Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R0543

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/543 tat-3 ta' April 2019 li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Annessi I, III u IV tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġġornament tar-referenzi għal ċerti Regolamenti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur, u tal-inklużjoni tagħhom (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

    C/2019/2327

    ĠU L 95, 4.4.2019, p. 1–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/543/oj

    4.4.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 95/1


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/543

    tat-3 ta' April 2019

    li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Annessi I, III u IV tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġġornament tar-referenzi għal ċerti Regolamenti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur, u tal-inklużjoni tagħhom

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati intiżi għal dawn il-vetturi (Direttiva Kwadru) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 39(2) tagħha,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) u (f) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness IV tad-Direttiva 2007/46/KE jelenka r-rekwiżiti applikabbli għall-fini tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' vetturi bil-mutur. Dawk ir-rekwiżiti jinkludu l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u, f'ċertu każijiet, Regolamenti tan-NU adottati fil-kuntest tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti, li japplikaw fuq bażi obbligatorja jew bħala alternattiva għar-rekwiżiti tal-Unjoni.

    (2)

    L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 jelenka r-Regolamenti tan-NU li japplikaw fuq bażi obbligatorja fil-kuntest tas-sikurezza ġenerali tal-vetturi.

    (3)

    Il-listi tar-rekwiżiti applikabbli għall-fini tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE fl-Anness IV tad-Direttiva 2007/46/KE u l-lista tar-Regolamenti tan-NU li japplikaw fuq bażi obbligatorja fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 jiġu aġġornati ta' spiss sabiex jirriflettu l-applikazzjoni, fil-livell tal-Unjoni, ta' rekwiżiti ġodda fir-Regolamenti tan-NU rispettivi.

    (4)

    Ir-Regolament tan-NU Nru 0 dwar l-Approvazzjoni Internazzjonali tat-Tip ta' Vettura Sħiħa (3) ġie adottat dan l-aħħar fil-kuntest tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti sabiex jitnaqqsu l-ostakoli għall-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dak ir-Regolament tan-NU, li jinkludu l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u biex jiġi pprovdut livell ogħla ta' ċertezza għall-manifatturi tal-vetturi li jfittxu li jiksbu rikonoxximent tal-approvazzjoni tat-tip tagħhom f'dawk il-Partijiet Kontraenti.

    (5)

    Huwa xieraq li l-listi ta' rekwiżiti li japplikaw għall-fini ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' vetturi inklużi fl-Anness IV tad-Direttiva 2007/46/KE, kif ukoll il-lista tar-regolamenti tan-NU li japplikaw fuq bażi obbligatorja stipulati fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 jiġu aġġornati sabiex jirriflettu l-bidliet introdotti bir-Regolament tan-NU Nru 0.

    (6)

    It-tabella fil-Parti II tal-Anness IV tad-Direttiva 2007/46/KE hija skaduta. Għal din ir-raġuni, jenħtieġ li tiġi aġġornata l-lista tar-Regolamenti tan-NU, li r-rekwiżiti tagħha huma meqjusa bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti tal-Unjoni għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE.

    (7)

    Jenħtieġ ukoll li l-lista tal-informazzjoni għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' vetturi li tinsab fl-Anness I u d-dokument ta' informazzjoni fit-Taqsima A tal-Parti I tal-Anness III tad-Direttiva 2007/46/KE jiġu aġġornati b'referenzi għas-Sistema Akustika ta' Twissija tal-Vettura li għandhom jiġu approvati skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 540/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jew skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tan-NU Nru 138 (5).

    (8)

    Ir-Regolamenti Nru 140 (6) u Nru 141 (7) il-ġodda saru applikabbli mill-1 ta' Settembru 2018. Għandu jingħata ħin biżżejjed biex il-manifatturi jkunu jistgħu jadattaw il-vetturi tagħhom għar-rekwiżiti l-ġodda. Għaldaqstant, għandu jiġi ċċarat li, għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE, dawk ir-rekwiżiti japplikaw biss għal tipi ġodda ta' vetturi fir-rigward tas-sistemi tagħhom ta' kontroll elettroniku tal-istabbiltà u ta' monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers.

