Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R0085

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/85 tal-21 ta' Jannar 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

    ST/5173/2019/INIT

    ĠU L 18I, 21.1.2019, p. 4–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/85/oj

    21.1.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    LI 18/4


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/85

    tal-21 ta' Jannar 2019

    li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta' Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fit-18 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012.

    (2)

    Fid-dawl dawl tal-fatt li negozjanti prominenti qed jagħmlu profitti kbar permezz tar-rabtiet tagħhom mar-reġim u qegħdin bħala tpattija jgħinu fil-finanzjament tar-reġim, inkluż permezz tal-impriżi konġunti ffurmati minn ċerti negozjanti u entitajiet prominenti ma' kumpanniji appoġġati mill-Istat għall-iżvilupp ta' art esproprjata, dawk in-negozjanti u l-entitajiet qed jappoġġaw u qed jibbenefikaw mir-reġim ta' Assad inkluż permezz tal-użu tal-proprjetà esproprjata.

    (3)

    Barra minn hekk, l-esproprjazzjoni tal-art mir-reġim ta' Assad minn persuni spustati mill-kunflitt fis-Sirja qed tipprevjeni lil dawk il-persuni milli jkunu jistgħu jirritornaw lejn djarhom.

    (4)

    Jenħtieġ li ħdax-il persuna fiżika u ħames entitajiet jiżdiedu mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012.

    (5)

    Għalhekk jenħtieġ li l-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif indikat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Jannar 2019.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    F. MOGHERINI


    (1)  ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.


    ANNESS

    1.   

    Il-persuni li ġejjin jiżdiedu mal-lista li tinsab fit-taqsima A (Persuni) tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012:

     

    Isem

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data ta' elenkar

    “264.

    Anas Talas

    (magħruf ukoll bħala Image; Anas Talous/ Tals/Tuls/Tlass)

    Sess: maskili

    Pożizzjoni: President ta' Talas Group

    Data tat-twelid: 25 ta' Marzu 1971

    Nazzjonalità: Sirjan

    Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b'interessi u attivitajiet f'bosta setturi tal-ekonomija tas-Sirja. Permezz tal-attivitajiet ta' negozju u l-investimenti tiegħu, Anas Talas jibbenefika wkoll mir-reġim Sirjan u/jew jappoġġah. Fl-2018 it-Talas Group, ippresedut minn Anas Talas, daħal f'impriża konġunta ta' SYP 23 biljun ma' Damascus Cham Holding għall-kostruzzjoni ta' Marota City, żvilupp residenzjali u kummerċjali ta' lussu appoġġat mir-reġim.

    21.1.2019

    265.

    Nazir Ahmad JamalEddine

    (magħruf ukoll bħala Image; Nazir Ahmad, Mohammed JamalEddine)

    Sess: maskili

    Pożizzjoni: Kofundatur u azzjonist maġġoritarju ta' Apex Development and Projects LLC u fundatur ta' A'ayan Company for Projects and Equipment

    Data tat-twelid: 1962

    Nazzjonalità: Sirjan

    Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja b'investimenti sinifikanti fl-industrija tal-kostruzzjoni, inkluż sehem ta' kontroll ta' 90 % f'Apex Development and Projects LLC, li daħal f'impriża konġunta ta' USD 34.8 miljun għall-kostruzzjoni ta' Marota City, żvilupp residenzjali u kummerċjali ta' lussu appoġġat mir-reġim. Bil-parteċipazzjoni tiegħu fl-iżvilupp ta' Marota City, Nazir Ahmad JamalEddine jibbenefika mir-reġim Sirjan u/jew jappoġġah.

    21.1.2019

    266.

    Mazin Al-Tarazi

    (magħruf ukoll bħala Image; Mazen al-Tarazi)

    Sess: maskili

    Pożizzjoni: Negozjant

    Data tat-twelid: Settembru 1962

    Nazzjonalità: Sirjan

    Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b'investimenti sinifikanti fis-setturi tal-kostruzzjoni u tal-avjazzjoni. Permezz tal-investimenti u l-attivitajiet tiegħu, Mazin Al-Tarazi jibbenefika mir-reġim Sirjan u/jew jappoġġah. B'mod partikolari, Al-Tarazi kkonkluda ftehim ma' Damascus Cham Holdings għal investiment ta' USD 320 miljun fil-kostruzzjoni ta' Marota City, żvilupp residenzjali u kummerċjali ta' lussu appoġġat mir-reġim; huwa ingħata wkoll liċenzja għal linja tal-ajru privata fis-Sirja.

