Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R0248

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/248 tat-13 ta' Novembru 2018 li jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 63/2011 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati għall-applikazzjoni għal deroga mill-miri speċifiċi tal-emissjonijiet tas-CO2 skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

C/2018/7391

ĠU L 42, 13.2.2019, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/248/oj

13.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 42/5


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/248

tat-13 ta' Novembru 2018

li jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 63/2011 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati għall-applikazzjoni għal deroga mill-miri speċifiċi tal-emissjonijiet tas-CO2 skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(8) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-2007, il-manifattur ta' vetturi ħfief General Motors Holding LLC, għarraf lill-Kummissjoni li l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 speċifikati għal dak il-manifattur fl-Anness IV tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 63/2011 (2), mhumiex korretti.

(2)

Il-manifattur ipprovda evidenza dettaljata li turi li l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 fl-2007 kienu ogħla b'mod sinifikanti mill-valur indikat fir-Regolament (UE) Nru 63/2011. Dan il-valur kien ibbażat fuq l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 ta' vetturi li, b'mod żbaljat, inkludew dawk ta' Adam Opel AG, li dak iż-żmien kienet konnessa ma' General Motors. Dawk l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tal-vetturi tal-Adam Opel AG ikkontribwew għal medja aktar baxxa tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 ta' General Motors fl-2007. L-iżball sar evidenti wara l-bidla fis-sjieda ta' General Motors u Adam Opel, li seħħet fl-1 ta' Awwissu 2017.

(3)

Il-Kummissjoni tqis li l-evidenza provduta minn General Motors Holding LLC hija prova tal-inkorrettezza tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-manifattur fl-2007, kif indikat fir-Regolament (UE) Nru 63/2011.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 63/2011 jiġi kkoreġut skont dan.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fit-Tabella tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 63/2011, fil-kolonna “Emissjonijiet medji, [g/km]”, fir-ringiela ta' “General Motors”, il-valur “159,604” jinbidel b'“283,689”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 63/2011 tas-26 ta' Jannar 2011 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati għall-applikazzjoni għal deroga mill-miri speċifiċi tal-emissjonijiet tas-CO2 skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 23, 27.1.2011, p. 16).


Top