    (9)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    L-Annessi I, III u IV tad-Direttiva 2007/46/KE huma emendati skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    1.   B'effett mill-24 ta' April 2019, għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' tipi ġodda ta' vetturi fir-rigward tas-sistemi tagħhom ta' kontroll elettroniku tal-istabbiltà, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw biss approvazzjonijiet mogħtija skont ir-Regolament tan-NU Nru 140.

    2.   B'effett mill-24 ta' April 2019, għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' tipi ġodda ta' vetturi fir-rigward tas-sistemi tagħhom ta' monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw biss approvazzjonijiet mogħtija skont ir-Regolament tan-NU Nru 141.

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-3 ta' April 2019.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1.

    (3)  ĠU L 135, 31.5.2018, p. 1.

    (4)  Ir-Regolament (UE) Nru 540/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar il-livell ta' ħoss tal-vetturi bil-mutur u s-sostituzzjoni tas-sistemi tas-sajlenser, u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttiva 70/157/KEE (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 131).

    (5)  ĠU L 9, 13.1.2017, p. 33.

    (6)  ĠU L 269, 26.10.2018, p. 17.

    (7)  ĠU L 269, 26.10.2018, p. 36.


    ANNESS I

    L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    It-tabella hija emendata kif ġej:

    (a)

    ir-ringiela għar-Regolament Nru 10 hija sostitwita b'dan li ġej:

    “10

    Kompatibbiltà elettromanjetika

    Is-suppliment 1 tas-serje ta' emendi 05

    ĠU L 41, 17.2.2017, p. 1

    M, N, O”;

    (b)

    ir-ringiela għar-Regolament Nru 16 hija sostitwita b'dan li ġej:

    “16

    Ċinturini tas-sikurezza, sistemi ta' trażżin, sistemi ta' trażżin għat-tfal u sistemi ta' trażżin għat-tfal ISOFIX

    Is-suppliment 2 tas-serje ta' emendi 07

    ĠU L 109, 27.4.2018, p. 1

    M, N (d)”;

    (c)

    ir-ringiela għar-Regolament Nru 34 hija sostitwita b'dan li ġej:

    “34

    Prevenzjoni tar-riskji ta' nirien (tankijiet tal-karburant likwidu)

    Is-suppliment 1 tas-serje ta' emendi 03

    ĠU L 231, 26.8.2016, p. 41

    M, N, O (e)”;

    (d)

    ir-ringiela għar-Regolament Nru 39 hija sostitwita b'dan li ġej:

    “39

    Tagħmir tal-ispidometru inkluż l-installazzjoni tiegħu

    Is-suppliment 1 tas-serje ta' emendi 01

    ĠU L 302, 28.11.2018, p. 106.

    M, N”;

    (e)

    ir-ringiela għar-Regolament Nru 44 hija sostitwita b'dan li ġej:

    “44

    Apparat ta' trażżin għal okkupanti tfal ta' vetturi motorizzati (“sistema ta' trażżin għat-tfal”)

    Is-suppliment 10 tas-serje ta' emendi 04

    ĠU L 265, 30.9.2016, p. 1

    M, N (h)”;

    (f)

    ir-ringiela għar-Regolament Nru 48 hija sostitwita b'dan li ġej:

    “48

    Installazzjoni ta' apparat ta' tidwil u ta' apparat għas-sinjalar bid-dawl fuq vetturi bil-mutur

    Is-suppliment 10 tas-serje ta' emendi 06

    ĠU L 14, 16.1.2019, p. 42.

    M, N, O”;

    (g)

    ir-ringiela għar-Regolament Nru 58 hija sostitwita b'dan li ġej:

    “58

    Apparat ta' protezzjoni ta' wara kontra l-underrun (RUPDs) u l-installazzjoni tiegħu; Protezzjoni ta' wara kontra l-underrun (RUP)

    Serje ta' emendi 03

    ĠU L 49, 20.2.2019, p. 1.

