This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D1722
Council Decision (CFSP) 2019/1722 of 14 October 2019 amending Decision (CFSP) 2018/1544 concerning restrictive measures against the proliferation and use of chemical weapons
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1722 tal-14 ta’ Ottubru 2019 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta' armi kimiċi
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1722 tal-14 ta’ Ottubru 2019 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta' armi kimiċi
ST/12163/2019/INIT
ĠU L 262, 15.10.2019, p. 66–66
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Extended validity | 32018D1544 | 16/10/2019 | 16/10/2020 | ||
Modifies | 32018D1544 | Sostituzzjoni | artikolu 8 | 16/10/2019 |
15.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 262/66 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/1722
tal-14 ta’ Ottubru 2019
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta' armi kimiċi
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1544 tal-15 ta' Ottubru 2018 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta' armi kimiċi (1),
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-15 ta' Ottubru 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544. |
(2) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 tapplika sas-16 ta' Ottubru 2019. Abbażi ta' rieżami ta' dik id-Deċiżjoni, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi stabbiliti fiha jiġu estiżi sas-16 ta' Ottubru 2020. |
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 huwa sostitwit b’dan li ġej:
"Artikolu 8
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-16 ta' Ottubru 2020. Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Għandha tiġi mġedda, jew emendata kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.".
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta’ Ottubru 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI