This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D1092
Council Decision (CFSP) 2019/1092 of 26 June 2019 amending Decision (CFSP) 2017/2302 in support of the OPCW activities to assist clean-up operations at the former chemical weapons storage site in Libya in the framework of the implementation of the EU Strategy against Proliferation of Weapons of Mass Destruction
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1092 tas-26 ta' Ġunju 2019 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2302 li tappoġġa l-attivitajiet tal-OPCW għal assistenza fl-operazzjonijiet ta' tindif ta' dak li kien is-sit ta' ħażna tal-armi kimiċi fil-Libja fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi ta' Qerda Massiva
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1092 tas-26 ta' Ġunju 2019 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2302 li tappoġġa l-attivitajiet tal-OPCW għal assistenza fl-operazzjonijiet ta' tindif ta' dak li kien is-sit ta' ħażna tal-armi kimiċi fil-Libja fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi ta' Qerda Massiva
ST/9827/2019/INIT
ĠU L 173, 27.6.2019, p. 47–48
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32017D2302 | Sostituzzjoni | anness taqsima 6 | 26/06/2019 | |
Modifies | 32017D2302 | Sostituzzjoni | artikolu 5 paragrafu 2 | 26/06/2019 |
27.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 173/47 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/1092
tas-26 ta' Ġunju 2019
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2302 li tappoġġa l-attivitajiet tal-OPCW għal assistenza fl-operazzjonijiet ta' tindif ta' dak li kien is-sit ta' ħażna tal-armi kimiċi fil-Libja fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi ta' Qerda Massiva
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28(1) u l-Artikolu 31(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit- 12 ta' Diċembru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2302 (1). |
(2) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2017/2302 tipprevedi perijodu ta' implimentazzjoni ta' 20 xahar għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(2) tagħha wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3) tagħha. |
(3) |
Fis-27 ta' Marzu 2019, l-entità ta' implimentazzjoni, l-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi (l-OPCW), talbet lill-Unjoni testendi t-tul ta' żmien tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2302. L-estensjoni tat-tul taż-żmien ta' dik id-Deċiżjoni bi 12-il xahar tippermetti lill-OPCW tkompli bl-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(2) tagħha wara d-data ta' skadenza msemmija fl-Artikolu 5(2) tagħha u tilħaq l-għanijiet ppjanati tagħha. |
(4) |
L-emenda mitluba tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2302 tikkonċerna l-Artikolu 5(2) tagħha, u t-Taqsima 6 tal-Anness tagħha. |
(5) |
Kif imsemmi speċifikament fit-talba tal-OPCW tas-27 ta' Marzu 2019, it-tkomplija tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2302 tista' titwettaq mingħajr ebda implikazzjoni fuq ir-riżorsi. |
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li t-tul ta' żmien tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2302 jiġi estiż sabiex l-attivitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1(2) tagħha jkunu jistgħu jkomplu jiġu implimentati, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2017/2302 hija b'dan emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 5(2) huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. Hija għandha tiskadi 32 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament bejn il-Kummissjoni u l-OPCW imsemmi fl-Artikolu 3(3), jew għandha tiskadi sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tagħha jekk dak il-ftehim ta' finanzjament ma jkunx ġie konkluż sa dak iż-żmien.”. |
(2) |
It-test tal-Taqsima 6 tal-Anness huwa sostitwit b'dan li ġej: “6. Tul ta' żmien stmat It-tul ta' żmien tal-proġett huwa previst għal 32 xahar.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta' Ġunju 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
G.L. GAVRILESCU
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2302 tat-12 ta' Diċembru 2017 li tappoġġa l-attivitajiet tal-OPCW għal assistenza fl-operazzjonijiet ta' tindif ta' dak li kien is-sit ta' ħażna tal-armi kimiċi fil-Libja, fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi ta' Qerda Massiva (ĠU L 329, 12.12.2017, p. 49).