Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R0555

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/555 tal-5 ta' April 2019 li jemenda għall-298 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

C/2019/2793

ĠU L 97, 8.4.2019, p. 6–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/555/oj

8.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 97/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/555

tal-5 ta' April 2019

li jemenda għall-298 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fid-29 ta' Marzu 2019, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda żewġ entrati fil-lista tiegħu tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi jenħtieġ li japplika għalihom.

(3)

Waħda mill-annotazzjonijiet emendati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti kienet ikkonċernata biss minn emenda li ma tirrikjedix traspożizzjoni fir-Regolament (KE) Nru 881/2002.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' April 2019.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz għall-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

1.

Id-data ta' identifikazzjoni tal-entrata segwenti taħt l-intestatura “Persuni naturali” hija emendata kif ġej:

“Sayf-Al Adl (isem assunt (a) Mohammed Salahaldin Abd El Halim Zidan. Data tat-twelid: 11.4.1963. Post tat-twelid: Monufia Governorate, Egypt. Nazzjonalità: Eġizzjana; (b) Muhamad Ibrahim Makkawi. Data tat-twelid: (i) 11.4.1960, (ii) 11.4.1963. Post tat-twelid: L-Eġittu. Nazzjonalità: Eġizzjana; (c) Ibrahim al-Madani; (d) Saif Al-'Adil; (e) Seif al Adel). Data tat-twelid: 11.4.1963. Post tat-twelid: Monufia Governate, Egypt. Nazzjonalità: Eġizzjana. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 25.1.2001.”

tinbidel b'din li ġejja:

“Mohammed Salahaldin Abd El Halim Zidane (magħruf ukoll bħala (a) Sayf-Al Adl. Data tat-twelid: 11.4.1963. Post tat-twelid: Il-Provinċja ta' Monufia, l-Eġittu. Nazzjonalità: Eġizzjana; (b) Muhamad Ibrahim Makkawi. Data tat-twelid: (i) 11.4.1960, (ii) 11.4.1963. Post tat-twelid: L-Eġittu. Nazzjonalità: Eġizzjana; (c) Ibrahim al-Madani; (d) Saif Al-'Adil; (e) Seif al Adel). Data tat-twelid: (i) 11.4.1963, (ii) 11.4.1960. Post tat-twelid: Il-Provinċja ta' Monufia, l-Eġittu. Nazzjonalità: Eġizzjana. Informazzjoni oħra: Responsabbli għas-sigurtà ta' Usama bin Laden (mejjet). Xagħar: Skur. Għajnejn: Skuri. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 25.1.2001.”

2.

Id-data ta' identifikazzjoni tal-entrata segwenti taħt l-intestatura “Persuni naturali” hija emendata kif ġej:

“Yassin Syawal (alias (a) Salim Yasin, (b) Yasin Mahmud Mochtar, (c) Abdul Hadi Yasin, (d) Muhamad Mubarok, (e) Muhammad Syawal, (f) Yassin Sywal, (g) Abu Seta, (h) Mahmud, (i) Abu Muamar, (j) Mubarok). Data tat-twelid: Madwar 1972. Nazzjonalità: Indoneżjana. Informazzjoni oħra: Maħrub sa minn Diċembru 2003.”

tinbidel b'din li ġejja:

“Yassin Syawal (magħruf ukoll bħala (a) Salim Yasin, (b) Yasin Mahmud Mochtar, (c) Abdul Hadi Yasin, (d) Muhamad Mubarok, (e) Muhammad Syawal, (f) Yassin Sywal, (g) Abu Seta, (h) Mahmud, (i) Abu Muamar, (j) Mubarok). Data tat-twelid: 3.9.1962. Post tat-twelid: Makassar, l-Indoneżja. Nazzjonalità: Indoneżjana. Informazzjoni oħra: Maħrub sa minn Diċembru 2003. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 9.9.2003”

3.

Id-data ta' identifikazzjoni tal-entrata segwenti taħt l-intestatura “Persuni naturali” hija emendata kif ġej:

“Amor Mohamed Ghedeir (alias (a) Abdelhamid Abou Zeid, (b) Youcef Adel, (c) Abou Abdellah, (d) Abid Hammadou). Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1958. Post tat-twelid: Deb-Deb, Amenas, Wilaya (il-provinċja) ta' Illizi, l-Alġerija. Nazzjonalità: Alġerina. Tagħrif ieħor: (a) Isem l-omm hu Benarouba Bachira; (b) Isem il-missier hu Mabrouk. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 3.7.2008.”

tinbidel b'din li ġejja:

“Amor Mohamed Ghedeir (magħruf ukoll bħala (a) Abdelhamid Abou Zeid, (b) Youcef Adel, (c) Abou Abdellah, (d) Abid Hammadou mwieled fit-12 ta' Diċ. 1965 f'Touggourt, Wilaya (il-provinċja) ta' Ouargla, l-Alġerija (kif imniżżel preċedentement)). Data tat-twelid: Madwar l-1958. Post tat-twelid: Deb-Deb, Amenas, Wilaya (il-provinċja) ta' Illizi, l-Alġerija. Nazzjonalità: Alġerina. Informazzjoni oħra: (a) Isem l-omm hu Benarouba Bachira; (b) Isem il-missier hu Mabrouk. Informazzjoni oħra: Irrappurtat mejjet fl-24 ta' Frar 2013. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 3.7.2008.”

4.

Id-data ta' identifikazzjoni tal-entrata segwenti taħt l-intestatura “Persuni naturali” hija emendata kif ġej:

“Mohamed Lahbous (magħruf ukoll bħala (a) Mohamed Ennouini, (b) Hassan, (c) Hocine). Data tat-twelid: 1978. Post tat-twelid: Il-Mali. Nazzjonalità: Maljana. Indirizz: Il-Mali. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 24 Ott. 2013.”

tinbidel b'din li ġejja:

“Mohamed Lahbous (magħruf ukoll bħala (a) Mohamed Ennouini, (b) Hassan, (c) Hocine). Data tat-twelid: 1978. Post tat-twelid: Il-Mali. Nazzjonalità: Maljana. Indirizz: Il-Mali. Informazzjoni oħra: Membru tal-Mouvement pour l'Unification et le Jihad en Afrique de l'Ouest (MUJAO). Irrappurtat mejjet fl-14 ta' Frar 2018. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 24.10.2013.”

5.

Id-data ta' identifikazzjoni tal-entrata segwenti taħt l-intestatura “Persuni naturali” hija emendata kif ġej:

“Nusret Imamovic (magħruf ukoll bħala Nusret Sulejman Imamovic). Data tat-twelid: (a) 26.9.1971, (b) 26.9.1977. Nazzjonalità: Numru tal-passaport tal-Bożnija-Ħerżegovina: (a) 349054 (numru tal-passaport tal-Bożnija-Ħerżegovina), b) 3490054 (numru tal-passaport tal-Bożnija-Ħerżegovina). Indirizz: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana (lok f'Settembru 2015). Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 29.2.2016.”

tinbidel b'din li ġejja:

“Nusret Imamovic (magħruf ukoll bħala Nusret Sulejman Imamovic). Data tat-twelid: (a) 26.9.1971, (b) 26.9.1977. Post tat-twelid: Miljanovci, il-Muniċipalità ta' Kalesija, il-Bożnija. Nazzjonalità: il-Bożnija-Ħerzegovina. Numru tal-passaport: (a) 349054 (numru tal-passaport tal-Bożnija-Ħerzegovina), b) 3490054 (numru tal-passaport tal-Bożnija-Ħerzegovina). Indirizz: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana (loku f'Settembru 2015). Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 29.2.2016.”


Top