This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R2026
Commission Regulation (EU) 2018/2026 of 19 December 2018 amending Annex IV to Regulation (EC) No 1221/2009 of the European Parliament and of the Council on the voluntary participation by organisations in a Community eco-management and audit scheme (EMAS) (Text with EEA relevance.)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/2026 tad-19 ta' Diċembru 2018 li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/2026 tad-19 ta' Diċembru 2018 li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
C/2018/4429
ĠU L 325, 20.12.2018, p. 18–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32009R1221 | Sostituzzjoni | anness IV | 09/01/2019 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32018R2026R(01) | (DE) | |||
Corrected by | 32018R2026R(02) | (PL) |
20.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 325/18 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/2026
tad-19 ta' Diċembru 2018
li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 48 tiegħu.
Billi:
(1) |
Ġiet stabbilita skema ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009. L-għan tal-EMAS huwa li tippromwovi titjib kontinwu fil-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjonijiet permezz tal-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta' sistemi ta' ġestjoni ambjentali mill-organizzazzjonijiet, l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni ta' sistemi bħal dawn, l-għoti ta' informazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali, djalogu miftuħ mal-pubbliku u mal-partijiet interessati l-oħra, u l-involviment attiv tal-impjegati. Biex jintlaħaq dan l-għan, l-Annessi I sa IV tar-Regolament jistabbilixxu rekwiżiti speċifiċi li għandhom jiġu osservati mill-organizzazzjonijiet li jixtiequ jieħdu sehem fl-EMAS u jiksbu r-reġistrazzjoni tal-EMAS. |
(2) |
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar ir-rappurtar ambjentali. Dak l-Anness jenħtieġ li jiġi emendat biex jiġi indirizzat it-titjib identifikat fid-dawl tal-esperjenza miksuba bit-tħaddim tal-EMAS. Minħabba l-għadd u n-natura ta' dawn l-emendi, fl-interessi taċ-ċarezza, huwa xieraq li l-Anness IV jinbidel kollu kemm hu. |
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1221/2009 jiġi emendat skont dan. |
(4) |
L-organizzazzjonijiet irreġistrati fl-EMAS huma meħtieġa jħejju dikjarazzjoni ambjentali, jew jaġġornawha fuq bażi annwali, skont l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009. Ħlief fil-każ ta' organizzazzjonijiet żgħar li huma eżentati skont l-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament, id-dikjarazzjoni ambjentali jew d-dikjarazzjoni ambjentali aġġornata trid tiġi vvalidata minn verifikatur ambjentali akkreditat jew liċenzjat bħala parti mill-verifika ta' dik l-organizzazzjoni skont l-Artikolu 18 ta' dak ir-Regolament. L-organizzazzjonijiet li jkunu qegħdin jippreparaw għar-reġistrazzjoni fl-EMAS huma meħtieġa wkoll iressqu dikjarazzjoni ambjentali vvalidata bħala parti mill-applikazzjoni tagħhom għar-reġistrazzjoni. Għalhekk hu meħtieġ perjodu tranżizzjonali biex l-organizzazzjonijiet jingħataw biżżejjed żmien biex jindirizzaw it-tranżizzjoni għat-tibdil li sar permezz ta' dan ir-Regolament. |
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 49 tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 huwa mibdul bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Jekk il-validazzjoni ta' dikjarazzjoni ambjentali jew ta' dikjarazzjoni ambjentali aġġornata tkun se ssir skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament iżda qabel id-9 ta' Jannar 2020, f'dak il-punt id-dikjarazzjoni tista', bil-qbil tal-verifikatur ambjentali u tal-Korp Kompetenti, tiġi vvalidata mingħajr ma titqies l-emenda li saret permezz tal-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament.