    M, N, O”;

    (h)

    ir-ringiela għar-Regolament Nru 67 hija sostitwita b'dan li ġej:

    “67

    Vetturi bil-mutur li jużaw l-LPG

    Is-suppliment 14 tas-serje ta' emendi 01

    ĠU L 285, 20.10.2016, p. 1

    M, N”;

    (i)

    ir-ringiela għar-Regolament Nru 79 hija sostitwita b'dan li ġej:

    “79

    Tagħmir tal-istering

    Serje ta' emendi 03

    ĠU L 318, 14.12.2018, p. 1.

    M, N, O”;

    (j)

    ir-ringiela għar-Regolament Nru 94 hija sostitwita b'dan li ġej:

    “94

    Protezzjoni tal-okkupanti fil-każ ta' ħabta frontali

    Serje ta' emendi 03

    ĠU L 35, 8.2.2018, p. 1

    M1”;

    (k)

    ir-ringiela għar-Regolament Nru 100 hija sostitwita b'dan li ġej:

    “100

    Sikurezza elettrika

    Is-suppliment 3 tas-serje ta' emendi 02

    ĠU L 302, 28.11.2018, p. 114.

    M, N”;

    (l)

    ir-ringiela għar-Regolament Nru 107 hija sostitwita b'dan li ġej:

    “107

    Vetturi M2 u M3

    Is-suppliment 1 tas-serje ta' emendi 07

    ĠU L 52, 23.2.2018, p. 1

    M2, M3”;

    (m)

    ir-ringiela għar-Regolament Nru 117 hija sostitwita b'dan li ġej:

    “117

    Tajers fir-rigward ta' emissjonijiet tal-ħsejjes tad-dawrien, adeżjoni fuq uċuħ imxarrba u reżistenza għad-dawrien (Klassijiet C1, C2 u C3)

    Is-suppliment 8 tas-serje ta' emendi 02

    ĠU L 218, 12.8.2016, p. 1

    M, N, O”;

    (n)

    ir-ringiela għar-Regolament Nru 119 hija sostitwita b'dan li ġej:

    “119

    Fanali għall-kantunieri

    Is-suppliment 3 tas-serje ta' emendi 01

    ĠU L 89, 25.3.2014, p. 101

    M, N (h)”;

    (o)

    ir-ringiela għar-Regolament Nru 123 hija sostitwita b'dan li ġej:

    “123

    Sistemi adattivi tat-tidwil ta' quddiem (AFS)

    Is-suppliment 9 tas-serje ta' emendi 01

    ĠU L 49, 20.2.2019, p. 24.

    M, N”;

    (p)

    ir-ringiela għar-Regolament Nru 125 hija sostitwita b'dan li ġej:

    “125

    Erja tal-viżjoni ta' quddiem

    Is-suppliment 1 tas-serje ta' emendi 01

    ĠU L 20, 25.1.2018, p. 16

    M1”;

    (q)

    ir-ringiela għar-Regolament Nru 128 hija sostitwita b'dan li ġej:

    “128

    Sorsi ta' dawl b'dijodi li jemettu d-dawl (LED)

    Suppliment 6 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament

    ĠU L 320, 17.12.2018, p. 63.

    M, N, O”;

    (r)

    jiżdiedu r-ringieli ġodda 140 u 141 li ġejjin:

    “140

    Kontroll tal-istabbiltà

    Suppliment 2 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament

    ĠU L 269, 26.10.2018, p. 17.

    M1, N1

    141

    Sistemi ta' Monitoraġġ tal-Pressjoni tat-Tajers (TPMS)

    Il-verżjoni oriġinali tar-Regolament

    ĠU L 269, 26.10.2018, p. 36.

    M1, N1 (i)”;

    (2)

    in-nota (b) tat-tabella tinbidel b'dan li ġej:

    “(b)

    L-immuntar ta' sistema elettronika tal-kontroll tal-istabbiltà huwa meħtieġ skont l-Artikolu 12(1) u 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 661/2009.”

    (3)

    in-nota (c) tat-tabella tinbidel b'dan li ġej:

    “(c)

    L-immuntar ta' sistema elettronika tal-kontroll tal-istabbiltà huwa meħtieġ skont l-Artikolu 12(1) u 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 661/2009.”

