This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R0821
Commission Delegated Regulation (EU) 2019/821 of 12 March 2019 amending Regulation (EU) 2016/1076 of the European Parliament and of the Council in order to include the Independent State of Samoa in Annex I
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/821 tat-12 ta' Marzu 2019 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1076 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jinkludi l-Istat Indipendenti ta' Samoa fl-Anness I
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/821 tat-12 ta' Marzu 2019 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1076 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jinkludi l-Istat Indipendenti ta' Samoa fl-Anness I
C/2019/1844
ĠU L 134, 22.5.2019, p. 12–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32016R1076 | Żieda | anness I Test | 11/06/2019 |
22.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 134/12 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/821
tat-12 ta' Marzu 2019
li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1076 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jinkludi l-Istat Indipendenti ta' Samoa fl-Anness I
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1076 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 li japplika l-arranġamenti għal prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/1076 jelenka l-pajjiżi li għalihom japplikaw l-arranġamenti għall-aċċess għas-suq previsti minn dak ir-Regolament. |
(2) |
Fis-6 ta' Diċembru 2018 il-Kunsill, f'isem l-Unjoni, approva l-adeżjoni ta' Samoa fil-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika interim bejn l-Unjoni u l-Istati tal-Paċifiku. Wara li Samoa ddepożitat l-Att tal-Adeżjoni tagħha, il-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika interim qiegħed jiġi applikat b'mod proviżorju bejn l-Unjoni u Samoa mill-31 ta' Diċembru 2018. |
(3) |
Għaldaqstant l-Istat Indipendenti ta' Samoa jenħtieġ li jiġi inkluż fl-Anness I, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/1076 jiddaħħal dan li ġej wara l-kliem “SAINT VINCENT u l-GRENADINI”:
“L-ISTAT INDIPENDENTI TA' SAMOA”.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Marzu 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER