Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019L1161

    Direttiva (UE) 2019/1161 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 li temenda d-Direttiva 2009/33/KE dwar il-promozzjoni ta' vetturi ta' trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

    PE/57/2019/REV/2

    ĠU L 188, 12.7.2019, p. 116–130 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/1161/oj

    12.7.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 188/116


    DIRETTIVA (UE) 2019/1161 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tal-20 ta' Ġunju 2019

    li temenda d-Direttiva 2009/33/KE dwar il-promozzjoni ta' vetturi ta' trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

    Billi:

    (1)

    F'konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23-24 ta' Ottubru 2014, l-Unjoni hi impenjata li toħloq sistema tal-enerġija sostenibbli, kompetittiva, sigura u dekarbonizzata. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Jannar 2014 bit-titolu “Qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija fil-perijodu ta' bejn l-2020 u l-2030” tistabbilixxi impenji ambizzjużi għall-Unjoni biex tkompli tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b'mill-inqas 40 % sal-2030 meta mqabbla mal-livelli tal-1990, biex il-proporzjon tal-enerġija rinnovabbli kkunsmata jiżdied b'mill-inqas 27 %, biex tiġi ffrankata mill-inqas 27 % tal-enerġija, u biex jitjiebu s-sigurtà, il-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-enerġija tal-Unjoni. Minn dakinhar, id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) stabbilixxiet is-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli ta' mill-inqas 32 % tal-konsum ta' enerġija finali gross tal-Unjoni sal-2030 u d-Direttiva (UE) 2018/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) stabbiliet mira ġdida għall-effiċjenza enerġetika għall-Unjoni sal-2030 ta' mill-inqas 32,5 %.

    (2)

    Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-20 ta' Lulju 2016 bit-titolu “Strateġija Ewropea għal Mobbiltà b'Emissjonijiet Baxxi”, il-Kummissjoni ħabbret li biex jitwettqu l-impenji li l-Unjoni għamlet waqt il-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, li saret f'Pariġi fl-2015, trid titħaffef id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport u għalhekk jeħtieġ li l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u tas-sustanzi li jniġġsu l-arja jaqbdu t-triq it-tajba biex sa nofs is-seklu jixxejnu għalkollox. Minbarra dan, hemm bżonn li mingħajr dewmien jonqsu drastikament l-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu l-arja mit-trasport li qed jagħmlu l-ħsara lis-saħħa tal-bniedem u lill-ambjent. Dak jista' jintlaħaq b'għadd ta' inizjattivi ta' politika, fosthom miżuri li jappoġġaw bidla lejn it-trasport pubbliku, u permezz tal-akkwist pubbliku għall-promozzjoni ta' vetturi nodfa.

    (3)

    Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-31 ta' Mejju 2017 bit-titolu “L-Ewropa Attiva: Aġenda għal tranżizzjoni soċjalment ġusta lejn mobbiltà kompetittiva, konnessa u mingħajr ħsara għall-ambjent għal kulħadd”, il-Kummissjoni tenfasizza li ż-żieda fil-produzzjoni u fl-adozzjoni ta' vetturi nodfa, l-infrastrutturi tal-karburanti alternattivi, u s-servizzi ta' sistemi moderni ġodda li jaħtfu l-vantaġġi tad-diġitalizzazzjoni u tal-awtomatizzazzjoni fl-Unjoni, joffru diversi benefiċċji liċ-ċittadini tal-Unjoni, lill-Istati Membri u lill-industriji. Dawk il-benefiċċji jinkludu soluzzjonijiet ta' mobbiltà aktar sikur u mingħajr qtugħ, u inqas esponiment għall-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu l-arja u jagħmlu l-ħsara. Barra minn hekk, kif iddikjarat fid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tat-13 ta' Settembru 2017, wieħed mill-għanijiet hu li l-Unjoni ssir mexxejja dinjija fid-dekarbonizzazzjoni.

    (4)

    Kif tħabbar fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “L-Ewropa Attiva” din il-Direttiva hi parti mit-tieni pakkett ta' proposti li se jikkontribwixxi għall-isforz tal-Unjoni għal mobbiltà b'emissjonijiet baxxi. Dak il-pakkett, li qed ġie ppreżentat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Novembru 2017 bit-titolu “It-twettiq ta' mobbiltà b'emissjonijiet baxxi - Unjoni Ewropea li tipproteġi l-pjaneta, tagħti s-setgħa lill-konsumaturi tagħha u tiddefendi l-industrija u lill-ħaddiema tagħha” fih taħlita ta' miżuri orjentati lejn il-provvista u miżuri orjentati lejn id-domanda ħalli l-Unjoni taqbad ir-ritmu għal mobbiltà b'emissjonijiet baxxi u fl-istess ħin issaħħaħ il-kompetittività tal-ekosistema tal-mobbiltà tal-Unjoni. Il-promozzjoni ta' vetturi nodfa jenħtieġ li ssir b'mod parallel mal-iżvilupp ulterjuri tat-trasport pubbliku, bħala mod biex titnaqqas il-konġestjoni fit-toroq u konsegwentement biex jitnaqqsu l-emissjonijiet u tittejjeb il-kwalità tal-arja.

    (5)

    L-innovazzjoni f'teknoloġiji ġodda tgħin biex jonqsu l-emissjonijiet tal-vetturi CO2 u biex jitnaqqas it-tniġġis tal-arja u akustika, filwaqt li tappoġġa d-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport. Żieda fl-adozzjoni ta' vetturi mingħajr emissjonijiet jew b'emissjonijiet baxxi, tnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2 u ta' ċerti sustanzi li jniġġsu l-arja (materja partikulata, ossidi tan-nitroġenu u idrokarburi tan-nonmetan) u b'hekk ittejjeb il-kwalità tal-arja fl-ibliet u f'żoni oħra mniġġsa, filwaqt li tikkontribwixxi għall-kompetittività u t-tkabbir tal-industrija tal-Unjoni fis-swieq globali dejjem jikbru tal-vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi. Il-Kummissjoni jenħtieġ li ssegwi miżuri ta' politika biex trawwem assorbiment industrijali mifrux ta' u t-tkabbir tal-kapaċità ta' manifattura għal teknoloġiji ġodda bħal dawn fl-Istati Membri kollha sabiex jikkontribwixxu għal kundizzjonijiet ekwi u żvilupp ibbilanċjat madwar l-Istati Membri.

    (6)

    Previżjonijiet tas-suq ibassru li l-prezzijiet tax-xiri ta' vetturi nodfa ser ikomplu jonqsu. Illum, kostijiet operattivi u ta' manutenzjoni aktar baxxi diġà jinvolvu aktar kompetittività għal kost totali tas-sjieda. It-tnaqqis mistenni tal-prezzijiet tax-xiri se jkompli jnaqqas l-ostakli għad-disponibbiltà u l-użu tas-suq ta' vetturi nodfa fl-għaxar snin li ġejjin.

