Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D0313

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/313 tal-21 ta' Frar 2019 dwar l-approvazzjoni tat-teknoloġija użata fil-ġeneratur b'mutur 48 V ta' effiċjenza għolja (BRM) b'konvertitur 48 V/12 V DC/DC tal-SEG Automotive Germany GmbH biex tintuża f'magni ta' kombustjoni konvenzjonali u f'ċerti vetturi kummerċjali ħfief b'sistemi ibridi bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

    C/2019/744

    ĠU L 51, 22.2.2019, p. 31–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Imħassar b' 32020D1806

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2019/313/oj

    22.2.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 51/31


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/313

    tal-21 ta' Frar 2019

    dwar l-approvazzjoni tat-teknoloġija użata fil-ġeneratur b'mutur 48 V ta' effiċjenza għolja (BRM) b'konvertitur 48 V/12 V DC/DC tal-SEG Automotive Germany GmbH biex tintuża f'magni ta' kombustjoni konvenzjonali u f'ċerti vetturi kummerċjali ħfief b'sistemi ibridi bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(4) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fl-14 ta' Mejju 2018, il-fornitur SEG Automotive Germany GmbH ressaq applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' ġeneratur b'mutur 48 V ta' effiċjenza għolja (BRM) b'konvertitur 48 V/12 V DC/DC għall-vetturi N1 bħala ekoinnovazzjoni. L-applikazzjoni ġiet ivvalutata skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 u skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 427/2014 (2).

    (2)

    Il-ġeneratur b'mutur 48 V huwa magna riversibbli li tista' taħdem jew bħala mutur tal-elettriku li jikkonverti l-enerġija elettrika f'enerġija mekkanika, jew bħala ġeneratur li jikkonverti l-enerġija mekkanika f'enerġija elettrika bħala alternatur standard. L-applikazzjoni li tressqet kienet iffukata fuq il-funzjoni ta' ġenerazzjoni tal-komponent.

    (3)

    L-applikant ippropona żewġ metodoloġiji differenti biex tiġi ddeterminata l-effiċjenza totali tas-sistema, li jikkombinaw l-effiċjenza tal-ġeneratur b'mutur 48 V u l-effiċjenza tal-konvertitur 48 V/12 V DC/DC. L-ewwel metodu għandu l-għan li jikkalkula l-effiċjenza tal-ġeneratur b'mutur 48 V u l-konvertitur 48 V/12 V DC/DC tiegħu separatament, filwaqt li t-tieni metodu għandu l-għan li jikkalkula l-effiċjenza tal-ġeneratur b'mutur 48 V bil-konvertitur 48 V/12 V DC/DC tiegħu (il-metodu kkombinat). Iż-żewġ proċeduri tal-ittestjar huma konformi mal-Linji Gwida Tekniċi għat-tħejjija tal-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011.

    (4)

    L-informazzjoni li ntbagħtet fl-applikazzjoni turi li ntlaħqu l-kundizzjonijiet u l-kriterji msemmijin fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 u fl-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 427/2014 għaż-żewġ studji tal-każ proposti. B'konsegwenza ta' dan, jenħtieġ li l-ġeneratur b'mutur 48 V ta' effiċjenza għolja (BRM) b'konvertitur 48 V/12 V DC/DC tal-SEG Automotive Germany GmbH applikat għall-vetturi N1 jiġi approvat bħala ekoinnovazzjoni.

    (5)

    Huwa xieraq li jiġu approvati l-metodoloġiji tal-ittestjar li jiddeterminaw l-iffrankar ta' CO2 mill-ġeneratur b'mutur 48 V ta' effiċjenza għolja (BRM) b'konvertitur 48 V/12 V DC/DC tal-SEG Automotive Germany GmbH. Huwa biss l-iffrankar tal-emissjonijiet iċċertifikat fuq il-bażi ta' waħda miż-żewġ metodoloġiji tal-ittestjar deskritti f'din id-Deċiżjoni li jista' jittieħed inkunsiderazzjoni għad-determinazzjoni tar-rendiment għall-emissjonijiet speċifiċi ta' manifattur skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011.

    (6)

    Sabiex jiġi ddeterminat l-iffrankar ta' CO2 mill-ġeneratur b'mutur 48 V ta' effiċjenza għolja (BRM) b'konvertitur 48 V/12 V DC/DC tal-SEG Automotive Germany GmbH, jeħtieġ li tiġi stabbilita t-teknoloġija ta' referenza li bi tqabbil magħha trid tiġi vvalutata l-effiċjenza tal-funzjoni ta' ġeneratur. Meta wieħed iqis il-ġudizzju espert, huwa xieraq li jitqies alternatur b'effiċjenza ta' 67 % bħala t-teknoloġija ta' referenza li trid tintuża biex jiġi ddeterminat l-iffrankar ta' CO2 skont din id-Deċiżjoni.

    (7)

    Fil-każ ta' vetturi ibridi N1, il-metodoloġiji tal-ittestjar huma bbażati fuq ċerti kundizzjonijiet li huma validi biss għall-vetturi li għalihom huwa awtorizzat li jintuża kejl mhux ikkoreġut bħall-konsum tal-fjuwil jew l-emissjonijiet ta' CO2 imkejla matul it-test tat-tip 1 kif speċifikat fl-Anness 8 tar-Regolament tal-UNECE Nru 101. Din hija r-raġuni għaliex il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-deċiżjoni japplika għal kwalunkwe vettura N1 li taħdem b'magna ta' kombustjoni interna, iżda huwa limitat għal uħud biss mill-vetturi ibridi N1.

    (8)

    L-iffrankar mill-ġeneratur b'mutur 48 V ta' effiċjenza għolja (BRM) b'konvertitur 48 V/12 V DC/DC tal-SEG Automotive Germany GmbH jista' jintwera parzjalment permezz tat-test imsemmi fl-Anness XII tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (3). Għalhekk jeħtieġ li jiġi żgurat li din il-kopertura parzjali titqies fil-metodoloġija tal-ittestjar għall-iffrankar ta' CO2 mill-ġeneratur b'mutur.

    (9)

    Jekk l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip issib li l-ġeneratur b'mutur 48 V ta' effiċjenza għolja (BRM) b'konvertitur 48 V/12 V DC/DC tal-SEG Automotive Germany GmbH ma jissodisfax il-kundizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni, jenħtieġ li l-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar tiġi rrifjutata.

    (10)

    Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika sal-aħħar tal-2020 b'rabta mal-proċedura tal-ittestjar imsemmija fl-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008. B'effett mill-1 ta' Jannar 2021, it-teknoloġiji innovattivi jridu jiġu vvalutati skont il-proċedura tal-ittestjar stabbilita fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 (4).

    (11)

    Bil-għan li jiġi ddeterminat il-kodiċi ġenerali tal-ekoinnovazzjoni li jrid jintuża fid-dokumenti rilevanti tal-approvazzjoni tat-tip skont l-Annessi I, VIII u IX tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), jenħtieġ li jiġi speċifikat il-kodiċi individwali li għandu jintuża għall-ġeneratur b'mutur 48 V ta' effiċjenza għolja (BRM) b'konvertitur 48 V/12 V DC/DC tal-SEG Automotive Germany GmbH,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Approvazzjoni

    It-teknoloġija użata fil-ġeneratur b'mutur 48 V ta' effiċjenza għolja (BRM) b'konvertitur 48 V/12 V DC/DC tal-SEG Automotive Germany GmbH hija approvata bħala teknoloġija innovattiva skont it-tifsira tal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 510/2011, diment li t-teknoloġija innovattiva tiġi installata f'vetturi N1 li jaħdmu b'magni ta' kombustjoni interna, jew f'vetturi ibridi N1 li għalihom huma ssodisfati l-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt 6.3.2(2) jew (3) tal-Anness 8 tar-Regolament UNECE 101.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-fini ta' din id-Deċiżjoni, ġeneratur b'mutur 48 V ifisser magna riversibbli li tista' topera bħala mutur tal-elettriku li jikkonverti l-enerġija elettrika f'enerġija mekkanika, jew bħala ġeneratur li jikkonverti l-enerġija mekkanika f'enerġija elettrika bħala alternatur standard. Din id-Deċiżjoni tiffoka fuq il-funzjoni ta' ġenerazzjoni tal-komponent.

    Artikolu 3

    Applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta' CO2

    1.   Manifattur jista' japplika għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta' CO2 minn wieħed jew bosta mill-ġeneraturi b'mutur 48 V ta' effiċjenza għolja (BRM) b'konvertituri 48 V/12 V DC/DC tal-SEG Automotive Germany GmbH maħsuba għall-użu f'vetturi N1 li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 1.

    2.   Applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar minn wieħed jew bosta ġeneraturi b'mutur 48 V ta' effiċjenza għolja (BRM) b'konvertituri 48 V/12 V DC/DC tal-SEG Automotive Germany GmbH għandha tkun akkumpanjata minn rapport ta' verifika indipendenti li tikkonferma li ntlaħaq il-limitu tal-iffrankar ta' CO2 ta' 1g CO2/km speċifikat fl-Artikolu 9 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 427/2014.

    3.   L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiċħad l-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni f'każ li jidhrilha li l-ġeneratur b'mutur b'konvertitur jew il-ġeneraturi b'mutur b'konvertituri huma installati f'vetturi li ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1, jew meta l-iffrankar tal-emissjonijiet ta' CO2 jkun taħt il-livell limitu speċifikat fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 427/2014.

    Artikolu 4

    Ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta' CO2

    1.   It-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 mill-użu ta' ġeneratur b'mutur 48 V ta' effiċjenza għolja (BRM) b'konvertitur 48 V/12 V DC/DC tal-SEG Automotive Germany GmbH għandu jiġi ddeterminat bl-użu ta' wieħed miż-żewġ metodoloġiji stabbiliti fl-Anness.

    2.   Meta manifattur japplika għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta' CO2 minn aktar minn ġeneratur b'mutur 48 V ta' effiċjenza għolja (BRM) b'konvertitur 48 V/12 V DC/DC wieħed tal-SEG Automotive Germany GmbH fir-rigward ta' verżjoni waħda ta' vettura, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiddetermina liema wieħed mill-ġeneraturi b'mutur b'konvertituri li jkunu ġew ittestjati jrendi l-inqas iffrankar ta' CO2, u għandha tirreġistra dak l-iffrankar fid-dokumentazzjoni rilevanti tal-approvazzjoni tat-tip. Dak il-valur għandu jiġi indikat fiċ-ċertifikat ta' konformità skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 427/2014.

    3.   L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tirreġistra r-rapport ta' verifika u r-riżultati tal-ittestjar li fuq il-bażi tagħhom l-iffrankar kien ġie ddeterminat u wara talba għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni.

    Artikolu 5

    Kodiċi tal-ekoinnovazzjoni

    Il-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni Nru 26 għandu jiddaħħal fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip meta ssir referenza għal din id-Deċiżjoni skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 427/2014.

    Artikolu 6

    Applikabbiltà

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2020.

    Artikolu 7

    Dħul fis-seħħ

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Frar 2019.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 427/2014 tal-25 ta' April 2014 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 125, 26.4.2014, p. 57).

    (3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta' Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi b'mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1)

    (4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta' Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi b'mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1).

    (5)  Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).


    ANNESS

    Metodoloġija biex jiġi ddeterminat l-iffrankar ta' CO2 tal-ġeneratur b'mutur 48 V ta' Effiċjenza għolja (BRM) bil-konvertitur 48 V/12 V DC/DC tal-SEG Automotive Germany GmbH installati f'vetturi li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 1

    1.   INTRODUZZJONI

    Sabiex jiġi ddeterminat it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 li jista' jiġi attribwit għall-użu tal-funzjoni ta' ġenerazzjoni tal-ġeneratur b'mutur 48 V ta' Effiċjenza għolja (BRM), minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ġeneratur b'mutur 48 V jew ġeneratur b'mutur, bil-konvertitur 48 V/12 V DC/DC tal-SEG Automotive Germany GmbH, għall-użu f'vetturi b'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 1, jeħtieġ li jiġu speċifikati dawn li ġejjin:

    (1)

    Il-kundizzjonijiet tal-ittestjar;

    (2)

    It-tagħmir tal-ittestjar;

    (3)

    Il-proċedura biex tiġi ddeterminata l-effiċjenza totali;

    (4)

    Il-proċedura biex jiġi ddeterminat l-iffrankar ta' CO2;

    (5)

    Il-proċedura biex tiġi ddeterminata l-inċertezza tal-iffrankar ta' CO2.

    Jistgħu jintużaw żewġ metodi alternattivi biex jiġi ddeterminat l-iffrankar ta' CO2. Il-metodi huma deskritti kif ġej.

    2.   SIMBOLI, PARAMETRI U UNITAJIET

    Simboli bil-Latin

    Formula

    L-iffrankar ta' CO2 [g CO2/km]

    CO2

    Id-diossidu tal-karbonju

    CF

    Il-fattur ta' konverżjoni (l/100 km) — (g CO2/km) [gCO2/l] kif iddefinit fit-Tabella 3

    h

    Il-frekwenza kif iddefinita fit-Tabella 1

    i

    L-għadd tal-punti ta' tħaddim

    I

    L-intensità tal-kurrent li bih għandu jitwettaq il-kejl [A]

    l

    In-numru tal-kejl tal-kampjun għall-konvertitur 48 V/12 V DC/DC

    m

    In-numru tal-kejl tal-kampjun għall-ġeneratur b'mutur 48 V

    M

    It-torque [Nm]

    n

    Il-frekwenza rotazzjonali [min-1] kif iddefinita fit-Tabella 1

    P

    Il-potenza [W]

    Formula

    Id-devjazzjoni standard tal-effiċjenza medja tal-konvertitur 48 V/12 V DC/DC [%]

    Formula

    Id-devjazzjoni standard tal-effiċjenza tal-ġeneratur b'mutur 48 V [%]

    Formula

    Id-devjazzjoni standard tal-effiċjenza medja tal-ġeneratur b'mutur 48 V [%]

    Formula

    Id-devjazzjoni standard tal-effiċjenza totali [%]

    Formula

    Id-devjazzjoni standard tal-iffrankar totali ta' CO2 [g CO2/km]

    U

    Il-vultaġġ tat-test li fih għandu jitwettaq il-kejl [V]

    v

    Il-veloċità medja tas-sewqan taċ-Ċiklu Ġdid tas-Sewqan Ewropew (NEDC) [km/h]

    VPe

    Il-konsum tal-potenza effettiva [l/kWh] kif iddefinit fit-Tabella 2

    Simboli Griegi

    Δ

    Id-differenza

    ηB

    L-effiċjenza tal-alternatur ta' referenza [%]

    ηDCDC

    L-effiċjenza tal-konvertitur 48 V/12 V DC/DC [%]

    Formula

    L-effiċjenza medja tal-konvertitur 48 V/12 V DC/DC [%]

    ηMG

    L-effiċjenza tal-ġeneratur b'mutur 48 V [%]

    Formula

    L-effiċjenza medja tal-ġeneratur b'mutur 48 V fil-punt ta' tħaddim i [%]

    ηTOT

    L-effiċjenza totali [%]

    Simboli miktubin taħt il-vers

    L-indiċi (i) jirreferi għall-punt ta' tħaddim

    L-indiċi (j) jirreferi għall-kejl tal-kampjun

    MG

    Il-ġeneratur b'mutur

    m

    Il-mekkanika

    RW

    Il-kundizzjonijiet tal-ħajja reali

    TA

    Il-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip (NEDC)

    B

    Il-linja ta' referenza

    3.   METODU 1 (“METODU SEPARAT”)

    3.1.   Effiċjenza tal-ġeneratur b'mutur 48 V

    L-effiċjenza tal-ġeneratur b'mutur 48 V għandha tiġi ddeterminata skont l-istandard tal-ISO 8854:2012, ħlief għall-elementi speċifikati f'din it-taqsima.

    L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tingħata evidenza li l-firxiet tal-frekwenza rotazzjonali tal-ġeneratur b'mutur 48 V effiċjenti huma konsistenti ma' dawk stabbiliti fit-Tabella 1. Il-kejl għandu jsir f'punti ta' tħaddim differenti, kif iddefinit fit-Tabella 1. L-intensità tal-kurrent tal-ġeneratur b'mutur 48 V effiċjenti għandha tiġi ddefinita bħala nofs il-kurrent nominali għall-punti ta' tħaddim kollha. Għal kull frekwenza rotazzjonali, il-vultaġġ u l-kurrent tal-output tal-ġeneratur b'mutur għandhom jinżammu kostanti, u l-vultaġġ għandu jkun ta' 52 V.

    Tabella 1

    Punti ta' tħaddim

    Il-punt ta' tħaddim

    i

    Il-ħin ta' żamma

    [s]

    Il-frekwenza rotazzjonali

    ni [min– 1]

    Il-frekwenza

    hi

    1

    1 200

    1 800

    0,25

    2

    1 200

    3 000

    0,40

    3

    600

    6 000

    0,25

    4

    300

    10 000

    0,10

    L-effiċjenza f'kull punt ta' tħaddim għandha tiġi kkalkulata skont il-Formula 1:

    Formula 1

    Formula

    Il-kejl kollu tal-effiċjenza għandu jsir b'mod konsekuttiv għal mill-inqas ħames (5) darbiet. Għandha tiġi kkalkulata l-medja tal-kejl f'kull punt ta' tħaddim (Formula).

    L-effiċjenza tal-funzjoni ta' ġenerazzjoni (ηMG) għandha tiġi kkalkulata skont il-Formula 2 li ġejja:

    Formula 2

    Formula

    3.2.   Effiċjenza tal-konvertitur 48 V/12 V DC/DC

    L-effiċjenza tal-konvertitur 48 V/12 V DC/DC għandha tiġi ddeterminata skont dawn il-kundizzjonijiet:

    Vultaġġ tal-output ta' 14,3 V

    Kurrent tal-output tal-potenza nominali tal-konvertitur 48 V/12 V DC/DC diviż b'14,3 V

    Il-potenza nominali tal-konvertitur 48 V/12 V DC/DC għandha tkun il-potenza tal-output kontinwu fuq in-naħa tat-12 V iggarantita mill-manifattur tal-konvertitur DC/DC fil-kundizzjonijiet speċifikati fl-ISO 8854:2012.

    L-effiċjenza tal-konvertitur 48 V/12 V DC/DC għandha titkejjel b'mod konsekuttiv għal mill-inqas ħames (5) darbiet. Il-medja tal-kejl kollu għandha tiġi kkalkulata (Formula) u użata għall-kalkoli stabbiliti fil-paragrafu 3.3.

    3.3.   Effiċjenza totali u potenza mekkanika ffrankata

    L-effiċjenza totali tal-ġeneratur b'mutur 48 V bil-konvertitur 48 V/12 V DC/DC għandha tiġi kkalkulata permezz tal-Formula 3:

    Formula 3

    Formula

    Il-funzjoni ta' ġenerazzjoni tal-ġeneratur b'mutur 48 V bil-konvertitur 48 V/12 V DC/DC twassal għall-iffrankar tal-potenza mekkanika fil-kundizzjonijiet tal-ħajja reali (ΔPmRW) u fil-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-NEDC (ΔPmTA) kif iddefinit fil-Formula 4.