Jekk dikjarazzjoni ambjentali mhux validata tkun se titressaq quddiem il-Korp Kompetenti skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament iżda qabel id-9 ta' Jannar 2020, f'dak il-punt id-dikjarazzjoni tista', bil-qbil tal-Korp Kompetenti, titħejja mingħajr ma titqies l-emenda li saret permezz tal-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
ANNESS
“ANNESS IV
RAPPURTAR AMBJENTALI
A. Introduzzjoni
L-informazzjoni ambjentali għandha tiġi ppreżentata b'mod ċar u koerenti u preferibbilment tkun disponibbli f'forma elettronika. L-organizzazzjoni għandha tiddetermina l-aħjar format biex din l-informazzjoni ssir disponibbli lill-partijiet interessati b'mod faċli għall-utent.
B. Dikjarazzjoni ambjentali
Id-dikjarazzjoni ambjentali għandu jkun fiha mill-inqas l-elementi li ġejjin u għandha tissodisfa r-rekwiżiti minimi mniżżlin hawn taħt:
(a) |
sommarju tal-attivitajiet u tal-prodotti u tas-servizzi tal-organizzazzjoni, u tar-relazzjoni tagħha ma' kull organizzazzjoni prinċipali kif xieraq u deskrizzjoni ċara u mhux ambigwa tal-ambitu tar-reġistrazzjoni fl-EMAS li tinkludi lista tas-siti inklużi f'din ir-reġistrazzjoni |
(b) |
il-politika ambjentali u deskrizzjoni fil-qosor tal-istruttura ta' governanza li tappoġġa s-sistema ta' ġestjoni ambjentali tal-organizzazzjoni; |
(c) |
deskrizzjoni tal-aspetti ambjentali diretti u indiretti sinifikanti kollha li jirriżultaw f'impatti ambjentali sinifikanti tal-organizzazzjoni u deskrizzjoni qasira tal-approċċ li jintuża biex jiġi determinat is-sinifikat tagħhom flimkien ma' spjega tan-natura tal-impatti kif relatati ma' dawn l-aspetti; |
(d) |
deskrizzjoni tal-għanijiet u l-miri ambjentali fir-rigward tal-aspetti u l-impatti ambjentali sinifikanti; |
(e) |
deskrizzjoni tal-azzjonijiet implimentati u ppjanati biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali, jinkisbu l-għanijiet u jintlaħqu l-miri u tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti ġuridiċi marbuta mal-ambjent. Fejn tkun disponibbli, għandha ssir referenza għall-aqwa prattiki ta' ġestjoni ambjentali ppreżentati fid-dokumenti ta' referenza settorjali msemmija fl-Artikolu 46; |
(f) |
sommarju tad-dejta disponibbli dwar il-prestazzjoni tal-organizzazzjoni fir-rigward tal-aspetti ambjentali sinifikanti. Għandu jsir rapputar dwar l-indikaturi ta' prestazzjoni ambjentali ċentrali u l-indikaturi ta' prestazzjoni ambjentali speċifiċi kif jissemmew fit-Taqsima C. Fejn jeżistu għanijiet u miri ambjentali, id-dejta rispettiva għandha tiġi rrappurtata; |
(g) |
referenza għad-dispożizzjonijiet legali ewlenin li għandhom jitqiesu mill-organizzazzjoni biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti ġuridiċi marbuta mal-ambjent u stqarrija dwar il-konformità legali; |
(h) |