    (7)

    Filwaqt li l-Unjoni hija waħda mir-reġjuni fuq quddiem nett għar-riċerka u l-ekoinnovazzjoni ta' valur għoli, ir-reġjun tal-Asja-Paċifiku qed jospita l-akbar produtturi tax-xarabanks elettriċi bil-batteriji u tal-batteriji. Bl-istess mod, l-iżviluppi tas-suq globali tal-vetturi elettriċi bil-batteriji huma xprunati mis-swieq fiċ-Ċina u fl-Istati Uniti. Għalhekk, politika ambizzjuża tal-UE għall-kisba ta' vetturi nodfa ser tgħin biex tistimola l-innovazzjoni u tippromwovi aktar il-kompetittività u t-tkabbir tal-industrija Ewropea fis-swieq globali dejjem jikbru għall-vetturi nodfa u għall-infrastruttura tat-teknoloġija assoċjata. Kif innutat fil-Komunikazzjoni tagħha tat-3 ta' Ottubru 2017 bit-titolu “Nagħmlu l-Akkwist Pubbliku jaħdem fl-Ewropa u għaliha”, il-Kummissjoni se tkompli tmexxi l-isforzi biex tiżgura kundizzjonijiet ekwi u tippromwovi aċċess aħjar għal swieq tal-akkwist pubbliku ta' pajjiżi terzi, inkluż għax-xiri, il-leasing, il-kiri jew il-lokazzjoni b'opzjoni ta' xiri ta' vetturi tat-trasport bit-triq.

    (8)

    B'kunsiderazzjoni tal-fatt li n-nefqa pubblika fuq l-oġġetti, ix-xogħlijiet u s-servizzi rrappreżentat madwar 16 % tal-PDG fl-2018 l-awtoritajiet pubbliċi, permezz tal-politika tal-akkwist pubbliku tagħhom, jistgħu joħolqu swieq ta' prodotti u servizzi innovattivi, u jappoġġawhom. Sabiex jintlaħaq dak l-għan, id-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jenħtieġ li tistabbilixxi l-miri ċari u trasparenti, inklużi objettivi tal-akkwist ċari u fit-tul u metodu sempliċi għall-kalkolu tagħhom. Id-Direttivi 2014/24/UE (7) u 2014/25/UE (8) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistabbilixxu regoli minimi dwar l-akkwist pubbliku li jikkoordinaw il-mod kif l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jakkwistaw xogħlijiet, fornimenti u servizzi. B'mod partikolari, dawk id-Direttivi jistabbilixxu limiti monetarji sabiex jkun determinat liema kuntratti pubbliċi huma soġġetti għal-leġislazzjoni ta' prokurament legali tal-Unjoni. Dawk il-limiti huma applikabbli wkoll għad-Direttiva 2009/33/KE.

    (9)

    Id-disponibbiltà ta' infrastruttura għall-iċċarġjar u għar-riforniment ta' karburant hija neċessarja għall-varar ta' vetturi li jużaw karburant alternattiv. Fit-8 ta' Novembru 2017, il-Kummissjoni adottat pjan ta' azzjoni biex tappoġġa l-introduzzjoni mgħaġġla ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi fl-Unjoni, inkluż appoġġ imsaħħaħ għall-introduzzjoni ta' infrastruttura pubblikament disponibbli permezz ta' fondi tal-Unjoni, li jgħin biex jinħolqu kundizzjonijiet aktar favorevoli għat-tranżizzjoni lejn vetturi nodfa, inkluż fit-trasport pubbliku. Il-Kummissjoni se tirrevedi l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) sal-31 ta' Diċembru 2020, u ser tippreżenta proposta leġislattiva biex temenda dik id-Direttiva, jekk tqis li dan ikun meħtieġ abbażi ta' dik ir-reviżjoni.

    (10)

    Id-Direttiva 2009/33/KE tikkumplimenta l-leġislazzjoni orizzontali dwar l-akkwist pubbliku tal-Unjoni u żżid ċerti kriterji tas-sostenibbiltà, b'hekk għandha l-għan li tixpruna s-suq tal-vetturi tat-trasport bit-triq li jkunu nodfa u effiċjenti. Fl-2015, il-Kummissjoni għamlet evalwazzjoni ex post tad-Direttiva 2009/33/KE fl-2015 u kkonkludiet li dik id-Direttiva ma stimulatx l-adozzjoni mis-suq ta' vetturi nodfa madwar l-Unjoni, l-aktar minħabba ċerti nuqqasijiet fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni u d-dispożizzjonijiet dwar -ix-xiri tal-vetturi. Dik l-evalwazzjoni kkonkludiet li l-impatt ta' dik id-Direttiva kien limitat ħafna fuq it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u tas-sustanzi li jniġġsu l-arja u l-promozzjoni tal-kompetittività industrijali.

    (11)

    Il-valutazzjoni tal-impatt li saret mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva 2009/33/KE issottolineat il-benefiċċji ta' bidla fl-approċċ ta' governanza ġenerali għall-akkwist tal-vetturi nodfa fil-livell tal-Unjoni. Jekk jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi għall-akkwist, ikun jista' jgħin b'mod effetiv sabiex jintlaħaq l-għan li jippromwovi u jistimula l-adozzjoni mis-suq tal-vetturi nodfa meta mqabbel mad-dipendenza fuq l-internalizzazzjoni tal-kostijiet esterni fid-deċiżjonijiet ġenerali tal-akkwist, filwaqt li tiġi nnutata r-rilevanza li fid-deċiżjonijiet kollha tal-akkwist jitqiesu l-aspetti ambjentali. Il-benefiċċji fiż-żmien medju u fit-tul għaċ-ċittadini u l-intrapriżi tal-Unjoni jiġġustifikaw bis-sħiħ dak l-approċċ sakemm dan iħalli flessibbiltà suffiċjenti lill-awtoritajiet u l-entitajiet kontraenti fl-għażla tat-teknoloġiji li għandhom jintużaw.

    (12)

    Jekk jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2009/33/KE biex ikun jinkludi prattiki bħal-leasing, il-kiri u l-lokazzjoni b'opzjoni ta' xiri tal-vetturi, kif ukoll kuntratti għal ċerti servizzi, jiżgura li l-prattiki ta' akkwist rilevanti kollha jkunu koperti. Is-servizzi koperti mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, bħas-servizzi tat-trasport pubbliku bit-triq, għal servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq b'għan speċjali, għal servizzi tat-trasport tal-passiġġieri mhux skedati, kif ukoll servizzi ta' posta u ta' pakketti speċifiċi u servizzi ta' ġbir tal-iskar,t jenħtieġ li jkunu dawk fejn il-vetturi użati għall-forniment ta' dawn is-servizzi jaqgħu fil-kategoriji ta' vetturi koperti b'din id-Direttiva, u fejn dawn jirrappreżentaw element ewlieni fil-kuntratt. Jenħtieġ li dawk is-servizzi jiġu identifikati permezz tal-kodiċijiet tal-Vokabolarju Komuni tal-Akkwist elenkati fl-Anness. Kuntratti eżistenti jenħtieġ li ma jkunux affettwati b'mod retrospettiv minn din id-Direttiva.

    (13)

    Kien hemm appoġġ wiesa' fost il-partijiet konċernati ewlenin għal definizzjoni ta' vetturi nodfa li tqis ir-rekwiżiti ta' tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra u tas-sustanzi li jniġġsu l-arja minn vetturi ħfief. Biex ikun żgurat li jingħataw inċentivi xierqa li jippromwovu l-adozzjoni mis-suq ta' vetturi mingħajr emissjonijiet jew b'emissjonijiet baxxi fl-Unjoni, jenħtieġ li din id-Direttiva tkun allinjata mad-definizzjoni ta' vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi pprovduta fir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). Azzjoni mwettqa skont din id-Direttiva se tikkontribwixxi għall-konformità mar-rekwiżiti tal-istandards stipulati fir-Regolament (UE) 2019/631. Sabiex tittejjeb il-kwalità tal-arja, jenħtieġ li l-vetturi nodfa jkollhom prestazzjoni aħjar meta mqabbla mar-rekwiżiti minimi għall-ossidi tan-nitroġenu (NOx) u l-partiċelli ultrafini - Numru ta' Partiċella (PN) stabbiliti mill-valuri ta' limitu tal-emissjonijiet tas-sewqan reali (RDE) li huma fis-seħħ. Minbarra l-vetturi mingħajr emissjonijiet, illum hemm ftit vetturi ħfief b'emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu l-arja ta' 80 % jew inqas tal-limiti ta' emissjonijiet attwali. Madankollu l-għadd ta' vetturi bħal dawn huwa mistenni li jiżdied fis-snin li ġejjin, speċjalment ibridi rikarikabbli. B'approċċ aktar ambizzjuż għall-akkwist pubbliku jista' jingħata stimolu addizzjonali sinifikanti lis-suq.

    (14)

    Il-vetturi nodfa tqal jenħtieġ li jiġu ddefiniti permezz tal-użu ta' karburanti alternattivi f'konformità mad-Direttiva 2014/94/UE. Fejn il-bijokarburanti likwidi, il-karburanti sintetiċi jew paraffiniċi għandhom jintużaw mill-vetturi akkwistati, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jiżguraw permezz ta' klawżoli kuntrattwali obbligatorji jew permezz ta' mezzi effettivi simili fi ħdan il-proċedura tal-akkwist pubbliku li dawn il-karburanti biss għandhom jintużaw f'dawk il-vetturi. Filwaqt li għandu possibbli li dawk il-karburanti jkun fihom addittivi tal-karburanti, kif inhu l-każ pereżempju bil-karburant ibbażat fuq l-etanol għal magni diesel adattati (ED95), jenħtieġ li dawn ma jitħalltux b'karburanti fossili.

    (15)

    Sabiex tittejjeb il-kwalità tal-arja fil-muniċipalitajiet, huwa kruċjali li l-flotta tat-trasport tiġġedded b'vetturi nodfa. Barra minn hekk, il-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari jeħtieġu l-estensjoni tal-ħajja tal-prodotti. Għalhekk, jenħtieġ li l-vetturi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-vetturi nodfa jew ir-rekwiżiti tal-vetturi mingħajr emissjonijiet bħala riżultat ta' installazzjoni a posteriori jingħaddu wkoll għall-ilħuq tal-miri minimi rispettivi tal-akkwist.

    (16)

    Peress li l-vetturi ħfief u tqal jintużaw għal skopijiet differenti u għandhom livelli differenti ta' maturità tas-suq, hu importanti li d-dispożizzjonijiet dwar l-akkwist pubbliku jagħrfu dawn id-differenzi. Il-valutazzjoni tal-impatt tirrikonoxxi li s-swieq tax-xarabanks urbani mingħajr emissjonijiet jew b'emissjonijiet baxxi huma kkaratterizzati minn żieda fil-maturità tas-suq, filwaqt li s-swieq għat-trakkijiet mingħajr emissjonijiet jew b'emissjonijiet baxxi qegħdin fi stadju aktar bikri ta' żvilupp tas-suq. Minħabba l-livell limitat ta' maturità tas-suq ta' kowċis mingħajr emissjonijiet jew b'emissjonijiet baxxi, ir-rwol relattivament limitat tal-akkwist pubbliku f'dan is-segment tas-suq, u r-rekwiżiti operattivi speċifiċi tagħhom, il-kowċis jenħtieġ li ma jiġux inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. F'konformità mal-approċċ segwit fir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) u fir-Regolament 107 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE), vetturi tal-kategorija M3 b'żoni għal passiġġieri bilwieqfa biex jippermettu moviment frekwenti tal-passiġġieri huma meqjusa bħala xarabanks, filwaqt li vetturi tal-kategorija M3 b'żona limitata ħafna jew l-ebda żona għall-passiġġieri bilwieqfa huma kkunsidrati bħala kowċis. Minħabba s-suq limitat ħafna ta' xarabanks b'żewġ sulari u l-limitazzjonijiet speċifiċi tagħhom fid-disinn, huwa xieraq li, matul l-ewwel perijodu ta' referenza kopert minn din id-Direttiva, jiġu applikati miri minimi tal-akkwist aktar baxxi għal vetturi mingħajr emissjonijiet li jaqgħu taħt dik il-kategorija ta' vetturi tqal fl-Istati Membri, fejn ix-xarabanks b'żewġ sulari jirrappreżentaw sehem sinifikanti tal-akkwist pubbliku.

    (17)

    Sabiex tiġi evitata l-impożizzjoni ta' piżijiet sproporzjonati fuq l-awtoritajiet u l-operaturi pubbliċi, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jeżentaw mir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva l-akkwist pubbliku ta' ċerti vetturi b'karatteristiċi speċifiċi marbuta mar-rekwiżiti operattivi tagħhom. Dawk il-vetturi jinkludu vetturi blindati, ambulanzi, karozzi tal-mejtin, vetturi tal-kategorija M1 aċċessibbli għas-siġġijiet bir-roti, krejnijiet mobbli, vetturi ddisinjati u mibnija għall-użu prinċipalment f'siti ta' kostruzzjoni jew f'barrieri, faċilitajiet tal-port jew tal-ajruport kif ukoll vetturi ddisinjati u mibnija speċifikament u adattati għall-użu mill-forzi armati, il-protezzjoni ċivili, is-servizzi tat-tifi tan-nar u l-forzi responsabbli għaż-żamma tal-ordni pubbliku. Adattamenti bħal dawn jistgħu jirrelataw mal-installazzjoni ta' tagħmir speċjalizzat ta' komunikazzjoni jew dwal tal-emerġenza. Ir-rekwiżiti previsti f'din id-Direttiva jenħtieġ li ma japplikawx għal vetturi li huma ddisinjati u mibnija speċifikament biex iwettqu xogħol u li mhumiex adattati għall-ġarr tal-passiġġieri jew għat-trasport tal-merkanzija. Dawk il-vetturi jinkludu vetturi għall-manutenzjoni tat-toroq bħalma huma mħaret tas-silġ.

    (18)

    Jenħtieġ li l-istabbiliment ta' miri minimi għall-akkwist ta' vetturi nodfa li jridu jintlaħqu f'żewġ perijodi ta' referenza li jintemmu fl-2025 u fl-2030 fil-livell tal-Istati Membri, jikkontribwixi għaċ-ċertezza tal-politika għas-swieq fejn l-investimenti fil-mobbiltà mingħajr emissjonijiet jew b'emissjonijiet baxxi huma meħtieġa. Il-miri minimi jappoġġaw il-ħolqien tas-swieq għal vetturi nodfa madwar l-Unjoni kollha. Dawn jipprovdu żmien għall-aġġustament tal-proċessi tal-akkwist pubbliku u jibagħtu sinjal ċar tas-suq. Barra minn hekk, il-ħtieġa li nofs il-mira minima għal xarabanks akkwistati f'dawk il-perijodi taż-żmien ta' referenza trid tiġi ssodisfata permezz tal-akkwist ta' xarabanks mingħajr emissjonijiet isaħħaħ l-impenn lejn id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport. Jenħtieġ li jiġi nnutat li t-“trolley buses” huma meqjusa bħala xarabanks mingħajr emissjonijiet, dment li jaħdmu biss bl-elettriku jew li jużaw biss sistema ta' motopropulsjoni mingħajr emissjonijiet meta ma jkunux konnessi mal-grilja, inkella xorta jgħoddu bħala vetturi nodfa. Il-valutazzjoni tal-impatt tinnota li l-Istati Membri qed kulma jmur jistabbilixxu aktar miri nazzjonali skont il-kapaċità ekonomika tagħhom u skont is-serjetà tal-problema. Jenħtieġ jiġu stabbiliti miri nazzjonali differenti fi Stati Membri differenti skont il-kapaċità ekonomika tagħhom (il-prodott domestiku gross għal kull ras) u l-esponiment għat-tniġġis (id-densità tal-popolazzjoni urbana). Il-valutazzjoni tal-impatt territorjali mwettqa għal din id-Direttiva turi li l-impatt se jitqassam b'mod ekwu fost ir-reġjuni tal-Unjoni.