    Formula 4

    ΔPm = ΔPmRW – ΔPmTA

    Meta l-potenza mekkanika ffrankata fil-kundizzjonijiet tal-ħajja reali (ΔPmRW) tiġi kkalkulata skont il-Formula 5 u l-potenza mekkanika ffrankata fil-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-NEDC (ΔPmTA) tiġi kkalkulata skont il-Formula 6:

     

    Formula 5

    Formula

     

    Formula 6

    Formula

    meta

    PRW

    :

    Ir-rekwiżit tal-potenza fil-kundizzjonijiet “tal-ħajja reali” [W], li huwa stmat f'livell ta' 750 W

    PTA

    :

    Ir-rekwiżit tal-potenza fil-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip [W], li huwa stmat f'livell ta' 350 W

    ηB

    :

    L-effiċjenza tal-alternatur ta' referenza [%], jiġifieri 67 %

    3.4.   Kalkolu tal-iffrankar ta' CO2

    L-iffrankar ta' CO2 tal-ġeneratur b'mutur 48 V bil-konvertitur 48 V/12 V DC/DC għandu jiġi kkalkulat skont il-Formula 7:

    Formula 7

    Formula

    meta

    v

    :

    Il-veloċità medja tas-sewqan tal-NEDC [km/h], jiġifieri 33,58 km/h

    VPe

    :

    Il-konsum tal-potenza effettiva speċifikata fit-Tabella 2:

    Tabella 2

    Konsum tal-potenza effettiva

    It-tip ta' magna

    Il-konsum tal-potenza effettiva (VPe)

    [l/kWh]

    Petrol

    0,264

    Petrol Turbo

    0,280

    Diżil

    0,220

    CF

    :

    Il-fattur ta' konverżjoni (l/100 km) - (g Co2/km) [gCO2/l] kif iddefinit fit-Tabella 3

    Tabella 3

    Fattur ta' konverżjoni tal-fjuwil

    It-tip ta' fjuwil

    Il-fattur ta' konverżjoni (l/100 km) - (g CO2/km) (CF)

    [gCO2/l]

    Petrol

    2 330

    Diżil

    2 640

    3.5.   Kalkolu tal-marġni tal-istatistika

    Il-marġni tal-istatistika fir-riżultati tal-metodoloġija tal-ittestjar li jirriżulta mill-kejl għandu jiġi kkwantifikat. Id-devjazzjoni standard għandha tiġi kkalkulata għal kull punt ta' tħaddim skont il-Formula 8:

    Formula 8

    Formula

    Id-devjazzjoni standard tal-valur tal-effiċjenza tal-ġeneratur b'mutur 48 V effiċjenti (Formula) għandha tiġi kkalkulata skont il-Formula 9:

    Formula 9

    Formula

    Id-devjazzjoni standard tal-valur tal-effiċjenza tal-konvertitur 48 V/12 V DC/DC (Formula) għandha tiġi kkalkulata skont il-Formula 10:

    Formula 10

    Formula

    Id-devjazzjoni standard tal-effiċjenza tal-ġeneratur b'mutur (Formula) u tal-konvertitur 48 V/12 V DC/DC (Formula) twassal għal inċertezza fl-iffrankar ta' CO2 (Formula). Dik l-inċertezza għandha tiġi kkalkulata skont il-Formula 11:

    Formula 11

    Formula

    4.   METODU 2 (“METODU KKOMBINAT”)

    4.1.   Effiċjenza tal-ġeneratur b'mutur 48 V bil-konvertitur 48 V/12 V DC/DC

    L-effiċjenza tal-ġeneratur b'mutur 48 V bil-konvertitur 48 V/12 V DC/DC għandha tiġi ddeterminata skont l-istandard tal-ISO 8854:2012, ħlief għall-elementi speċifikati f'din it-taqsima.

    L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tingħata evidenza li l-firxiet tal-veloċità tal-ġeneratur b'mutur 48 V effiċjenti huma konsistenti ma' dawk deskritti fit-Tabella 1.

    Il-kejl għandu jsir f'punti ta' tħaddim differenti, kif iddefinit fit-Tabella 1. L-intensità tal-kurrent tal-ġeneratur b'mutur 48 V effiċjenti bil-konvertitur 48 V/12 V DC/DC għandha tiġi ddefinita bħala nofs il-kurrent nominali tal-konvertitur 48 V/12 V DC/DC għall-punti ta' tħaddim kollha.