konferma dwar ir-rekwiżiti tal-paragrafu 8 tal-Artikolu 25 u l-isem u l-akkreditazzjoni jew in-numru tal-liċenzja tal-verifikatur ambjentali u d-data tal-validazzjoni tagħhom. Minflok tista' tintuża d-dikjarazzjoni kif tissemma fl-Anness VII ffirmata mill-verifikatur ambjentali. Id-dikjarazzjoni ambjentali aġġornata għandu jkun fiha mill-inqas l-elementi li ġejjin u għandha tissodisfa r-rekwiżiti minimi mniżżlin fil-punti (e) sa (h). L-organizzazzjonijiet jistgħu jiddeċiedu jintegraw fid-dikjarazzjoni ambjentali tagħhom tagħrif fattwali ieħor, marbut mal-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi tal-organizzazzjoni jew mal-konformità tagħhoma ma' rekwiżiti speċifiċi. L-informazzjoni kollha li tinsab fid-dikjarazzjoni ambjentali għandha tiġi vvalidata mill-verifikatur ambjentali. Id-dikjarazzjoni ambjentali tista' tiġi integrata f'dokumenti oħra ta' rappurtar tal-organizzazzjoni (eż. ir-rapporti tal-management, tas-sostenibbiltà jew dwar ir-responsabbiltà soċjali korporattiva) Meta sseħħ din l-integrazzjoni fid-dokumenti tar-rappurtar, għandha ssir distinzjoni ċara bejn informazzjoni validata u oħra mhux validata. Id-dikjarazzjoni ambjentali għandha tiġi identifikata b'mod ċar (pereżempju billi jintuża l-logo tal-EMAS) u d-dokument għandu jinkludi spjega qasira tal-proċess ta' validazzjoni fil-kuntest tal-EMAS. |
C. Rappurtar abbażi ta' indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u informazzjoni kwalitattiva
1. Introduzzjoni
L-organizzazzjonijiet għandhom jirrappurtaw, kemm fid-dikjarazzjoni ambjentali, kif ukoll fid-dikjarazzjoni ambjentali aġġornata, dwar l-aspetti ambjentali diretti u indiretti sinifikanti permezz tal-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali ċentrali u l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali speċifiċi kif imniżżel hawn taħt. Fil-każ li ma tkun disponibbli l-ebda dejta kwantitattiva, l-organizzazzjonijiet għandhom jirrappurtaw dwar informazzjoni kwalitattiva kif deskritt fil-punt 4.
Ir-rappurtar għandu jipprovdi dejta dwar l-input u l-output attwali. Jekk l-iżvelar jaffettwa b'mod negattiv il-kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjali jew industrijali tal-organizzazzjoni, meta kunfidenzjalità bħal din hija stipulata fil-liġi nazzjonali jew Komunitarja biex ikun protett interess ekonomiku leġittimu, l-organizzazzjoni jista' jkollha permess biex telenka din l-informazzjoni fir-rappurtar tagħha, pereżempju billi tiġi stabbilita sena ta' bażi (bin-numru tal-indiċi 100) li minnu jidher l-iżvilupp tal-input/l-output.
L-indikaturi għandhom:
(a) |
jagħtu stima preċiża tal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni; |
(b) |
ikunu faċli biex jinftiehmu u ma jkunux ambigwi; |
(c) |
jippermettu li jsir paragun kull sena sabiex jiġi vvalutat jekk tkunx tjiebet il-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni. biex ikun jista' jsir dan it-tqabbil, ir-rappurtar għandu jkopri tal-anqas tliet (3) snin ta' attività, bil-kundizzjoni li d-dejta tkun disponibbli; |
(d) |
jippermettu li jsir paragun mal-punti ta' riferiment settorjali, nazzjonali jew reġjonali kif xieraq; |
(e) |
jippermettu li jsir paragun mar-rekwiżiti regolatorji kif xieraq. |
B'appoġġ għal dan, l-organizzazzjoni għandha tiddefinixi fil-qosor il-kamp ta' applikazzjoni (inkluż il-limiti organizzattivi u materjali, l-applikabbiltà u l-metodoloġija tal-kalkolu) koperti minn kull indikatur.