    (19)

    L-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom il-flessibbiltà li jqassmu l-isforzi biex jilħqu l-miri minimi fi ħdan it-territorju tagħhom, skont il-qafas kostituzzjonali tagħhom u f'konformità mal-objettivi tal-politika tat-trasport tagħhom. Fl-allokazzjoni tal-isforzi fi Stat Membru, jistgħu jitqiesu fatturi differenti, bħad-differenzi fil-kapaċità ekonomika, il-kwalità tal-arja, id-densità tal-popolazzjoni, il-karatteristiċi tas-sistemi tat-trasport, il-politiki għad-dekarbonizzazzjoni tat-trasport u t-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja, jew kwalunkwe kriterju rilevanti ieħor.

    (20)

    Il-vetturi mingħajr emissjonijiet fl-iżbokk tal-egżost iħallu wkoll impronta ambjentali minħabba l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-katina tal-provvista tal-karburant mill-fażi ta' estrazzjoni għat-tank, kif ukoll għall-proċess ta' manifattura tal-komponenti u l-livell ta' riċiklabbiltà tagħhom. Sabiex ikunu konsistenti mal-objettivi tas-sostenibbiltà, il-batteriji jenħtieġ li jkunu prodotti bl-anqas impatti ambjentali ġewwa u barra l-Unjoni, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda l-proċess tal-estrazzjoni tal-materja prima użata għall-produzzjoani tal-batteriji. Il-promozzjoni ta' teknoloġiji li jindirizzaw dik l-isfida, bħal batteriji sostenibbli u riċiklabbli, tista' tikkontribwixxi għas-sostenibbiltà ġenerali tal-vetturi elettriċi, permezz ta' inizjattivi bħall-Alleanza tal-UE tal-Batteriji u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għall-Batteriji u fil-kuntest tar-rieżami tad-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12). Ir-rifless possibbli tal-emissjonijiet tas-CO2 tul iċ-ċiklu tal-ħajja u tal-emissjonijiet ta' CO2 mill-estrazzjoni sal-użu tal-vetturi, jenħtieġ li jiġi kkunsidrat għall-perijodu wara l-2030, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Unjoni dwar il-kalkolu tagħhom f'dak il-mument.

    (21)

    Fir-rakkomandazzjoni tiegħu tal-4 ta' April 2017 lill-Kunsill u lill-Kummissjoni wara l-inkjesta dwar il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku (13), il-Parlament Ewropew stieden lill-Istati Membri jrawmu politiki tal-akkwist pubbliku ekoloġiku permezz tax-xiri ta' vetturi mingħajr emissjonijiet u vetturi b'emissjonijiet baxxi ħafna mill-awtoritajiet pubbliċi għall-flotot tagħhom jew għall-programmi ta' car sharing pubbliċi jew semi pubbliċi, u għall-eliminazzjoni gradwali tal-karozzi ġodda b'emissjonijiet ta' CO2 sal-2035.

    (22)

    L-impatt massimu jista' jinkiseb jekk l-akkwist pubbliku tal-vetturi nodfa jiġi mmirat f'oqsma li għandhom livell relattivament għoli ta' tniġġis tal-arja u akustiku. L-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri huma mħeġġa biex jiffukaw l-aktar fuq dawk l-oqsma, meta jkunu qed jimplimentaw il-miri minimi tal-akkwist nazzjonali L-awtoritajiet pubbliċi huma mħeġġa wkoll biex jieħdu miżuri, bħal li jagħmlu disponibbli biżżejjed riżorsi finanzjarji għall-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti, biex jiġi evitat li l-kostijiet tal-konformità mal-miri minimi tal-akkwist stabbiliti f'din id-Direttiva jwasslu għal prezzijiet tal-biljetti ogħla għall-konsumatur jew għat-tnaqqis tas-servizzi tat-trasport pubbliku, jew jiskoraġġixxu l-iżvilupp tat-trasport nadif mhux bit-triq bħal trammijiet u ferroviji tal-metro. Jenħtieġ li l-awtoritajiet pubbliċi jiffukaw fuq dawk l-oqsma fir-rappurtar tagħhom skont din id-Direttiva. Sabiex jiġi evitat piż sproporzjonat u jiġu ottimizzati r-riżultati potenzjali ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li tiġi pprovduta assistenza teknika xierqa lill-awtoritajiet pubbliċi.

    (23)

    It-trasport pubbliku jikkontribwixxi biss għal sehem żgħir għall-emissjonijiet li joriġinaw mis-settur tat-trasport. Sabiex tkompli tiġi promossa d-dekarbonizzazzjoni tat-trasport, tittejjeb il-kwalità tal-arja u jinżammu kundizzjonijiet ekwi bejn operaturi differenti, l-Istati Membri jistgħu, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, jiddeċiedu li jimponu rekwiżiti simili wkoll fuq l-operaturi u s-servizzi privati barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, bħal kumpaniji tat-taxi, tal-kiri tal-karozzi u tar-“ride-pooling”.

    (24)

    L-ikkalkular tal-kostijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja hu għodda importanti għall-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti biex ikopru l-kostijiet tal-enerġija u l-ambjent tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' vettura, inkluż il-kost tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u ta' sustanzi oħra li jniġġsu l-arja, permezz ta' metodoloġija rilevanti biex jinstab il-valur monetarju tagħhom. Minħabba l-użu skars tal-metodoloġija għall-kalkolu tal-kostijiet tul il-ħajja operattiva skont id-Direttiva 2009/33/KE u l-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti dwar l-użu tal-metodoloġiji tagħhom imfassla skont iċ-ċirkostanzi u l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, jenħtieġ li l-ebda metodoloġija mandatorja m'għandha tenħtieġ li tintuża, iżda l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jenħtieġ li jkunu jistgħu jagħżlu kwalunkwe metodoloġija għall-kalkolu tal-kostijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja biex tappoġġa l-proċessi tal-akkwist tagħhom abbażi tal-kriterju tal-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġuża (“MEAT”) kif deskritt fl-Artikolu 67 tad-Direttiva 2014/24/UE u fl-Artikolu 82 tad-Direttiva 2014/25/UE, b'kunsiderazzjoni tal-kosteffettività fuq it-tul tal-ħajja tal-vettura, kif ukoll aspetti ambjentali u soċjali.

