This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D1885
Commission Implementing Decision (EU) 2019/1885 of 6 November 2019 laying down rules for the calculation, verification and reporting of data on landfill of municipal waste in accordance with Council Directive 1999/31/EC and repealing Commission Decision 2000/738/EC (notified under document C(2019) 7874)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1885 tas-6 ta’ Novembru 2019 li tistabbilixxi r-regoli għall-kalkolu, il-verifika u r-rappurtar ta’ data dwar ir-rimi ta’ skart f’landfill muniċipali f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/738/KE (notifikata bid-dokument C(2019) 7874)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1885 tas-6 ta’ Novembru 2019 li tistabbilixxi r-regoli għall-kalkolu, il-verifika u r-rappurtar ta’ data dwar ir-rimi ta’ skart f’landfill muniċipali f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/738/KE (notifikata bid-dokument C(2019) 7874)
C/2019/7874
ĠU L 290, 11.11.2019, p. 18–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32000D0738 | 07/11/2019 |
11.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 290/18 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1885
tas-6 ta’ Novembru 2019
li tistabbilixxi r-regoli għall-kalkolu, il-verifika u r-rappurtar ta’ data dwar ir-rimi ta’ skart f’landfill muniċipali f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/738/KE
(notifikata bid-dokument C(2019) 7874)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’landfill (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 5a(4) u 15(5) tagħha,
Billi:
(1) |
L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw l-ammont ta’ skart muniċipali mitfugħ f’landfill sabiex juru li l-miri stipulati fid-Direttiva 1999/31/KE huma ssodisfati. Jenħtieġ li r-regoli għall-kalkolu ta’ dawk il-miri jiżguraw li d-data pprovduta mill-Istati Membri kollha tkun valida u komparabbli. |
(2) |
Sabiex jiġi żgurat li l-kalkolu jirrifletti kemm verament qed isir rimi fil-landfills, jenħtieġ li l-ammont ta’ skart rapportat li ntefa’ f’landfill ikun jinkludi l-iskart muniċipali kollu mormi f’landfills imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 5a(1) tad-Direttiva 1999/31/KE u li ma ssir l-ebda korrezzjoni għall-kontenut ta’ ndewwa tiegħu. F’ċerti każijiet, l-iskart muniċipali trattat aċċettat u ddepożitat fil-landfills, bħalma huwa l-iskart muniċipali bijodegradabbli stabbilizzat, jgħin biex jiżgura konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 5 tal-Anness I tad-Direttiva 1999/31/KE dwar miżuri li għandhom jittieħdu biex jitnaqqsu l-inkonvenjenzi u l-perikli li jiġu mil-landfill. Peress li tali skart muniċipali fil-fatt jiġi depożitat fil-landfill, jenħtieġ li jiġi inkluż fl-ammont ta’ skart muniċipali rrappurtat bħala mormi f’landfills u jenħtieġ li ma jiġix jiġi assenjat għal operazzjonijiet ta’ rkupru. |
(3) |
Peress li l-miri tal-landfills għall-iskart muniċipali stabbiliti fid-Direttiva 1999/31/KE jikkonċernaw l-istess fluss ta’ skart bħall-miri ta’ riċiklaġġ għall-iskart muniċipali stabbiliti fid-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), ir-regoli ta’ kalkolu għall-iskart muniċipali rrappurtat li ġie mormi f’landfills jenħtieġ li jkunu konsistenti mar-regoli ta’ kalkolu għar-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali stabbilit fid-Direttiva 2008/98/KE u fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1004 (3). Għalhekk, f’sitwazzjoni fejn l-iskart muniċipali jiġi ttrasportat minn Stat Membru lejn Stat Membru ieħor jew lejn pajjiż terz għall-fini ta’ riċiklaġġ jew irkupru ieħor f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), l-ammont ta’ skart li jitneħħa fil-pajjiż ta’ destinazzjoni matul it-trattament preliminari qabel ma l-iskart muniċipali jidħol fl-operazzjoni ta’ riċiklaġġ, u li mbagħad jintrema f’landfill, jenħtieġ li jkun inkluż fl-ammont ta’ skart muniċipali rrappurtat li jkun intrema f’landfill mill-Istat Membru fejn ikun inġabar l-iskart muniċipali. |
(4) |
Skont l-Artikolu 5a(1)(c) tad-Direttiva 1999/31/KE, l-ammont ta’ skart muniċipali li jgħaddi minn operazzjonijiet ta’ rimi b’inċinerazzjoni sabiex imbagħad jintrema f’landfill għandu jiġi rrappurtat bħala mormi f’landfill. Sabiex jiġi żgurat li l-ammont ta’ skart muniċipali rrappurtat bħala mormi f’landfill ma jinkludix frazzjonijiet ta’ skart muniċipali li jgħaddu minn operazzjonijiet ta’ rimi ta’ inċinerazzjoni iżda li fil-fatt ma jintremewx f’landfills, il-materjali li joriġinaw mill-iskart muniċipali li mbagħad jiġu rkuprati mill-iskart li jirriżulta minn operazzjonijiet ta’ rimi b’inċinerazzjoni jenħtieġ li jitnaqqsu mill-input għall-operazzjonijiet ta’ rimi b’inċinerazzjoni. |
(5) |
L-Artikolu 11a tad-Direttiva 2008/98/KE jistabbilixxi regola speċifika fir-rigward tal-kalkolu tal-ammont ta’ skart muniċipali li jiġi ppreparat għall-użu mill-ġdid, kalkolu li jeskludi l-iskart kollu li jitneħħa b’riżultat ta’ operazzjonijiet ta’ verifika, ta’ tindif u ta’ tiswija biex ikun jista’ jintuża mill-ġdid mingħajr ma jkompli jiġi separat jew proċessat b’mod preliminari. Meta mbagħad l-iskart li jitneħħa jintrema f’landfill, dan jenħtieġ li jiġi inkluż fl-ammont ta’ skart muniċipali rrappurtat bħala mormi f’landfill sabiex jiġi evitat li la jiġi rrappurtat bħala mħejji għall-użu mill-ġdid u lanqas bħala li ntrema f’landfill, u biex jiġi żgurat li d-data dwar l-iskart muniċipali tkun koerenti u tirrifletti kemm verament qed isir rimi fil-landfills. |
(6) |
F’konformità mal-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1004, l-iskart li jitneħħa waqt ir-riċiklaġġ tal-bijoskart muniċipali ma għandux jiġi inkluż fir-rati ta’ riċiklaġġ għall-iskart muniċipali. Meta mbagħad l-iskart li jitneħħa jintrema f’landfill, dan jenħtieġ li jiġi inkluż fl-ammont ta’ skart muniċipali rrappurtat bħala mormi f’landfill sabiex jiġi evitat li la jiġi rrappurtat bħala riċiklat u lanqas bħala li ntrema f’landfill, u sabiex jiġi żgurat li d-data dwar l-iskart muniċipali tkun koerenti u tirrifletti kemm verament qed isir rimi fil-landfills. |
(7) |
Skont l-Artikolu 5a(1)(d) tad-Direttiva 1999/31/KE, l-ammont ta’ skart prodott matul l-operazzjonijiet ta’ riċiklaġġ tal-iskart muniċipali li mbagħad jintrema f’landfill ma għandux jiġi rrappurtat bħala mormi f’landfill. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-punti tal-kalkolu għar-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1004, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat li l-iskart prodott matul l-operazzjonijiet ta’ riċiklaġġ jirreferi għal skart prodott waqt l-ipproċessar mill-ġdid li jseħħ wara dawk il-punti tal-kalkolu. |
(8) |
L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw data dwar l-implimentazzjoni tal-paragrafi 2, 5 u 6 tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 1999/31/KE fil-format stabbilit mill-Kummissjoni. Id-data għandha tkun akkumpanjata minn rapport ta’ verifika tal-kwalità. Jenħtieġ li dak il-format jiżgura li l-informazzjoni rrapportata tipprovdi bażi suffiċjenti biex jiġi vverifikat u mmonitorjat il-progress biex jinkisbu l-miri stabbiliti fil-paragrafi 2, 5 u 6 tal-Artikolu 5 ta’ dik id-Direttiva. |