2. L-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali ċentrali
(a) |
L-indikaturi ċentrali jiffokaw fuq prestazzjoni fl-oqsma ambjentali ewlenin li ġejjin:
Ir-rappurtar dwar l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali ċentrali huwa obbligu. Madankollu, organizzazzjoni tista' tevalwa r-rilevanza ta' dawk l-indikaturi fil-kuntest tal-aspetti u l-impatti ambjentali sinifikanti tagħha. Meta organizzazzjoni tikkonkludi li indikatur ċentrali wieħed jew aktar mhumiex relevanti għall-aspetti u l-impatti ambjentali sinifikanti tagħha, dik l-organizzazzjoni tista ma tirrappurtax dwar dawk l-indikaturi ċentrali. F'dak il-każ, l-organizzazzjoni għandha tinkludi fid-dikjarazzjoni ambjentali spjega ċara u rraġunata għalfejn ma tkunx għamlet dan. |
(b) |
Kull indikatur ċentrali huwa magħmul minn:
Kull organizzazzjoni għandha tirrapporta fuq it-3 elementi kollha għal kull indikatur. |
(c) |
L-indikazzjoni tal-input/output annwali totali f'qasam partikolari, iċ-ċifra A, għandha tiġi rappurtata kif ġej:
|
(d) |
L-indikazzjoni tal-valur referenzjarju annwali li jirrappreżenta l-attività tal-organizzazzjoni, iċ-ċifra B, għandha tintgħażel u għandu jsir rappurtar dwarha abbażi tar-rekwiżiti li ġejjin: Iċ-ċifra B għandha:
|
3. L-indikaturi speċifiċi tal-prestazzjoni ambjentali
Kull organizzazzjoni għandha tirrapporta wkoll fuq bażi annwali dwar il-prestazzjoni tagħha rigward l-aspetti u l-impatti ambjentali diretti u indiretti sinifikanti li jkunu relatati mal-attivitajiet kummerċjali ewlenin tagħha, li jkunu jistgħu jitkejlu u jiġu vverifikati, u li mhumiex diġà koperti mill-indikaturi ċentrali.
Ir-rappurtar dwar dawk l-indikaturi għandu jsir skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-introduzzjoni għal din it-taqsima.
Fejn ikunu disponibbli, l-organizzazzjoni għandha tqis id-dokumenti ta' referenza settorjali kif jissemmew fl-Artikolu 46 sabiex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni ta' indikaturi rilevanti speċifiċi għas-settur.
4. Rappurtar dwar aspetti ambjentali sinifikanti abbażi ta' informazzjoni kwalitattiva
F'każ li ma tkun disponibbli l-ebda dejta kwantitattiva għar-rappurtar dwar l-aspetti ambjentali diretti u indiretti sinifikanti, l-organizzazzjonijiet għandhom jirrappurtaw dwar il-prestazzjoni tagħhom abbażi ta' informazzjoni kwalitattiva
D. Kontabbiltà lokali
L-organizzazzjonijiet li jirreġistraw fl-EMAS jistgħu jkunu jixtiequ jipproduċu dikjarazzjoni ambjentali korporattiva waħda, li tkopri numru ta' lokazzjonijiet geografiċi differenti.
Billi l-intenzjoni tal-EMAS hija li tiżgura kontabbiltà lokali, l-organizzazzjonijiet għandhom jiżguraw li l-impatti ambjentali sinifikanti ta' kull sit jiġu identifikati b'mod ċar u rappurtati fid-dikjarazzjoni ambjentali korporattiva.
E. Disponibbiltà għall-pubbliku
L-organizzazzjoni għandha tiżgura li hija kapaċi turi lill-verifikatur ambjentali li kull min hu interessat fil-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni jista' faċilment u liberament jikseb aċċess għall-informazzjoni meħtieġa skont it-taqsima B u C. Għall-finijiet ta' din it-trasparenza, id-dikjarazzjoni ambjentali jenħtieġ preferibbilment tkun disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit elettroniku tal-organizzazzjoni.
L-organizzazzjoni għandha tiżgura li din l-informazzjoni fuq sit individwali jew organizzazzjoni tkun disponibbli f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru jew pajjiż terz li fih jinsab is-sit jew tinsab l-organizzazzjoni.
Barra minn hekk, fil-każ ta' dikjarazzjoni ambjentali korporattiva, l-organizzazzjoni għandha tiżgura li (għal skopijiet ta' reġistrazzjoni), din l-informazzjoni tkun disponibbli f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membri li fih hija rreġistrata l-organizzazzjoni inkella f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, bi qbil mal-Korp Kompetenti responsabbli għar-reġistrazzjoni.
Id-dikjarazzjoni ambjentali tista' wkoll tkun disponibbli f'lingwi addizzjonali, bil-kundizzjoni li l-kontenut tad-dokument tradott ikun konsistenti mal-kontenut tad-dikjarazzjoni ambjentali oriġinali vvalidata mill-verifikatur ambjentali u li tgħid biċ-ċar li hija traduzzjoni tad-dokument validat.