    (4)

    in-nota (f) tat-tabella tinbidel b'dan li ġej:

    “(f)

    Fejn il-manifattur tal-vetturi jiddikjara li vettura hija xierqa għall-irmonkar tat-tagħbija (il-punt 2.11.5 tal-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE), u kwalunkwe parti minn tagħmir ta' ġġanċjar mekkaniku xieraq, tkunx installata jew le mat-tip ta' vettura motorizzata, tista' tostor (parzjalment) kwalunkwe komponent tad-dawl u/jew l-ispazju għall-armar u t-tiswija tal-pjanċa ta' reġistrazzjoni ta' wara, għandu japplika dan li ġej:

    l-istruzzjonijiet għall-utent tal-vettura motorizzata (eż. il-manwal, il-ktejjeb tal-vettura) għandhom jispeċifikaw biċ-ċar li mhijiex permessa l-installazzjoni ta' tagħmir ta' gganċjar mekkaniku li ma jistax jinqala' jew jinbidillu postu faċilment;

    l-istruzzjonijiet għandhom jispeċifikaw biċ-ċar ukoll li tagħmir ta' gganċjar mekkaniku, meta jkun imwaħħal, għandu dejjem jitneħħa jew jinbidillu postu meta ma jkunx qiegħed jintuża; u

    fil-każ ta' approvazzjoni tat-tip ta' sistema ta' vettura skont ir-Regolament tan-NU 55, għandha tiġi żgurata l-konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet dwar it-tneħħija, il-bdil tal-post u/jew it-tqegħid f'pożizzjoni alternattiva, fir-rigward tal-installazzjoni tad-dwal u l-ispazju għall-armar u t-twaħħil tal-pjanċa ta' reġistrazzjoni ta' wara.”

    (5)

    tiżdied in-nota (h) li ġejja tat-tabella:

    “(h)

    Approvazzjoni Universali Internazzjonali tat-Tip ta' Vettura Sħiħa maħruġa skont ir-Regolament tan-NU Nru 0 (ĠU L 135, 31.5.2018, p. 1) li tinkludi l-approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolamenti tan-NU rispettivi fit-tabella li jirreferu għal din in-nota, għandha titqies bħala ekwivalenti għal approvazzjoni tat-tip tal-KE mogħtija skont dan ir-Regolament.”

    (6)

    tiżdied in-nota (i) li ġejja tat-tabella:

    “(i)

    Is-sistema ta' monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers għal vetturi M1 tapplika fuq bażi obbligatorja skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 661/2009. Ir-Regolament tan-NU Nru 141 japplika għall-approvazzjoni ta' vetturi tal-kategorija M1 sa massa massima ta' 3 500 kg. Ir-Regolament tan-NU Nru 141 jista' japplika fuq bażi volontarja għall-approvazzjoni ta' vetturi tal-kategorija N1 li ma jkunux mgħammra b'roti doppji fuq il-fus”.

    ANNESS II

    Id-Direttiva 2007/46/KE hija emendata kif ġej:

    (1)

    fl-Anness I jiddaħħlu l-punti 12.9, 12.9.1 u 12.9.2 ġodda li ġejjin:

    “12.9.   Sistema Akustika ta' Twissija tal-Vettura (AVAS)

    12.9.1.

    In-numru tal-approvazzjoni tat-tip ta' tip ta' vettura fir-rigward tal-emissjonijiet tal-ħoss tagħha skont ir-Regolament tan-NU Nru 138 (ĠU L 9, 13.1.2017, p. 33).

    12.9.2.

    Ir-referenza sħiħa tar-riżultati tat-test tal-livelli tal-emissjonijiet tal-ħoss tal-AVAS, imkejla skont ir-Regolament (UE) Nru 540/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1).

    (*1)  Ir-Regolament (UE) Nru 540/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar il-livell ta' ħoss tal-vetturi bil-mutur u s-sostituzzjoni tas-sistemi tas-sajlenser, u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttiva 70/157/KEE (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 131).”;"

    (2)

    fit-Taqsima A tal-Parti I tal-Anness III jiddaħħlu l-punti 12.9, 12.9.1 u 12.9.2 ġodda li ġejjin:

    “12.9.   Sistema Akustika ta' Twissija tal-Vettura (AVAS)

    12.9.1.

