This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D0009
Decision (EU) 2019/669 of the European Central Bank of 4 April 2019 amending Decision ECB/2013/10 on the denominations, specifications, reproduction, exchange and withdrawal of euro banknotes (ECB/2019/9)
Deċiżjoni (UE) 2019/669 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' April 2019 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2013/10 dwar id-denominazzjonijiet, speċifikazzjonijiet, riproduzzjoni, skambju u rtirar ta' karti tal-flus tal-euro (BĊE/2019/9)
Deċiżjoni (UE) 2019/669 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' April 2019 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2013/10 dwar id-denominazzjonijiet, speċifikazzjonijiet, riproduzzjoni, skambju u rtirar ta' karti tal-flus tal-euro (BĊE/2019/9)
ĠU L 113, 29.4.2019, p. 6–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32013D0010 | Żieda | artikolu 3 paragrafu 4 | 19/05/2019 | |
Modifies | 32013D0010 | Sostituzzjoni | artikolu 1 paragrafu 1 | 19/05/2019 | |
Modifies | 32013D0010 | Sostituzzjoni | artikolu 1 paragrafu 2 punt (c) | 19/05/2019 | |
Modifies | 32013D0010 | Sostituzzjoni | artikolu 3 paragrafu 2 punt (h) | 19/05/2019 | |
Modifies | 32013D0010 | Sostituzzjoni | artikolu 4 paragrafu 1 | 19/05/2019 |
29.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 113/6 |
DEĊIŻJONI (UE) 2019/669 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-4 ta' April 2019
li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2013/10 dwar id-denominazzjonijiet, speċifikazzjonijiet, riproduzzjoni, skambju u rtirar ta' karti tal-flus tal-euro (BĊE/2019/9)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 128(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fid-19 ta' April 2013, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) adotta d-Deċiżjoni BĊE/2013/10 (1), li stabbilixxa għadd ta' standards tekniċi biex ikopri kemm serje kurrenti kif ukoll futuri ta' karti tal-flus euro u kkjarifika aktar uħud mir-regoli u proċeduri fir-rigward tal-karti tal-flus tal-euro. |
(2) |
Il-BĊE ddeċieda li jagħmel modifiki għat-tieni serje ta' karti tal-flus tal-euro, magħrufa bħala s-serje Europa. L-għoli tal-karti tal-flus tal-euro 100 u euro 200 għandu jitnaqqas. |
(3) |
Fl-4 ta' Mejju 2016, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jeskludi l-karti tal-euro ta' denominazzjoni ta' euro 500 mis-serje Europa. |
(4) |
Barra minn hekk, l-adeżjoni tal-Kroazja fl-2013 teħtieġ li l-inizjali tal-BĊE bil-Kroat jiġu miżjuda mad-denominazzjonijiet tal-euro 50, 100 u 200 tat-tieni serje ta' karti tal-flus tal-euro. Għandhom jiżdiedu mal-element tad-disinn li jinkludi l-varjanti uffiċjali tal-lingwa tal-Unjoni Ewropea. |
(5) |
Għal raġunijiet ta' konsistenza, il-limitu għar-rekwiżit li tiġi pprovduta dokumentazzjoni dwar l-oriġini tal-karti tal-flus tal-euro u l-identifikazzjoni tal-klijent jew, fejn applikabbli, tas-sid benefiċjarju kif definit fid-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), għandha tiżdied għal EUR 10 000. Din iż-żieda se tarmonizzaha mal-limitu għal persuni li jinnegozjaw f'oġġetti sal-punt li l-ħlasijiet isiru jew jiġu riċevuti fi flus kontanti f'ammont ta' EUR 10 000 jew aktar skont id-Direttiva (UE) 2015/849. |
(6) |
Hemm il-ħtieġa li jiġi ċċarat li l-iskambju ta' karti tal-flus danneġġjati jista' jsir billi jiġu skambjati karti tal-flus tal-istess valur fi kwalunkwe denominazzjoni jew billi jiġi trasferit jew ikkreditat il-valur lill-kont ta' applikant. Għandu jiġi ċċarat li t-tariffa għall-iskambju ta' karti tal-flus ġenwini ddanneġġjati minn apparat kontra s-serq tapplika wkoll meta l-applikant jitlob li l-bank ċentrali nazzjonali (BĊN) jittrasferixxi jew jikkredita l-valur tal-karti tal-flus rispettivi f'kont. |
(7) |
Għaldaqstant, id-Deċiżjoni BĊE/2013/10 għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi
Id-Deċiżjoni BĊE/2013/10 hija emendata kif ġej:
1. |
L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
2. |
fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2(h) huwa mibdul b'dan li ġej:
(*1) Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).”;" |
3. |
fl-Artikolu 3, huwa miżjud il-paragrafu 4 ġdid li ġej: “4. Il-BĊNi jistgħu jwettqu l-iskambju billi jagħtu flus kontanti fil-valur tal-karti tal-flus fi kwalunkwe denominazzjoni, billi jittrasferixxu l-valur tal-karti tal-flus f'kont bankarju tal-applikant li jista' jiġi identifikat mingħajr ambigwità minn identifikatur tan-numru tal-kont tal-ħlas internazzjonali (IBAN) kif definiti fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2), jew billi jikkreditaw il-valur tal-karti tal-flus f'kont tal-applikant mal-BĊN, kif jitqies xieraq mill-BĊN. (*2) Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta' kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 (ĠU L 94, 30.3.2012, p. 22).”" |
4. |
fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 huwa mibdul b'dan li ġej: “1. BĊNi għandhom jitolbu ħlas lill-istituzzjonijiet u lill-aġenti ekonomiċi msemmija fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001 meta jitolbu lill-BĊNi, skont l-Artikolu 3, jiskambjaw karti tal-flus tal-euro ġenwini li ġew iddanneġġjati minn apparat kontra s-serq. Dan il-ħlas għandu japplika wkoll irrispettivament minn jekk il-BĊN jesegwix l-iskambju fi flus kontanti jew billi jittrasferixxi jew jikkredita l-valur tal-karti tal-flus f'kont.”. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Frankfurt am Main, l-4 ta' April 2019.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Id-Deċiżjoni BĊE/2013/10 tad-19 ta' April 2013 dwar id-denominazzjonijiet, l-ispeċifikazzjonijiet, ir-riproduzzjoni, il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus tal-euro (ĠU L 118, 30.4.2013, p. 37).
(2) Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).