    (25)

    Ir-rappurtar dwar l-akkwist pubbliku skont din id-Direttiva jenħtieġ li jagħti ħarsa ġenerali ċara tas-suq biex isir monitoraġġ effettiv tal-implimentazzjoni tiegħu. Tali rappurtar jenħtieġ jibda bi preżentazzjoni ta' informazzjoni preliminari mill-Istati Membri lill-Kummissjoni sat-2 ta' Awwissu 2022, u jissokta b'rapport komprensiv għall-ewwel darba fl-2026 dwar l-implimentazzjoni tal-miri minimi tal-akkwist, u mbagħad kull tliet snin. Il-perijodu ta' żmien jenħtieġ li jkun alinjat mal-obbligi ta' rappurtar eżistenti skont id-Direttivi 2014/24/UE u 2014/25/UE. Jenħtieġ li jiġi ffaċilitat rappurtar semplifikat biex jiġi minimizzat il-piż amministrattiv fuq il-korpi pubbliċi u tinkiseb ħarsa ġenerali effettiva tas-suq. Il-Kummissjoni se tipprovdi soluzzjonijiet għar-reġistrazzjoni u l-monitoraġġ fil-bażi tad-data tal-offerti elettroniċi ta' kuljum (TED), u se tiżgura rappurtar komprensiv dwar il-vetturi mingħajr emissjonijiet jew b'emissjonijiet baxxi jew għal vetturi oħra bi karburant alternattiv, fil-kuntest tal-Vokabolarju Komuni tal-Akkwisti tal-Unjoni. Il-kodiċijiet speċifiċi tal-Vokabolarju Komuni tal-Akkwisti se jgħinu r-reġistrazzjoni fil-bażi tad-data tal-offerti elettroniċi ta' kuljum, u l-monitoraġġ tagħha.

    (26)

    L-appoġġ għall-adozzjoni mis-suq tal-vetturi nodfa u tal-infrastrutturi tagħhom jista' jiżdied jekk jinħolqu miżuri ta' appoġġ pubbliku mmirati fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-Unjoni. Tali miżuri jinkludu l-użu akbar tal-fondi tal-Unjoni sabiex jappoġġa t-tiġdid tal-flottot tat-trasport pubbliku u skambju aħjar tal-għarfien u allinjament tal-akkwist ħalli jkunu jistgħu jitwettqu azzjonijiet fuq skala kbira biżżejjed biex jonqsu l-kostijiet u jitħalla impatt fuq is-suq. Il-possibbiltà ta' appoġġ pubbliku favur il-promozzjoni tal-iżvilupp tal-infrastruttura meħtieġa għad-distribuzzjoni tal-karburanti alternattivi hija rikonoxxuta fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien tal-ambjent u għall-enerġija 2014-2020 (14). Iżda għal dan l-appoġġ pubbliku se jibqgħu japplikaw ir-regoli tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 107 u 108 tiegħu

    (27)

    Il-miżuri mmirati ta' appoġġ għall-akkwist ta' vetturi nodfa jistgħu jgħinu lill-awtoritajiet kontraenti u lill-entitajiet kontraenti. Skont il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) attwali, għall-2014-2020, l-Unjoni diġà għandha firxa ta' fondi differenti biex tappoġġa lill-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali u l-operaturi kkonċernati fit-tranżizzjoni tagħhom lejn mobbiltà sostenibbli. B'mod partikolari, il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej huma sors ewlieni ta' finanzjament għall-proġetti ta' mobilità urbana. Orizzont 2020, il-programm ta' riċerka tal-Unjoni, stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), jiffinanzja proġetti ta' riċerka u innovazzjoni dwar il-mobilità urbana u l-bliet u l-komunitajiet intelliġenti, filwaqt li l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) tiddedika appoġġ għall-implimentazzjoni tal-infrastruttura rilevanti fin-nodi urbani. L-introduzzjoni ta' definizzjoni ta' vettura nadifa u l-istabbiliment ta' miri minimi għall-akkwist tagħhom f'din id-Direttiva jistgħu jgħinu biex jiġi żgurat użu saħansitra aktar immirat tal-istrumenti finanzjarji tal-Unjoni inkluż fl-MFF li jmiss għall-2021-2027. Dawk il-miżuri ta' appoġġ għandhom jgħinu sabiex inaqqsu l-investiment inizjali għoli f'bidliet infrastrutturali u se jappoġġaw id-dekarbonizzazzjoni tat-trasport.

    (28)

    Sabiex jiġi żgurat li l-benefiċċji potenzjali jiġu sfruttati bis-sħiħ, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi gwida lill-Istati Membri fir-rigward tal-fondi differenti tal-Unjoni li jistgħu jintużaw, u jenħtieġ li tiffaċilita u tistruttura l-iskambju tal-għarfien u l-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri sabiex jiġi promoss ix-xiri, il-leasing, il-kiri jew il-lokazzjoni b'opzjoni ta' xiri ta' vetturi ta' trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija mill-awtoritajiet kontraenti u mill-entitajiet kontraenti. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkompli tipprovdi servizzi ta' konsulenza teknika u finanzjarja lill-awtoritajiet lokali u lill-operaturi permezz ta' strumenti bħaċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti, JASPERS u JESSICA. Tali assistenza jenħtieġ li tinkludi l-inkoraġġiment tal-awtoritajiet kontraenti u tal-entitajiet kontraenti biex jiġbru flimkien ir-riżorsi tagħhom fl-akkwist konġunt ta' vetturi ta' trasport fuq it-triq b'emissjonijiet baxxi u effiċjenti fl-użu tal-enerġija, sabiex jinkisbu ekonomiji ta' skala u tiġi ffaċilitata l-kisba tal-objettivi ta' din id-Direttiva.

    (29)

    Sabiex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-investimenti, il-mobbiltà u l-ippjanar urban jeħtieġ ikunu kkoordinati aħjar, bħal permezz tal-użu ta' pjanijiet ta' mobbiltà urbana sostenibbli (SUMPs). Is-SUMPs huma pjanijiet li jiġu żviluppati tul il-firxa tal-oqsma ta' politika individwali u b'kooperazzjoni mal-livelli differenti ta' governanza b'kombinament ta' modi differenti ta' trasport, sikurezza fit-toroq, konsenja ta' merkanzija, ġestjoni tal-mobbiltà u sistemi ta' trasport intelliġenti. Is-SUMPs jista' jkollhom rwol importanti fil-kisba tal-miri tal-Unjoni rigward it-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2, tat-tniġġis akustiku u tal-arja.

    (30)

    Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward tat-tfassil tal-format komuni għar-rapporti mill-Istati Membri u l-arranġamenti ta' trażmissjoni tagħhom. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17).

    (31)

    Sal-31 ta' Diċembru 2027, il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrevedi l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/33/KE. Dak ir-rieżami jenħtieġ li jkun akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta leġislattiva li temenda dik id-Direttiva għall-perijodu wara l-2030, inkluż għall-istabbiliment ta' miri ambizzjużi ġodda u l-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni għal kategoriji oħra ta' vetturi, bħall-vetturi tal-kategorija L u l-makkinarju tal-kostruzzjoni. Fir-reviżjoni tagħha, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta wkoll, inter alia, il-possibbiltà li din id-Direttiva tiġi allinjata ma' kwalunkwe metodoloġija biex jingħaddu l-emissjonijiet ta' CO2 tul iċ-ċiklu tal-ħajja u l-emissjonijiet ta' CO2 mill-estrazzjoni sal-użu, żviluppati fil-kuntest tal-istandards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi tal-UE, kif ukoll il-possibbiltà tal-promozzjoni ta' batteriji sostenibbli u riċiklabbli, u l-użu ta' tajers bl-aħjar klassifikazzjoni u tajers trattati mill-ġdid.