    In-numru tal-approvazzjoni tat-tip ta' tip ta' vettura fir-rigward tal-emissjonijiet tal-ħoss tagħha skont ir-Regolament tan-NU Nru 138.

    12.9.2.

    Ir-referenza sħiħa tar-riżultati tat-test tal-livelli tal-emissjonijiet tal-ħoss tal-AVAS, imkejla skont ir-Regolament (UE) Nru 540/2014.”;

    (3)

    fl-Anness IV, il-Parti II hija emendata kif ġej:

    (a)

    l-ewwel paragrafu taħt it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Fejn issir referenza għal Direttiva separata jew għal Regolament separat fit-tabella tal-Parti I, Approvazzjoni Universali Internazzjonali tat-Tip ta' Vettura Sħiħa maħruġa skont ir-Regolament tan-NU Nru 0 (*2) li tinkludi l-approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolamenti li ġejjin tan-NU jew approvazzjoni maħruġa skont ir-Regolamenti tan-NU li ġejjin li l-Unjoni aderixxiet għalihom bħala Parti Kontraenti għall-‘Ftehim Rivedut tal-1958’ tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti bis-saħħa tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE (*3), jew ta' deċiżjonijiet sussegwenti tal-Kunsill kif imsemmija fl-Artikolu 3(3) ta' dik id-Deċiżjoni, għandha titqies bħala ekwivalenti għal approvazzjoni tat-tip tal-KE mogħtija skont id-Direttiva separata jew ir-Regolament separat rilevanti.

    (*2)  ĠU L 135, 31.5.2018, p. 1."

    (*3)  ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78.”;"

    (b)

    it-tabella hija sostitwita b'dan li ġej:

     

    “Suġġett

    Regolamenti tan-NU

    Serje ta' emendi

    1 (1)

    Livell permissibbli ta' ħoss

    51

    59

    02

    01

    1a

    Livell permissibbli ta' ħoss (ma jkoprix l-AVAS u s-sajlensers ta' sostituzzjoni)

    51

    03

    Sistema Akustika ta' Twissija tal-Vettura (AVAS)

    138

    01

    Sistemi ta' sajlensers ta' sostituzzjoni

    59

    02

    58

    Protezzjoni tal-persuni bil-mixi (ma jkoprix l-assistenza fl-ibbrejkjar u s-sistemi ta' protezzjoni frontali)

    127

    00

     

    Sistema ta' assistenza fl-ibbrejkjar

    139

    00

    59 (2)

    Riċiklabbiltà

    133

    00

    62 (3)

    Sistemi ta' ħżin tal-idroġenu

    134

    00

    65

    Sistemi avvanzati ta' bbrejkjar ta' emerġenza

    131

    01

    66

    Sistema ta' twissija ta' ħruġ mill-karreġġata

    130

    00

    N.B.:

    Rekwiżiti ta' installazzjoni li jinsabu f'direttiva separata jew f'regolament separat għandhom japplikaw ukoll għal komponenti u għal unitajiet tekniċi separati approvati skont ir-Regolamenti tan-NU.


    (*1)  Ir-Regolament (UE) Nru 540/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar il-livell ta' ħoss tal-vetturi bil-mutur u s-sostituzzjoni tas-sistemi tas-sajlenser, u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttiva 70/157/KEE (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 131).”;

    (*2)  ĠU L 135, 31.5.2018, p. 1.

    (*3)  ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78.”;”


    (1)  In-numerazzjoni tal-entrati f'din it-tabella tirreferi għan-numerazzjoni użata fit-tabella tal-Parti I.

    (2)  Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 2005/64/KE.

    (3)  L-approvazzjoni tat-tip ta' sistemi ta' ħżin tal-idroġenu u l-apparati kollha tal-għeluq (kull komponent speċifiku) hija obbligatorja u ma tkoprix il-kwalifiki materjali tal-komponenti kollha koperti mill-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 79/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.”.


    Top