Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D1884

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1884 tat-8 ta’ Novembru 2019 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2382 li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża (KESD)

    ST/12540/2019/INIT

    ĠU L 290, 11.11.2019, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 18/10/2020; Impliċitament imħassar minn 32020D1515

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/1884/oj

    11.11.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 290/17


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/1884

    tat-8 ta’ Novembru 2019

    li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2382

    li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża (KESD)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1), 42(4) u 43(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fil-21 ta’ Diċembru 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2382 (1).

    (2)

    Jenħtieġ li jiġi stabbilit ammont ta’ referenza finanzjarja ġdid għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020.

    (3)

    Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2382 tiġi emendata skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 16(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/2382 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “2.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-KESD matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020 għandu jkun ta’ EUR 1 893 598.

    L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-KESD għal perijodi sussegwenti għandu jiġi deċiż mill-Kunsill.”.

    Artikolu 2

    Dħul fis-seħħ

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2019.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. LINTILÄ


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2382 tal-21 ta’ Diċembru 2016 li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża (KESD) u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/189/PESK (ĠU L 352, 23.12.2016, p. 60).


    Top