(9) |
Għall-fini tar-rappurtar ta’ data dwar il-kisba tal-miri tal-landfills għall-iskart muniċipali bijodegradabbli stabbiliti fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 1999/31/KE, l-Istati Membri kienu qed jużaw il-format stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/738/KE (5). Peress li d-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Deċiżjoni relatati mas-sottomissjoni ta’ rapporti dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/31/KE ma għadhomx validi, jenħtieġ li dik id-Deċiżjoni titħassar. Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità, jenħtieġ li jiġu adottati dispożizzjonijiet tranżizzjonali fir-rigward tad-data ta’ skadenza għar-rapportar tad-data dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 1999/31/KE għas-snin ta’ referenza mill-2016 sal-2017. |
(10) |
Ir-regoli għall-kalkolu, għall-verifika u għar-rapportar tad-data dwar l-implimentazzjoni tal-punti 5 sa 6 tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 1999/31/KE huma marbuta mill-qrib mar-regoli li jistabbilixxu l-formati għar-rapportar ta’ dik id-data u tad-data dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 5(2) ta’ dik id-Direttiva. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza bejn dawk ir-regoli u jiġi ffaċilitat l-aċċess għalihom, jenħtieġ li ż-żewġ settijiet ta’ regoli jiġu stabbiliti f’Deċiżjoni waħda. |
(11) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Definizzjoni
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, “ammont” tfisser massa mkejla f’tunnellati.
Artikolu 2
Kalkolu tal-iskart muniċipali rrapportat bħala mormi f’landfill skont l-Artikolu 5a tad-Direttiva 1999/31/KE
1. L-ammont ta’ skart muniċipali rrappurtat bħala mormi f’landfill għandu jinkludi l-iskart muniċipali kollu msemmi fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 5a(1) tad-Direttiva 1999/31/KE li jiġi ddepożitat fil-landfills, inkluż fejn id-depożitu ta’ skart muniċipali trattat f’landfills jiżgura konformità mal-punt 5 tal-Anness I tad-Direttiva 1999/31/KE.
L-ammont ta’ skart muniċipali rrappurtat bħala mormi f’landfill ma għandux jiġi kkoreġut billi jitnaqqas il-kontenut ta’ ndewwa tiegħu.
2. Għall-finijiet tal-Artikolu 5a(1)(b) tad-Direttiva 1999/31/KE, meta l-iskart muniċipali jiġi ttrasportat lejn Stat Membru ieħor jew jiġi esportat mill-Unjoni lejn pajjiż terz għall-fini ta’ riċiklaġġ jew irkupru ieħor f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, l-ammont ta’ skart li jirriżulta minn operazzjonijiet ta’ trattament li saru qabel ir-riċiklaġġ jew irkupru ieħor, u li mbagħad jintrema f’landfill jew jgħaddi għal proċess ta’ inċinerazzjoni sabiex imbagħad jintrema f’landfill fil-pajjiż tad-destinazzjoni għandu jiġi inkluż fl-ammont ta’ skart muniċipali rrappurtat li jkun intrema f’landfill mill-Istat Membru li fih ikun inġabar l-iskart muniċipali.
3. Għall-finijiet tal-Artikolu 5a(1)(c) tad-Direttiva 1999/31/KE, l-ammont ta’ skart muniċipali li jgħaddi minn operazzjonijiet ta’ rimi ta’ inċinerazzjoni sabiex imbagħad jintrema f’landfill għandu jkun l-ammont ta’ skart muniċipali li jidħol f’faċilitajiet għal operazzjonijiet ta’ inċinerazzjoni kklassifikati bħala D10 f’konformità mal-Anness I tad-Direttiva 2008/98/KE wara, li jitnaqqsu l-materjali li joriġinaw mill-iskart muniċipali li mbagħad jiġu rkuprati mill-iskart li jirriżulta minn dawn l-operazzjonijiet ta’ rimi b’inċinerazzjoni.