    Il-kurrent nominali tal-konvertitur 48 V/12 V DC/DC huwa ddefinit bħala l-potenza nominali tal-output tal-konvertitur 48 V/12 V DC/DC diviża b'14,3 V. Il-potenza nominali tal-konvertitur 48 V/12 V DC/DC għandha tkun il-potenza tal-output kontinwu fuq in-naħa tat-12 V iggarantita mill-manifattur tal-konvertitur DC/DC fil-kundizzjonijiet speċifikati fl-ISO 8854:2012.

    Għal kull veloċità, il-vultaġġ u l-kurrent tal-output tal-ġeneratur b'mutur għandhom jinżammu kostanti, u l-vultaġġ għandu jkun ta' 52 V.

    L-effiċjenza f'kull punt ta' tħaddim għandha tiġi kkalkulata skont il-Formula 12:

    Formula 12

    Formula

    Il-kejl kollu tal-effiċjenza għandu jsir b'mod konsekuttiv għal mill-inqas ħames (5) darbiet. Għandha tiġi kkalkulata l-medja tal-kejl f'kull punt ta' tħaddim (Formula).

    L-effiċjenza tal-funzjoni ta' ġenerazzjoni (ηTOT) għandha tiġi kkalkulata skont il-Formula 13:

    Formula 13

    Formula

    Il-modalità tal-kejl għandha tippermetti l-kejl tal-effiċjenza tal-ġeneratur b'mutur 48 V mill-funzjoni ta' ġenerazzjoni biss.

    4.2.   Prova tan-natura konservattiva għad-determinazzjoni tal-effiċjenza tal-ġeneratur b'mutur 48 V b'konvertitur 48 V/12 V DC/DC

    Sabiex tintuża l-proċedura speċifikata fil-punt 4.1 għad-determinazzjoni ta'ηTOT, irid jiġi ppruvat li l-effiċjenza tal-ġeneratur b'mutur 48 V waħdu miksuba skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt 4.1 hija inqas mill-effiċjenza miksuba skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt 3.1.

    4.3.   Potenza mekkanika ffrankata

    Il-funzjoni ta' ġenerazzjoni tal-ġeneratur b'mutur 48 V bil-konvertitur 48 V/12 V DC/DC twassal għall-iffrankar tal-potenza mekkanika fil-kundizzjonijiet tal-ħajja reali u (ΔPmRW) fil-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip kif stabbilit (ΔPmTA) fil-Formula 14.

    Formula 14

    ΔPm = ΔPmRW – ΔPmTA

    Meta l-potenza mekkanika ffrankata fil-kundizzjonijiet tal-ħajja reali (ΔPmRW) tiġi kkalkulata skont il-Formula 15 u l-potenza mekkanika ffrankata fil-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip (ΔPmTA) tiġi kkalkulata skont il-Formula 16:

     

    Formula 15

    Formula

     

    Formula 16

    Formula

    meta

    PRW

    :

    Ir-rekwiżit tal-potenza fil-kundizzjonijiet “tal-ħajja reali” [W], li huwa stmat f'livell ta' 750 W

    PTA

    :

    Ir-rekwiżit tal-potenza fil-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-NEDC [W], li huwa stmat f'livell ta' 350 W

    ηB

    :

    L-effiċjenza tal-alternatur ta' referenza [%], jiġifieri 67 %

    4.4.   Kalkolu tal-iffrankar ta' CO2

    L-iffrankar ta' CO2 tal-ġeneratur b'mutur 48 V bil-konvertitur 48 V/12 V DC/DC għandu jiġi kkalkulat skont il-Formula 17:

    Formula 17

    Formula

    meta

    v

    :

    Il-veloċità medja tas-sewqan tal-NEDC [km/h], jiġifieri 33,58 km/h

    VPe

    :

    Il-konsum tal-potenza effettiva speċifikata fit-Tabella 2

    CF

    :

    Il-fattur ta' konverżjoni (l/100 km) - (g CO2/km) [gCO2/l] kif iddefinit fit-Tabella 3