    (32)

    Minkejja l-istabbiliment tal-miri minimi tal-akkwist f'din id-Direttiva ma japplikawx għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni, ikun tajjeb li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jmexxu bl-eżempju.

    (33)

    Minħabba li l-għanijiet ta' din id-Direttiva, jiġifieri li jingħata stimolu min-naħa tad-domanda għall-vetturi nodfa b'appoġġ għat-tranżizzjoni lejn mobbiltà b'emissjonijiet baxxi, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom iżda jistgħu, permezz ta' qafas ta' politika komuni u fit-tul u għar-raġunijiet ta' skala, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

    (34)

    B'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni (18), l-Istati Membri impenjaw ruħhom li f'każijiet ġustifikati jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom b'wieħed jew aktar mid-dokumenti li jispjegaw ir-rabta bejn il-komponenti ta' Direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta' traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġislatur jidhirlu li t-trażmissjoni ta' dawn id-dokumenti hija ġġustifikata.

    (35)

    Għaldaqstant, id-Direttiva 2009/33/KE jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

    ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Emendi għad-Direttiva 2009/33/KE

    Id-Direttiva 2009/33/KE hija emendata kif ġej:

    (1)

    it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Id-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-vetturi nodfa tat-trasport bit-triq b'appoġġ għall-mobbiltà b'emissjonijiet baxxi”;

    (2)

    L-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 1

    Suġġett u objettivi

    Din id-Direttiva teħtieġ lill-Istati Membri li jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jqisu l-impatti enerġetiċi u ambjentali ta' tul il-ħajja, inkluż il-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet ta' CO2 u ta' ċerti sustanzi li jniġġsu, meta jkunu qed jakkwistaw vetturi ta' trasport fuq it-triq, bl-għanijiet li jiġi promoss u stimulat is-suq għal vetturi nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija u li jitjieb il-kontribut tas-settur tat-trasport għal-linji politiċi ambjentali, klimatiċi u enerġetiċi tal-Unjoni.”;

    (3)

    L-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 2

    Eżenzjonijiet

    L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mir-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva vetturi msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 2(2) u fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) u fil-punti 5.2. sa 5.5. u fil-punt 5.7. tal-Parti A tal-Anness I ta' dak ir-Regolament.

    (*1)  Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).”;"

    (4)

    L-Artikolu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 3

    Kamp ta' applikazzjoni

    1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għall-akkwist permezz ta':

    (a)

    kuntratti tax-xiri, tal-leasing, tal-kiri jew tal-lokazzjoni b'opzjoni ta' xiri ta' vetturi tat-trasport bit-triq mogħtija minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti sakemm dawn ikunu obbligati japplikaw il-proċeduri tal-akkwist previsti fid-Direttivi 2014/24/UE (*2) u 2014/25/UE (*3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    (b)

    kuntratti tas-servizz pubbliku skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4) li s-suġġett tagħhom ikun il-provvista ta' servizzi ta' trasport għall-passiġġieri f'eċċess ta' livell ta' limitu li għandu jiġi definit mill-Istati Membri li ma jaqbiżx il-limitu tal-valur applikabbli stabbilit fl-Artikolu 5(4) ta' dak ir-Regolament;

    (c)

    kuntratti ta' servizz stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness għal din id-Direttiva sa fejn l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti jkollhom l-obbligu li japplikaw il-proċeduri ta' akkwist stabbiliti fid-Direttivi 2014/24/UE u 2014/25/UE.

    Din id-Direttiva għandha tapplika biss għal tali kuntratti li għalihom intbagħtet is-sejħa għall-kompetizzjoni wara t-2 ta' Awwissu 2021 jew, f'każijiet fejn ma tkunx prevista sejħa għall-kompetizzjoni, fejn l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tkun bdiet il-proċedura ta' akkwist wara dik id-data.

    2.   Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal:

    (a)

    vetturi msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 2(2) u fil-punt (c) tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament (UE) Nru 2018/858;

    (b)

    vetturi tal-kategorija M3 minbarra vetturi tal-Klassi I u tal-Klassi A kif definit fil-punti (2) u (3) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5).

    (*2)  Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65)."

    (*3)  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243)."

    (*4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1)."

    (*5)  Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1).”;"

    (5)

    L-Artikolu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 4

    Definizzjonijiet

    Għall-fini ta' din id-Direttiva:

    (1)

    “awtoritajiet kontraenti” tfisser awtoritajiet kontraenti kif definit fil-punt 1 tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/24/UE u fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/25/UE;

    (2)

    “entitajiet kontraenti” tfisser entitajiet kontraenti kif definit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/25/UE;

    (3)

    “vettura tat-trasport bit-triq” tfisser vettura tal-kategorija M jew N, kif definit fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2018/858;

    (4)

    “vettura nadifa” tfisser:

    (a)

    vettura tal-kategorija M1, M2 jew N1 li għandha emissjoni massima mill-egżost espressa f'CO2 g/km u emissjonijiet tas-sewqan reali li jniġġsu l-arja inqas minn persentaġġ tal-limiti tal-emissjonijiet applikabbli kif stipulat fit-Tabella 2 tal-Anness, jew;

    (b)

    vettura tal-kategorija M3, N2 jew N3 li tuża karburanti alternattivi kif definit fil-punti (1) u (2) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*6), esklużi karburanti prodotti minn materja prima b'riskju għoli ta' bidla indiretta fl-użu tal-art li għaliha jkun osservat li espansjoni sinifikanti tal-produzzjoni tkun f'art b'ħażna għolja ta' karbonju skont l-Artikolu 26 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*7). Fil-każ ta' vetturi li jużaw bijokarburanti likwidi, karburanti sintetiċi u paraffiniċi, dawn m'għandhomx jitħalltu ma' dawk il-karburanti fossili konvenzjonali;

    (5)

    “vettura tqila mingħajr emissjonijiet” tfisser vettura nadifa kif definit fil-punt 4(b) ta' dan l-Artikolu mingħajr magna b'kombustjoni interna, jew b'magna ta' kombustjoni interna li tirrilaxxa inqas minn 1 g CO2/kWh kif imkejjel skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*8) u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu, jew li temetti inqas minn 1 g CO2/km imkejla skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*9) u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu.

    (*6)  Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1)."

    (*7)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82)."

    (*8)  Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi tqal (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1)."

    (*9)  Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1).”;"

    (6)

    L-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 5

    Miri minimi tal-akkwist

    1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li x-xiri ta' vetturi u servizzi msemmija fl-Artikolu 3 jkunu konformi mal-miri minimi tal-akkwist għall-vetturi ħfief nodfa stabbiliti fit-Tabella 3 tal-Anness, u għall-vetturi tqal stabbiliti fit-Tabella 4 tal-Anness. Dawk il-miri huma espressi bħala perċentwali minimi ta' vetturi nodfa fin-numru totali ta' vetturi tat-trasport bit-triq koperti bl-aggregat tal-kuntratti kollha msemmija fl-Artikolu 3, mogħtija bejn it-2 ta' Awwissu 2021 u l-31 ta' Diċembru 2025 għall-ewwel perijodu ta' referenza, u bejn l-1 ta' Jannar 2026 u l-31 ta' Diċembru 2030, għat-tieni perijodu ta' referenza.