    21.1.2019

    267.

    Samer Foz

    (magħruf ukoll bħala Samir (Image) Foz (Image) / Fawz; Samer Zuhair Foz)

    Sess: maskili

    Pożizzjoni: CEO ta' Aman Group

    Data tat-twelid: Mejju 1973

    Post tat-twelid: Latakia, Sirja

    Nazzjonalitajiet: Sirjan, Tork

    Tagħrif ieħor:

    President Eżekuttiv ta' Aman Group. Sussidjarji: Foz for Trading, Al-Mohaimen for Transportation & Contracting. Aman Group huwa s-sieħeb tas-settur privat f'Joint Venture Aman Damascus JSC ma' Damascus Cham Holding, li fih Foz huwa azzjonist individwali. Emmar Industries hija impriża konġunta bejn Aman Group u Hamisho Group, li tagħha Foz huwa l-President u li fiha għandu sehem maġġoritarju.

    Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b'interessi u attivitajiet f'bosta setturi tal-ekonomija tas-Sirja, inkluż impriża konġunta appoġġata mir-reġim involuta fl-iżvilupp ta' Marota City, żvilupp residenzjali u kummerċjali ta' lussu. Samer Foz jipprovdi appoġġ finanzjarju u appoġġ ieħor lir-reġim, inkluż finanzjament tal-Military Security Shield Forces fis-Sirja u senserija ta' ftehimiet tal-qamħ. Huwa jibbenefika finanzjarment ukoll mill-aċċess għall-opportunitajiet kummerċjali permezz tal-kummerċ tal-qamħ u proġetti ta' rikostruzzjoni bħala riżultat tar-rabtiet tiegħu mar-reġim.

    21.1.2019

    268.

    Khaldoun Al-Zoubi

    (magħruf ukoll bħala Khaldoon al-Zu'bi; Khaldoun Zubi)

    Sess: maskili

    Pożizzjoni: Viċi president ta' Aman Holding (magħruf ukoll bħala Aman Group)

    Data tat-twelid: 1979

    Nazzjonalità: Sirjan

    Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b'interessi u attivitajiet f'bosta setturi tal-ekonomija tas-Sirja; inkluż ir-rwoli tiegħu bħala Viċi President ta' Aman Holding u azzjonist maġġoritarju tal-linja tal-ajru Fly Aman. Fil-kapaċità tiegħu, huwa marbut ma' Samer Foz. Aman Holding huwa rrappreżentat fuq il-bord ta' “Aman Damascus”, impriża konġunta fil-kostruzzjoni ta' Marota City, żvilupp residenzjali u kummerċjali ta' lussu appoġġat mir-reġim, u għandu sehem maġġoritarju fiha. Al-Zoubi jibbenefika mir-reġim u/jew jappoġġah permezz tal-pożizzjoni tiegħu bħala Viċi President ta' Aman Holding.

    21.1.2019

    269.

    Hussam Al-Qatirji

    (magħruf ukoll bħala Hussam/Hossam Ahmed/Mohammed/Muhammad al-Katerji Image)

    Sess: maskili

    Pożizzjoni: CEO ta' Katerji Group (magħrufa wkoll bħala al-Qatirji Company / Qatirji Company / Khatirji Group / Katerji International Group)

    Data tat-twelid: 1982

    Post tat-twelid: Raqqa, Sirja

    Nazzjonalità: Sirjan

    Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, li huwa wkoll Membru tal-Parlament għal Aleppo. Al-Qatirji jappoġġa u jibbenefika mir-reġim billi jippermetti u japprofitta minn ftehimiet kummerċjali mar-reġim fir-rigward taż-żejt u tal-qamħ.

    21.1.2019

    270.

    Bashar Mohammad Assi

    Sess: maskili

    Pożizzjoni: President tal-Bord tad-Diretturi ta' “Aman Damascus”. Sieħeb fundatur tal-linja tal-ajru Fly Aman Limited Liability.

