This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R1969
Commission Implementing Regulation (EU) 2018/1969 of 12 December 2018 operating deductions from fishing quotas available for certain stocks in 2018 on account of overfishing in the previous years
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1969 tat-12 ta' Diċembru 2018 li jnaqqas il-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2018 minħabba sajd eċċessiv fis-snin ta' qabel
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1969 tat-12 ta' Diċembru 2018 li jnaqqas il-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2018 minħabba sajd eċċessiv fis-snin ta' qabel
C/2018/8406
ĠU L 316, 13.12.2018, pp. 12–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version:
20/12/2018
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modified by | 32019R0479 | Sostituzzjoni | anness | 20/12/2018 |
|
13.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 316/12 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1969
tat-12 ta' Diċembru 2018
li jnaqqas il-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2018 minħabba sajd eċċessiv fis-snin ta' qabel
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 105(1), (2) u (3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-kwoti tas-sajd għall-2017 ġew stabbiliti bir-Regolamenti li ġejjin:
|
|
(2) |
Il-kwoti tas-sajd għall-2018 ġew stabbiliti bir-Regolamenti li ġejjin:
|
|
(3) |
Skont l-Artikolu 105(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, meta l-Kummissjoni tkun stabbiliet li Stat Membru jkun qabeż il-kwoti tas-sajd li kienu allokati lilu, hija għandha tnaqqas il-kwoti tas-sajd futuri ta' dak l-Istat Membru. |
|
(4) |
L-Artikolu 105(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jipprevedi li dan it-tnaqqis tal-kwoti tas-sajd irid isir fis-sena jew fis-snin sussegwenti billi jiġu applikati l-fatturi rispettivi ta' multiplikazzjoni mogħtija f'dawk il-paragrafi. |
|
(5) |
Ċerti Stati Membri qabżu l-kwoti tas-sajd allokati lilhom għall-2017. Għalhekk huwa xieraq li jitnaqqsu l-kwoti tas-sajd allokati lilhom fl-2018 u, fejn rilevanti, fis-snin sussegwenti, għall-istokkijiet mistada żżejjed. |
|
(6) |
Fl-2016, Spanja stadet iktar mill-kwota tagħha għall-alonga fl-Oċean Atlantiku fit-Tramuntana ta' 5° N (ALB/AN05N). Fuq talba ta' Spanja, it-tnaqqis korrispondenti nqasam nofs b'nofs fuq sentejn (l-2017 u l-2018). L-ewwel nofs tat-tnaqqis, jiġifieri 1 134,677 tunnellata, tnaqqas mill-kwota ta' Spanja għall-2017 permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2309 (9). Il-kwota oriġinali ta' Spanja għall-alonga tat-Tramuntana fl-Oċean Atlantiku fit-Tramuntana ta' 5° N (ALB/AN05N) għall-2018, kif ġiet stabbilita fir-Regolament (UE) 2018/120, diġà kienet tirrifletti tnaqqis ta' 945,560 tunnellata. Għalhekk jenħtieġ li titnaqqas il-kwantità ta' 189,117-il tunnellata li fadal mill-kwota ta' Spanja għall-2018. |
|
(7) |
Jenħtieġ li t-tnaqqis mill-kwoti tas-sajd previst f'dan ir-Regolament japplika mingħajr preġudizzju għat-tnaqqis applikabbli għall-kwoti tal-2018 skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2013 (10). |
|
(8) |
Billi l-kwoti jingħataw f'tunnellati, jenħtieġ li s-sajd eċċessiv ta' kwantitajiet ta' inqas minn tunnellata ma jitqiesx, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-kwoti tas-sajd stabbiliti fir-Regolamenti (UE) 2016/2285, (UE) 2017/1970, (UE) 2017/2360 u (UE) 2018/120 għall-2018 għandhom jitnaqqsu kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika mingħajr preġudizzju għat-tnaqqis previst fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 185/2013.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1903 tat-28 ta' Ottubru 2016 li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-2017 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/72 (ĠU L 295, 29.10.2016, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/2285 tat-12 ta' Diċembru 2016 li jiffissa għall-2017 u l-2018 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-fond u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/72 (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 32).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/2372 tad-19 ta' Diċembru 2016 li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-2017 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut fil-Baħar l-Iswed (ĠU L 352, 23.12.2016, p. 26).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 tal-20 ta' Jannar 2017 li jistabbilixxi għall-2017 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2017, p. 1).