L-ammont ta’ materjali li għandhom jitnaqqsu għandu jiġi kkalkulat billi jitqies is-sehem ta’ skart muniċipali fl-iskart kollu li jidħol fil-faċilità u, fejn xieraq, il-kompożizzjoni ta’ skart għajr skart muniċipali li jidħol fil-faċilità.
4. Għall-finijiet tal-Artikolu 5a(1)(d) tad-Direttiva 1999/31/KE, għandu japplika dan li ġej:
(a) |
l-iskart li jirriżulta minn operazzjonijiet ta’ verifika, ta’ tindif u ta’ tiswija biex jiġi mħejji skart muniċipali għall-użu mill-ġdid u li mbagħad jintrema f’landfill għandu jiġi inkluż fl-ammont ta’ skart muniċipali rrappurtat bħala mormi f’landfill. Mill-iskart muniċipali rrappurtat bħala mormi f’landfill, l-Istati Membri jistgħu jnaqqsu partijiet ta’ prodotti jew ta’ komponenti ta’ prodotti li jitneħħew matul l-operazzjonijiet ta’ tiswija biex iħejju skart muniċipali għall-użu mill-ġdid; |
(b) |
il-materjali li jkunu tneħħew b’mod mekkaniku waqt jew wara t-trattament aerobiku jew anaerobiku tal-bijoskart muniċipali u li mbagħad jintremew f’landfill għandhom jiġu inklużi fl-ammont ta’ skart muniċipali rrappurtat bħala mormi f’landfill; |
(c) |
l-iskart prodott matul l-operazzjonijiet ta’ riċiklaġġ tal-iskart muniċipali għandu jkun skart li jiġi prodott matul operazzjonijiet ta’ riċiklaġġ li l-iskart muniċipali jgħaddi minnu wara l-punt tal-kalkolu kif definit fl-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1004. |
Artikolu 3
Rapportar tad-data
1. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw id-data u jippreżentaw ir-rapport tal-verifika tal-kwalità dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 1999/31/KE fil-format stabbilit fl-Anness I.
2. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw id-data u jippreżentaw ir-rapport tal-verifika tal-kwalità dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 5(5) u (6) tad-Direttiva 1999/31/KE fil-format stabbilit fl-Anness II.
3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-data rrapportata mill-Istati Membri sakemm fir-rigward tal-informazzjoni inkluża fir-rapporti ta’ verifika tal-kwalità Stat Membru ma jkunx ipprovda rikjesta ġustifikata biex ma tiġix ippubblikata ċerta data.
Artikolu 4
Tħassir
Id-Deċiżjoni 2000/738/KE hija mħassra.
Artikolu 5
Dispożizzjoni tranżitorja
Id-data dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 1999/31/KE għas-snin ta’ referenza 2016 u 2017 għandha tiġi rrapportata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2019.
Artikolu 6
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Karmenu VELLA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1.
(2) Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1004 tas-7 ta’ Ġunju 2019 li tistabbilixxi regoli għall-kalkolu, għall-verifika u għar-rapportar tad-data dwar l-iskart skont id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2012) 2384 (ĠU L 163, 20.6.2019, p. 66).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart (ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/738/KE tas-17 ta’ Novembru 2000 li tikkonċerna kwestjonarji għar-rapporti tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/31/KE dwar it-tpoġġija tal-iskart f’landfill (ĠU L 298, tal-25.11.2000, p. 24).
