerilevament skont l-Artikolu 40 jew permezz tal-monitoraġġ skont l-Artikolu 40a, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux lill-benefiċjarju l-opportunità jiffirma r-rapport ta’ kontroll jekk ma jinstab l-ebda nuqqas ta’ konformità matul il-verifika bit-telerilevament jew permezz tal-monitoraġġ. Jekk it-tali verifiki jew it-tali monitoraġġ jiżvelaw nuqqas ta’ konformità, il-benefiċjarju għandu jingħata l-opportunità jiffirma r-rapport qabel ma l-awtorità kompetenti tislet il-konklużjonijiet tagħha mis-sejbiet dwar kwalunkwe tnaqqis, rifjut, irtirar jew penali amministrattivi li jirriżultaw minn dan. Meta jiġu applikati l-verifiki permezz tal-monitoraġġ, dan l-obbligu għandu jitqies li jkun ġie ssodisfat jekk il-benefiċjarji jiġu mgħarrfa bin-nuqqasijiet ta’ konformità permezz tal-għodod stabbiliti biex ikun hemm komunikazzjoni mal-benefiċjarji skont l-Artikolu 40a(1)(d) u jkunu ngħataw l-opportunità jikkontestaw in-nuqqasijiet ta’ konformità qabel ma l-awtorità kompetenti tislet il-konklużjonijiet tagħha mis-sejbiet dwar kwalunkwe tnaqqis, rifjut, irtirar jew penali amministrattivi li jirriżultaw minn dan.”; |
(10) |
fl-Artikolu 69(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-għażla tal-kampjun tal-azjendi agrikoli li għandhom jiġu ċċekkjati skont l-Artikolu 68 għandha tkun ibbażata, meta dan ikun applikabbli, fuq analiżi tar-riskju skont il-leġiżlazzjoni applikabbli, jew fuq analiżi tar-riskju li tkun xierqa għar-rekwiżiti jew għall-istandards. Din l-analiżi tar-riskju tista’ tkun ibbażata fuq il-livell ta’ azjenda agrikola individwali jew fuq il-livell ta’ kategoriji ta’ azjendi agrikoli jew ta’ żoni ġeografiċi. Meta l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li tapplika l-għażla prevista fl-Artikolu 40a(4) jew fl-Artikolu 70a(3) ta’ dan ir-Regolament, is-sejbiet żvelati mill-verifiki permezz tal-monitoraġġ fis-sena tat-talba ta’ qabel għandhom jitqiesu fl-analiżi tar-riskju.”; |
(11) |
fl-Artikolu 70, jiddaħħal il-paragrafu 4 li ġej: “4. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jivverifikaw ir-rekwiżiti u l-istandards rilevanti għall-kundizzjonalità permezz ta’ verifiki permezz tal-monitoraġġ imwettqin skont l-Artikolu 70a ta’ dan ir-Regolament.”; |
(12) |
jiddaħħlu l-Artikoli 70a u 70b li ġejjin: “Artikolu 70a Verifiki permezz tal-monitoraġġ 1. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jwettqu verifiki permezz tal-monitoraġġ. Meta jagħżlu li jagħmlu dan, huma għandhom:
2. Meta l-awtorità kompetenti twettaq verifiki permezz tal-monitoraġġ skont il-paragrafu 1, tkun tista’ turi proċeduri operazzjonali effettivi li jikkonformaw mar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 7 u 29 u tkun tat prova tal-kwalità tas-sistema ta’ identifikazzjoni għall-ħbula tar-raba’ vvalutata skont l-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 640/2014, l-Artikoli 25, 68, 69 u 71 ta’ dan ir-Regolament ma japplikawx. 3. Meta l-proċedura msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 tiżvela sejbiet li jkunu rilevanti għall-iskemi ta’ pagament dirett, għall-miżuri tal-iżvilupp rurali u għar-rekwiżiti u/jew għall-istandards li ma jiġux iċċekkjati permezz tal-monitoraġġ, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li jqisu dawk is-sejbiet biss b’rabta mal-benefiċjarji magħżulin skont l-Artikoli 30, 31, 32 u 68 għall-verifiki fuq il-post tal-iskemi ta’ pagament dirett, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tar-rekwiżiti u/jew tal-istandards li ma jiġux iċċekkjati permezz tal-monitoraġġ. Id-deroga għandha tkun limitata għat-tliet snin ta’ wara l-1 ta’ Jannar tas-sena kalendarja li fiha l-awtorità kompetenti tkun bdiet twettaq il-verifiki permezz tal-monitoraġġ. Artikolu 70b Notifiki Sal-1 ta’ Diċembru tas-sena kalendarja ta’ qabel is-sena kalendarja li fiha jibdew iwettqu l-verifiki permezz tal-monitoraġġ, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom li jagħżlu l-verifiki permezz tal-monitoraġġ skont l-Artikolu 70a.”; |
(13) |
l-Artikolu 72 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punti li ġejjin tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2019:
(a) |
il-punt (7)(b); |
(b) |
il-punt (12) f’dak li għandu x’jaqsam mal-Artikolu 70a(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014. |
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ottubru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 tas-17 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 69).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).