    4.5.   Kalkolu tal-marġni tal-istatistika

    Il-marġni tal-istatistika fir-riżultati tal-metodoloġija tal-ittestjar li jirriżulta mill-kejl għandu jiġi kkwantifikat. Id-devjazzjoni standard għandha tiġi kkalkulata għal kull punt ta' tħaddim skont il-Formula 18:

    Formula 18

    Formula

    Id-devjazzjoni standard tal-valur tal-effiċjenza tal-ġeneratur b'mutur 48 V effiċjenti bil-konvertitur 48 V/12 V DC/DC (Formula) għandha tiġi kkalkulata skont il-Formula 19:

    Formula 19

    Formula

    Id-devjazzjoni standard tal-effiċjenza tal-ġeneratur b'mutur u tal-konvertitur 48 V/12 V DC/DC twassal għal inċertezza tal-iffrankar ta' CO2 (Formula). Dik l-inċertezza għandha tiġi kkalkulata skont il-Formula 20:

    Formula 20

    Formula

    5.   AĠĠUSTAMENT

    Il-valur ikkalkulat tal-iffrankar ta' CO2 (Formula) u l-marġni tal-istatistika tal-iffrankar ta' CO2 (Formula) iridu jiġu aġġustati sa massimu ta' żewġ punti deċimali.

    Kull valur użat fil-kalkolu tal-iffrankar ta' CO2 jista' jiġi applikat mingħajr aġġustament jew irid jiġi aġġustat sal-għadd minimu ta' punti deċimali li jippermetti li l-impatt totali massimu (jiġifieri l-impatt ikkombinat tal-valuri aġġustati kollha) fuq l-iffrankar ikun inqas minn 0,25 gCO2/km.

    6.   SINIFIKANZA STATISTIKA (għaż-żewġ metodi)

    Għal kull tip, varjant u verżjoni ta' vettura installata bil-ġeneratur b'mutur 48 V effiċjenti jrid jiġi ppruvat li l-inċertezza tal-iffrankar ta' CO2 ikkalkulata skont il-Formula 7 jew il-Formula 17 ma tkunx ikbar mid-differenza bejn l-iffrankar totali ta' CO2 u l-limitu minimu tal-iffrankar speċifikat fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 (1) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 427/2014 (ara l-Formula 21).

    Formula 21

    Formula

    Meta:

    MT

    :

    Il-limitu minimu [g CO2/km]

    Formula

    :

    L-iffrankar totali ta' CO2 [g CO2/km]

    Formula

    :

    Id-devjazzjoni standard tal-iffrankar totali ta' CO2 [gCO2/km]

    Formula

    :

    Il-koeffiċjent tal-korrezzjoni tas-CO2 minħabba d-differenza tal-massa pożittiva bejn il-ġeneratur b'mutur 48 V effiċjenti b'konvertitur 48 V/12 V DC-DC u l-alternatur ta' referenza. Għal Formula għandha tintuża d-data mogħtija fit-Tabella 4.

    Tabella 4

    Koeffiċjent tal-korrezzjoni tas-CO2 minħabba l-massa żejda

    It-tip ta' fjuwil

    Il-koeffiċjent tal-korrezzjoni tas-CO2 minħabba d-differenza pożittiva tal-massa (Formula)

    [g CO2/km]

    Petrol

    0.0277 · Δm

    Diżil

    0.0383 · Δm

    Δm (fit-Tabella 4) hija l-massa żejda minħabba l-installazzjoni tal-ġeneratur b'mutur 48 V u l-konvertitur 48 V/12 V DC-DC. Din hija d-differenza pożittiva bejn il-massa tal-ġeneratur b'mutur 48 V bil-konvertitur 48 V/12 V DC-DC u l-massa tal-alternatur ta' referenza. Il-massa tal-alternatur ta' referenza hija ta' 7 kg. Il-massa żejda trid tiġi vverifikata u kkonfermata fir-rapport ta' verifika li jrid jintbagħat lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip flimkien mal-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjonijiet.


    (1)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 tal-25 ta' Lulju 2011 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 194, 26.7.2011, p. 19).


    Top