    2.   Għall-fini li jiġu kkalkulati r-rekwiżiti minimi tal-akkwist, id-data tal-akkwist pubbliku li għandha titqies hija d-data tat-tlestija tal-proċedura tal-akkwist pubbliku, permezz tal-għoti tal-kuntratt.

    3.   Vetturi li jissodisfaw id-definizzjoni ta' vettura nadifa skont il-punt 4 tal-Artikolu 4 jew ta' vetturi tqal mingħajr emissjonijiet skont il-punt 5 tal-Artikolu 4 bħala riżultat ta' installazzjoni a posteriori jistgħu jitqiesu bħala vetturi nodfa jew vetturi tqal mingħajr emissjonijiet, rispettivament, għall-fini ta' konformità mal-miri minimi tal-akkwist.

    4.   Fil-każ ta' kuntratti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1), in-numru ta' vetturi tat-trasport tat-triq mixtrija, b'leasing, mikrija jew b'lokazzjoni b'opzjoni ta' xiri taħt kull kuntratt għandu jitqies għall-iskop tal-valutazzjoni tal-konformità mal-miri minimi tal-akkwist.

    5.   Fil-każ ta' kuntratti msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 3(1), in-numru ta' vetturi tat-trasport tat-triq li għandhom jintużaw għall-provvista tas-servizzi koperti minn kull kuntratt għandu jitqies għall-fini tal-valutazzjoni tal-konformità mal-miri minimi tal-akkwist.

    6.   Fejn ma jiġux adottati miri ġodda għall-perijodu wara l-1 ta' Jannar 2030, il-miri stabbiliti għat-tieni perijodu ta' referenza għandhom ikomplu japplikaw, u għandhom jiġu kkalkulati skont il-paragrafi 1 sa 5, fuq perijodi sussegwenti ta' ħames snin.

    7.   L-Istati Membri jistgħu japplikaw jew jawtorizzaw lill-awtoritajiet kontraenti jew lill-entitajiet kontraenti tagħhom biex japplikaw miri nazzjonali ogħla jew rekwiżiti aktar stretti minn dawk imsemmija fl-Anness.”;

    (7)

    L-Artikoli 6 u 7 huma mħassra;

    (8)

    L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 8

    Skambju tal-għarfien u tal-aħjar prattika

    Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita u tistruttura l-iskambju ta' tagħrif u l-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri abbażi ta' prattiki għall-promozzjoni tax-akkwist ta' vetturi nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija għat-trasport bit-triq mill-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti.”;

    (9)

    L-Artikolu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 9

    Proċedura tal-Kumitat

    1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2014/94/UE.

    Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*10).

    2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    3.   Meta l-opinjoni tal-kumitat tkun trid tinkiseb bi proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha titwaqqaf mingħajr riżultat meta, fil-limitu taż-żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew meta jintalab dan permezz ta' maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat.

    (*10)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).”;"

    (10)

    L-Artikolu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 10

    Rapportar u rieżami

    1.   Sat-2 ta' Awwissu 2022 l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda biex tiġi implimentata din id-Direttiva u dwar l-intenzjonijiet tal-Istati Membri rigward attivitajiet futuri ta' implimentazzjoni, inkluż l-għażla taż-żmien u l-qsim tal-isforz possibbli bejn livelli differenti ta' governanza, kif ukoll dwar kwalunkwe informazzjoni oħra li l-Istat Membru jqis rilevanti.

    2.   Sat-18 ta' April 2026, u wara kull tliet snin, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Dawk ir-rapporti għandhom jakkumpanjaw ir-rapporti previsti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 83(3) tad-Direttiva 2014/24/UE u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 99(3) tad-Direttiva 2014/25/UE, u għandhom jinkludu informazzjoni dwar il-miżuri li ttieħdu biex titwettaq din id-Direttiva, attivitajiet ta' implimentazzjoni futuri, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni oħra li l-Istat Membru jikkunsidra rilevanti. Dawk ir-rapporti għandhom jinkludu wkoll in-numru u l-kategoriji tal-vetturi koperti mill-kuntratti msemmija fl-Artikolu 3(1) ta' din id-Direttiva, abbażi tad-data pprovduta mill-Kummissjoni f'konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. L-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata abbażi tal-kategoriji stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2195/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*11).

    3.   Sabiex l-Istati Membri jiġu assistiti fl-obbligi ta' rappurtar tagħhom, il-Kummissjoni għandha tiġbor u tippubblika n-numru u l-kategoriji tal-vetturi koperti mill-kuntratti msemmija fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 3(1) ta' din id-Direttiva billi tiġbor id-data rilevanti mill-avviżi ta' għoti ta' Kuntratti Ppubblikati fuq il-Bażi tad-Data (TED) (Tenders Electronic Daily) skont id-Direttivi 2014/24/UE u 2014/25/UE.

    4.   Sat-18 ta' April 2027, u kull tliet snin wara, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva li jispeċifika l-miżuri meħuda minn Stati Membri f'dan ir-rigward, wara r-rapporti msemmija fil-paragrafu 2.

    5.   Sal-31 ta' Diċembru 2027, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġislattiva għall-emendar tagħha għall-perijodu wara l-2030, inkluż għall-istabbiliment ta' miri ġodda u għall-inklużjoni ta' kategoriji oħra ta' vetturi, bħal vetturi b'żewġ jew tliet roti.

    6.   Il-Kummissjoni jenħtieġ li tadotta atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 9(2) li jistabbilixxu l-format tar-rapporti msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u l-arranġamenti ta' trażmissjoni tagħhom.

    (*11)  Ir-Regolament (KE) Nru 2195/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 dwar il-Vokabolarju Komuni tal-Akkwist (CPV) (ĠU L 340, 16.12.2002, p. 1).”;"

    (11)

    l-Anness huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta' din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    Traspożizzjoni

    1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sat-2 ta' Awwissu 2021. Dawn għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi sabiex issir it-tali referenza għandhom jiġu stipulati mill-Istati Membri.

    2.   L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali li jkunu adottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 4

    Destinatarji

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Ġunju 2019.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    A. TAJANI

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G. CIAMBA


    (1)  ĠU C 262, 25.7.2018, p. 58.

    (2)  ĠU C 387, 25.10.2018, p. 70.

    (3)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2019.

    (4)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).

    (5)  Id-Direttiva (UE) 2018/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 li temenda d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 210).

    (6)  Id-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni ta' vetturi ta' trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija (ĠU L 120, 15.5.2009, p. 5).

    (7)  Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

    (8)  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).

    (9)  Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1).

    (10)  Ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13).

    (11)  Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1).

    (12)  Id-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi u li tħassar id-Direttiva 91/157/KEE (ĠU L 266, 26.9.2006, p. 1).

    (13)  ĠU C 298, 23.8.2018, p. 140.

    (14)  ĠU C 200, 28.6.2014, p. 1.

    (15)  Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104).

    (16)  Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129).

    (17)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

    (18)  ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.


    ANNESS

    “ANNESS

    INFORMAZZJONI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TA' MIRI MINIMI GĦALL-AKKWIST TA' VETTURI TAT-TRASPORT BIT-TRIQ NODFA B'APPOĠĠ GĦAL MOBBILTÀ B'EMISSJONIJIET BAXXI FL-ISTATI MEMBRI

    Tabella 1

    Il-kodiċijiet għas-servizzi tal-Vokabolarju Komuni tal-Akkwisti (CPV) msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 3(1)

    Kodiċi CPV

    Deskrizzjoni

    60112000-6

    Servizzi pubbliċi tat-trasport bit-triq

    60130000-8

    Servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq għal skopijiet speċjali

    60140000-1

    Trasport tal-passiġġieri mhux skedat

    90511000-2

    Servizzi ta' ġbir tal-iskart

    60160000-7

    Trasport tal-posta bit-triq

    60161000-4

    Servizzi ta' trasport tal-pakketti

    64121100-1

    Servizzi ta' konsenja tal-posta

    64121200-2

    Servizzi ta' konsenja tal-pakketti

    Tabella 2

    Il-limiti tal-emissjonijiet għall-vetturi ħfief nodfa

    Kategoriji ta' vetturi

    Sal-31 ta' Diċembru 2025

    Mill-1 ta' Jannar 2026

     

    CO2 g/km

    emissjonijiet RDE ta' sustanzi li jniġġsu l-arja (1) bħala persentaġġ tal-limiti tal-emissjonijiet (2)

    CO2 g/km

    emissjonijiet RDE ta' sustanzi li jniġġsu l-arja (1) bħala persentaġġ tal-limiti tal-emissjonijiet (2)

    M1

    50

    80 %

    0

    Mhux applikabbli

    M2

    50

    80 %

    0

    Mhux applikabbli

    N1

    50

    80 %

    0

    Mhux applikabbli

    (*)

    Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta 'Settembru 2007 li tistabbilixxi qafas għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal dawn il-vetturi (Direttiva) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).

    Tabella 3

    Mira minima tal-akkwist għas-sehem tal-vetturi ħfief nodfa skont it-Tabella 2 fin-numru totali tal-vetturi ħfief koperti minn kuntratti msemmija fl-Artikolu 3 fil-livell tal-Istati Membri

    Stat Membru

    Mit-2 ta' Awwissu 2021 sal-31 ta' Diċembru 2025

    Mill-1 ta' Jannar 2026 sal-31 ta' Diċembru 2030

    Il-Lussemburgu

    38,5 %

    38,5 %

    L-Iżvezja

    38,5 %

    38,5 %

    Id-Danimarka

    37,4 %

    37,4 %

    Il-Finlandja

    38,5 %

    38,5 %

    Il-Ġermanja

    38,5 %

    38,5 %

    Franza

    37,4 %

    37,4 %

    Ir-Renju Unit

    38,5 %

    38,5 %

    In-Netherlands

    38,5 %

    38,5 %

    L-Awstrija

    38,5 %

    38,5 %

    Il-Belġju

    38,5 %

    38,5 %

    L-Italja

    38,5 %

    38,5 %

    L-Irlanda

    38,5 %

    38,5 %

    Spanja

    36,3 %

    36,3 %

    Ċipru

    31,9 %

    31,9 %

    Malta

    38,5 %

    38,5 %

    Il-Portugall

    29,7 %

    29,7 %

    Il-Greċja

    25,3 %

    25,3 %

    Is-Slovenja

    22 %

    22 %

    Iċ-Ċekja

    29,7 %

    29,7 %

    L-Estonja

    23,1 %

    23,1 %

    Is-Slovakkja

    22 %

    22 %

    Il-Litwanja

    20,9 %

    20,9 %

    Il-Polonja

    22 %

    22 %

    Il-Kroazja

    18,7 %

    18,7 %

    L-Ungerija

    23,1 %

    23,1 %

    Il-Latvja

    22 %

    22 %

    Ir-Rumanija

    18,7 %

    18,7 %

    Il-Bulgarija

    17,6 %

    17,6 %

    Tabella 4

    Mira minima tal-akkwist għas-sehem tal-vetturi tqal nodfa fin-numru totali ta' vetturi tqal koperti minn kuntratti msemmija fl-Artikolu 3 fil-livell tal-Istati Membri (*)

    Stat Membru

    Trakkijiet (kategorija tal-vettura N2 u N3)

    Xarabanks (kategorija tal-vettura M3) (*1)

     

    Mit-2 ta' Awwissu 2021 sal-31 ta' Diċembru 2025

    Mill-1 ta' Jannar 2026 sal-31 ta' Diċembru 2030

    Mit-2 ta' Awwissu 2021 sal-31 ta' Diċembru 2025

    Mill-1 ta' Jannar 2026 sal-31 ta' Diċembru 2030

    Il-Lussemburgu

    10 %

    15 %

    45 %

    65 %

    L-Iżvezja

    10 %

    15 %

    45 %

    65 %

    Id-Danimarka

    10 %

    15 %

    45 %

    65 %

    Il-Finlandja

    9 %

    15 %

    41 %

    59 %

    Il-Ġermanja

    10 %

    15 %

    45 %

    65 %

    Franza

    10 %

    15 %

    43 %

    61 %

    Ir-Renju Unit

    10 %

    15 %

    45 %

    65 %

    In-Netherlands

    10 %

    15 %

    45 %

    65 %

    L-Awstrija

    10 %

    15 %

    45 %

    65 %

    Il-Belġju

    10 %

    15 %

    45 %

    65 %

    L-Italja

    10 %

    15 %

    45 %

    65 %

    L-Irlanda

    10 %

    15 %

    45 %

    65 %

    Spanja

    10 %

    14 %

    45 %

    65 %

    Ċipru

    10 %

    13 %

    45 %

    65 %

    Malta

    10 %

    15 %

    45 %

    65 %

    Il-Portugall

    8 %

    12 %

    35 %

    51 %

    Il-Greċja

    8 %

    10 %

    33 %

    47 %

    Is-Slovenja

    7 %

    9 %

    28 %

    40 %

    Iċ-Ċekja

    9 %

    11 %

    41 %

    60 %

    L-Estonja

    7 %

    9 %

    31 %

    43 %

    Is-Slovakkja

    8 %

    9 %

    34 %

    48 %

    Il-Litwanja

    8 %

    9 %

    42 %

    60 %

    Il-Polonja

    7 %

    9 %

    32 %

    46 %

    Il-Kroazja

    6 %

    7 %

    27 %

    38 %

    L-Ungerija

    8 %

    9 %

    37 %

    53 %

    Il-Latvja

    8 %

    9 %

    35 %

    50 %

    Ir-Rumanija

    6 %

    7 %

    24 %

    33 %

    Il-Bulgarija

    7 %

    8 %

    34 %

    48 %


    (1)  Il-massimu ddikjarat ta' valuri tan-numriu tal-partikuli (PN) fl-emissjonijiet f'sewqan reali (RDE) f'#/km u ossidi tan-nitroġenu (NOx) f'mg/km kif irrappurtat fil-punt 48.2 taċ-Ċertifikat ta' Konformità, kif deskritt fl-Anness IX għad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) kemm għall-vjaġġi kompluti kif ukoll għal dawk RDE urbani.

    (2)  Il-limiti tal-emissjonijiet applikabbli stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, jew fis-suċċessuri tiegħu.

    (*1)  Nofs il-mira minima għas-sehem tax-xarabanks nodfa trid tiġi ssodisfata bl-akkwist ta' xarabanks mingħajr emissjonijiet kif definit fil-punt 5 tal-Artikolu 4. Dan ir-rekwiżit jitnaqqas għal kwart tal-mira minima għall-ewwel perijodu ta' referenza jekk aktar minn 80 % tax-xarabanks koperti mill-aggregat tal-kuntratti kollha msemmija fl-Artikolu 3, mogħtija matul dak il-perijodu fi Stat Membru, ikunu xarabanks b'żewġ sulari.


    Top