    Data tat-twelid: 1977

    Nazzjonalità: Sirjan

    Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b'interessi u attivitajiet f'bosta setturi tal-ekonomija tas-Sirja, inkluż ir-rwoli tiegħu bħala sieħeb fundatur tal-linja tal-ajru Fly Aman u President tal-Bord tad-Diretturi ta' “Aman Damascus”; impriża konġunta involuta fl-iżvilupp ta' Marota City, żvilupp residenzjali u kummerċjali ta' lussu appoġġat mir-reġim. Assi jibbenefika mir-reġim u/jew jappoġġah permezz tal-pożizzjoni tiegħu bħala President tal-Bord tad-Diretturi ta' “Aman Damascus”.

    21.1.2019

    271.

    Khaled al-Zubaidi

    (magħruf ukoll bħala (Mohammed) Khaled/Khalid (Bassam) (al-) Zubaidi/Zubedi Image)

    Sess: maskili

    Pożizzjoni: Koproprjetarju ta' Zubaidi u Qalei LLC, Direttur ta' Agar Investment Company, General Manager tal-kumpannija Al Zubaidi u Al Zubaidi & Al Taweet Contracting Company, Direttur u Proprjetarju ta' Zubaidi Development Company, u koproprjetarju ta' Enjaz Investment Company.

    Nazzjonalità: Sirjan

    Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b'investimenti sinifikanti fl-industrija tal-kostruzzjoni, inkluż sehem ta' 50 % f'Zubaidi u Qalei LLC, li qed tibni l-belt turistika lussuża Grand Town u għal liema r-reġim ta ftehim ta' 45 sena għal 19-21 % tad-dħul tagħha. F'din il-kapaċità huwa marbut ma' Nader Qalei. Khaled al-Zubaidi jibbenefika mir-reġim u/jew jappoġġah permezz tal-attivitajiet kummerċjali tiegħu, b'mod partikolari permezz ta' dan is-sehem fl-iżvilupp ta' Grand Town.

    21.1.2019

    272.

    Hayan Mohammad Nazem Qaddour

    (magħruf ukoll bħala Hayyan Kaddour bin Mohammed Nazem)

    Sess: maskili

    Isem: Hayan Mohammed Nazem Qaddour

    Pożizzjoni: Azzjonist primarju ta' Exceed Development and Investment Company

    Data tat-twelid: 1970

    Nazzjonalità: Sirjan

    Negozjant ewlieni li jopera fis-Sirja, li għandu sehem ta' 67 % f'Exceed Development and Investment, li daħal f'impriża konġunta ta' USD 17,7 miljun għall-kostruzzjoni ta' Marota City, żvilupp residenzjali u kummerċjali ta' lussu appoġġat mir-reġim. Bil-parteċipazzjoni tiegħu fl-iżvilupp ta' Marota City, Hayan Mohammad Nazem Qaddour jibbenefika mir-reġim Sirjan u/jew jappoġġah.

    21.1.2019

    273.

    Maen Rizk Allah Haykal

    (magħruf ukoll bħala Heikal Bin Rizkallah)

    Sess: maskili

    Pożizzjoni: Azzjonist sekondarju ta' Exceed Development and Investment Company

    Nazzjonalità: Sirjan

    Negozjant ewlieni li jopera fis-Sirja, li għandu sehem ta' 33 % f'Exceed Development and Investment, li daħal f'impriża konġunta ta' USD 17,7 miljun għall-kostruzzjoni ta' Marota City, żvilupp residenzjali u kummerċjali ta' lussu appoġġat mir-reġim. Bil-parteċipazzjoni tiegħu fl-iżvilupp ta' Marota City, Maen Rizk Allah Haykal jibbenefika mir-reġim Sirjan u/jew jappoġġah.

    21.1.2019

    274.

    Nader Qalei

    (magħruf ukoll bħala Kalai, Kalei)

    Sess: maskili

    Isem: Nader Kalai

    Data tat-twelid: 9.7.1965;

    Post tat-twelid: Damasku

    Nazzjonalità: Sirjan

    Numru tal-passaport (inkluż il-pajjiż fejn inħareġ u d-data u l-post tal-ħruġ): Ir-Repubblika Għarbija tas-Sirja N 010170320, in-numru tal-ħruġ: 002-15-L062672, id-data tal- ħruġ: 24.5.2015, data tal-iskadenza: 23.5.2021

    In-numru tal-ID, Ir-Repubblika Għarbija tas-Sirja, 010-40036453.