ANNESS I
Format għar-rappurtar ta’ data dwar ir-rimi f’landfill ta’ skart muniċipali bijodegradabbli msemmi fl-Artikolu 3(1)
1. Format għar-rappurtar tad-data
Skart muniċipali bijodegradabbli prodott fl-1995, jew l-aħħar sena qabel l-1995 li għaliha hemm disponibbli data standardizzata tal-Eurostat, jew is-sena stipulata fit-Trattat tal-Adeżjoni rispettiv għall-Istati Membri li ngħaqdu mal-UE wara l-adozzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE (1) |
Skart muniċipali bijodegradabbli ddepożitat f’landfills fis-sena ta’ referenza |
|
Sena |
(t) |
(t) |
|
|
|
2. Format għar-rapport ta’ verifika tal-kwalità li jakkumpanja d-data
I. Informazzjoni ġenerali
1. |
Stat Membru: |
2. |
Organizzazzjoni li qed tibgħat id-data u d-deskrizzjoni: |
3. |
Persuna ta’ kuntatt/dettalji ta’ kuntatt: |
4. |
Sena ta’ referenza: |
5. |
Data tal-ġarr/verżjoni: |
6. |
Link għall-pubblikazzjoni tad-data mill-Istat Membru (jekk hemm): |
II. Informazzjoni dwar ir-rimi f’landfill ta’ skart muniċipali bijodegradabbli
1. |
Deskrizzjoni tal-organizzazzjoni tal-ġbir tad-data, is-sorsi tad-data u l-metodoloġija użata
|
2. |
Deskrizzjoni tat-tipi ta’ skart ikklassifikati fil-livell nazzjonali bħala skart muniċipali bijodegradabbli
|
3. |
Deskrizzjoni ta’ kwalunkwe stima użata biex tkopri lakuni fid-data
|
4. |
Spjegazzjoni ta’ differenzi sinifikanti mid-data tas-sena ta’ referenza preċedenti
|
5. |
Deskrizzjoni tal-kwistjonijiet ewlenin li jaffettwaw l-akkuratezza tad-data
|
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’landfill (ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1).
ANNESS II
Format għar-rappurtar ta’ data dwar l-iskart muniċipali msemmi fl-Artikolu 3(2)
1. Format għar-rappurtar tad-data
Ġenerazzjoni tal-iskart muniċipali (t) |
Ir-rimi f’landfill (1) (t) |
Rimi b’inċinerazzjoni (2) (t) |
L-irkupru materjali tal-iskart mir-rimi b’inċinerazzjoni (t) |
|
|
|
|
Għall-finijiet tal-kalkolu ta’ jekk intlaħqux il-miri stipulati fil-paragrafi 5 u 6 tal-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’landfills (ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1), is-somma tal-iskart muniċipali li huwa soġġett għal rimi f’landfills u skart muniċipali li jgħaddi minn operazzjonijiet ta’ rimi b’inċinerazzjoni sabiex imbagħad jintrema f’landfills wara t-tnaqqis ta’ materjal irkuprat aktar tard minn skart li jirriżulta minn tali operazzjonijiet ta’ rimi b’inċinerazzjoni, hija diviża bl-ammont ta’ skart muniċipali ġġenerat.