    Pożizzjoni: Azzjonist maġġoritarju ta' Castle Investment Holding, Koproprjetarju ta' Zubaidi and Qalei LLC, President ta' Kalai Industries Management

    Familjari/soċji kummerċjali jew sħab/għandu rabtiet ma' individwi elenkati: Khaled al-Zubaidi

    Indirizz:

    Young Avenue, Halifax, Canada

    Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b'investimenti sinifikanti fl-industrija tal-kostruzzjoni, inkluż sehem ta' 50 % f'Zubaidi and Qalei LLC, li qed tibni l-belt turistika lussuża Grand Town u għal liema r-reġim ta ftehim ta' 45 sena għal 19-21 % tad-dħul tagħha. F'din il-kapaċità, huwa marbut ma' Khaled al-Zubaidi. Nader Qalei jibbenefika mir-reġim u/jew jappoġġah permezz tal-attivitajiet kummerċjali tiegħu, b'mod partikolari permezz ta' dan is-sehem fl-iżvilupp ta' Grand Town.

    21.1.2019”

    2.   

    Il-persuni li ġejjin jiżdiedu mal-lista li tinsab fit-taqsima B (Entitajiet) tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012:

     

    Isem

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data ta' elenkar

    “72.

    Rawafed Damascus Private Joint Stock Company

    (magħrufa wkoll bħala Rawafed/Rawafid/ Rawafed (Tributary) Image Damascus Private Joint Stock Company)

    Indirizz: Damasku, Sirja

    Rawafed Damascus Private Joint Stock Company hija impriża konġunta ta' USD 48,3 miljun bejn Damascus Cham Holdings, Ramak Development and Humanitarian Projects, Al-Ammar LLC, Timeet Trading LLC (magħrufa wkoll bħala Ultimate Trading Co. Ltd.), u Wings Private JSC. Rawafed tappoġġa lir-reġim Sirjan u/jew tibbenefika minnu, inkluż permezz tal-parteċipazzjoni tagħha fl-iżvilupp lussuż ta' Marota City appoġġat mir-reġim.

    21.1.2019

    73.

    Aman Damascus Joint Stock Company

    (magħrufa wkoll bħal Aman Damascus JSC)

    Indirizz: Damasku, Sirja

    Aman Damascus Joint Stock Company hija impriża konġunta ta' USD 18,9 miljun bejn Damascus Cham Holdings u Aman Group. Permezz tal-parteċipazzjoni tagħha fl-iżvilupp lussuż ta' Marota City appoġġat mir-reġim, Aman Damascus tappoġġa lir-reġim Sirjan u/jew tibbenefika minnu.

    21.1.2019

    74.

    Bunyan Damascus Private Joint Stock Company

    (magħrufa wkoll bħala Bunyan Damascus Private JSC)

    Indirizz: Damasku, Sirja

    Bunyan Damascus Private Joint Stock Company hija impriża konġunta ta' USD 34,8 miljun bejn Damascus Cham Holdings u Apex Development and Projects LLC u Tamayoz LLC. Permezz tal-parteċipazzjoni tagħha fl-iżvilupp lussuż ta' Marota City appoġġat mir-reġim, Bunyan Damascus Private Joint Stock Company tappoġġa lir-reġim Sirjan u/jew tibbenefika minnu.

    21.1.2019

    75.

    Mirza

    Indirizz: Damasku, Sirja

    Mirza hija impriża konġunta ta' USD 52,7 miljun bejn Damascus Cham Holding u Talas Group. Permezz tal-parteċipazzjoni tagħha fl-iżvilupp lussuż ta' Marota City appoġġat mir-reġim, Mirza tappoġġa lir-reġim Sirjan u tibbenefika minnu.

    21.1.2019

    76.

    Developers Private Joint Stock Company

    (magħrufa wkoll bħala Developers Private JSC)

    Indirizz: Damasku, Sirja

    Developers Private Joint Stock Company hija impriża konġunta ta' USD 17,7 miljun bejn Damascus Cham Holdings u Exceed Development and Investment. Permezz tal-parteċipazzjoni tagħha fl-iżvilupp lussuż ta' Marota City appoġġat mir-reġim, Developers Private Joint Stock Company tappoġġa lir-reġim Sirjan u/jew tibbenefika minnu.

    21.1.2019”


    Top