2. Format għar-rapport ta’ verifika tal-kwalità li jakkumpanja d-data
I. Informazzjoni ġenerali
1. |
Stat Membru: |
2. |
Organizzazzjoni li qed tibgħat id-data u d-deskrizzjoni: |
3. |
Persuna ta’ kuntatt/dettalji ta’ kuntatt: |
4. |
Sena ta’ referenza: |
5. |
Data ta’ ġarr/verżjoni: |
6. |
Link għall-pubblikazzjoni tad-data mill-Istat Membru (jekk hemm): |
II. Informazzjoni dwar ir-rimi tal-iskart muniċipali f’landfills
1. |
Deskrizzjoni tal-entitajiet involuti fil-ġbir tad-data
|
2. |
Deskrizzjoni tal-metodi użati |
2.1. |
Deskrizzjoni ġenerali tal-ġbir tad-data dwar ir-rimi ta’ skart muniċipali fil-landfills, inklużi s-sorsi tad-data (id-data amministrattiva; stħarriġ; reġistru elettroniku; data mill-operaturi tal-iskart; data mill-muniċipalitajiet)
|
2.2. |
Deskrizzjoni tal-metodoloġija li tintuża biex tinkludi l-iskart li jirriżulta mill-operazzjonijiet ta’ trattament qabel ir-riċiklaġġ jew irkupru ieħor tal-iskart muniċipali li mbagħad jintrema f’landfill
|
2.2.1. |
Deskrizzjoni tal-approċċ biex tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-iskart muniċipali meta jgħaddi minn trattament, inkluż l-użu ta’ kodiċijiet relatati mal-ġenerazzjoni tal-iskart muniċipali (bħal dawk fil-Kapitolu 20 fil-lista ta’ skart stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE tat-3 ta’ Mejju 2000 li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 94/3/KE li tistabbilixxi lista ta’ skart skont l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar l-iskart u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/904/KE li tistabbilixxi lista ta’ skart perikoluż skont l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar skart perikoluż, ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3) u kodiċijiet relatati mal-iskart mit-trattament tal-iskart (bħal dawk fil-Kapitolu 19 fil-lista ta’ skart stabbilita b’dik id-Deċiżjoni)
|
2.3. |
Deskrizzjoni tal-approċċ biex jiġi inkluż skart li jirriżulta minn operazzjonijiet ta’ trattament qabel ir-riċiklaġġ jew irkupru ieħor ta’ skart muniċipali u mbagħad mormi f’landfills barra l-Istat Membru
|
2.4. |
Deskrizzjoni tal-ġbir tad-data dwar l-iskart muniċipali li jgħaddi minn operazzjonijiet ta’ rimi b’inċinerazzjoni sabiex imbagħad jintrema f’landfill, inkluża l-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-materjali li joriġinaw mill-iskart muniċipali li jiġu rkuprati mill-iskart li jirriżulta minn operazzjonijiet ta’ rimi b’inċinerazzjoni.
|
2.5. |
Deskrizzjoni ta’ kwalunkwe stima użata biex tkopri lakuni fid-data dwar l-iskart muniċipali f’landfill
|
2.6. |
Differenzi mid-data tas-sena ta’ referenza preċedenti
Bidliet metodoloġiċi sinifikanti fil-metodu tal-kalkolu użat għas-sena ta’ referenza attwali, jekk hemm (b’mod partikolari r-reviżjonijiet retrospettivi, in-natura tagħhom u jekk għandux jiġi mmarkat waqfien fis-serje għal sena speċifika)
Spjegazzjoni li tagħti dettalji dwar il-kawżi tad-differenza bejn it-tunnellaġġ meta l-iskart muniċipali li jkun soġġett għal operazzjonijiet ta’ rimi ta’ skart f’landfills jew ta’ rimi b’inċinerazzjoni sabiex sussegwentement ikun jista’ jintrema f’landfill juri varjazzjoni akbar minn 10 % mid-data ppreżentata għas-sena ta’ referenza ta’ qabel
|
3. |
Akkuratezza tad-data |
3.1 |
Deskrizzjoni tal-kwistjonijiet ewlenin li jaffettwaw il-akkuratezza tad-data dwar ir-rimi ta’ skart muniċipali f’landfill
|
3.2. |
Deskrizzjoni tal-ambitu u tal-validità tal-istħarriġ għall-ġbir tad-data dwar ir-rimi f’landfills tal-iskart muniċipali
|
4. |
Kunfidenzjalità
Ġustifikazzjoni biex ma jiġux ippubblikati partijiet speċifiċi ta’ dan ir-rapport, fejn issir talba għal dan.
|
5. |
Siti web, dokumenti ta’ referenza u pubblikazzjonijiet nazzjonali ewlenin
|
(1) Din il-kolonna ma tinkludix skart li jgħaddi minn operazzjonijiet ta’ rimi b’inċinerazzjoni sabiex imbagħad jintrema f’landfills.
(2) Ir-rimi ta’ inċinerazzjoni jirreferi għal operazzjonijiet imwettqa mill-faċilitajiet ikklassifikati bħala D10 fl-Anness I tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).