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1970 tas-27 ta' Ottubru 2017 li jiffissa għall-2018 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 (ĠU L 281, 31.10.2017, p. 1).
(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2360 tal-11 ta' Diċembru 2017 li jiffissa għall-2018 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut fil-Baħar l-Iswed (ĠU L 337, 19.12.2017, p. 1).
(8) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 tat-23 ta' Jannar 2018 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2018 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 (ĠU L 27, 31.1.2018, p. 1).
(9) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2309 tat-13 ta' Diċembru 2017 għat-twettiq ta' tnaqqis mill-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2017 minħabba sajd eċċessiv ta' stokkijiet oħrajn fis-snin ta' qabel u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1345 (ĠU L 331, 14.12.2017, p. 23).
(10) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2013 tal-5 ta' Marzu 2013 li jipprovdi għal tnaqqis minn ċerti kwoti tas-sajd allokati lil Spanja fl-2013 u fis-snin sussegwenti minħabba s-sajd żejjed ta' ċertu kwota tal-kavalli fl-2009 (ĠU L 62, 6.3.2013, p. 1).
ANNESS
TNAQQIS MILL-KWOTI TAS-SAJD GĦALL-2018 GĦALL-ISTOKKIJIET LI ĠEW MISTADA ŻŻEJJED
|
Stat Membru |
Kodiċi tal-ispeċi |
Kodiċi taż-żona |
Isem l-ispeċi |
Isem iż-żona |
Il-kwota oriġinali tal-2017 (f'kilogrammi) |
Il-ħatt l-art permess għall-2017 (il-kwantità totali adattata f'kilogrammi) (1) |
Il-qabdiet totali li saru fl-2017 (il-kwantità f'kilogrammi) |
Il-konsum tal-kwota meta mqabbel mal-ħatt l-art permess |
Is-sajd eċċessiv meta mqabbel mal-ħatt l-art permess (il-kwantità f'kilogrammi) |
Il-fattur ta' multiplikazzjoni (2) |
It-tnaqqis pendenti mis-sena jew mis-snin ta' qabel (5) (il-kwantità f'kilogrammi) |
It-tnaqqis li jrid isir fl-2018 (il-kwantità f'kilogrammi) |
|
|
BE |
RJU |
07D. |
Ir-raja ondjata |
L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona VIId |
2 000 |
2 000 |
5 648 |
282,40 % |
3 648 |
1,00 |
/ |
/ |
3 648 |
|
BE |
SRX |
07D. |
Ir-rebekkini u r-raj |
L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona VIId |
96 000 |
91 353 |
95 695 |
104,75 % |
4 342 |
/ |
/ |
/ |
4 342 |
|
BE |
SRX |
67AKXD |
Ir-rebekkini u r-raj |
L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIa, VIb, VIIa sa c u VIIe sa k |
762 000 |
907 100 |
919 333 |
101,35 % |
12 233 |
/ |
/ |
/ |
12 233 |
|
DK |
MAC |
2A34. |
Il-kavalli |
Iż-żoni IIIa u IV u l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa, IIIb u IIIc u tas-subdiviżjonijiet 22 sa 32 |
22 031 |
17 525 756 |
17 992 741 |
102,66 % |
466 985 |
/ |
/ |
/ |
466 985 |
|
DK |
MAC |
2A4 A-N |
Il-kavalli |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni IIa u IVa |
16 004 |
14 538 090 |
14 801 414 |
101,81 % |
263 324 |
/ |
/ |
/ |
263 324 |
|
DK |
MAC |
2CX14- |
Il-kavalli |
Iż-żoni VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe, l-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona Vb u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni IIa, XII u XIV |
/ |
5 341 916 |
5 342 930 |
100,02 % |
1 014 |
/ |
/ |
/ |
1 014 |
|
DK |
NOP |
04-N. |
Il-merluzz tan-Norveġja u l-qabdiet aċċessorji marbutin miegħu |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IV |
0 |
0 |
16 298 |
Ma japplikax |
16 298 |
1,00 |
A |
/ |
24 447 |
|
DK |
OTH |
1N2AB. |
Speċijiet oħrajn |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II |
/ |
0 |
9 979 |
Ma japplikax |
9 979 |
1,00 |
/ |
/ |
9 979 |
|
DK |
POK |
1N2AB. |
Il-pollakkju l-iswed |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II |
/ |
0 |
9 508 |
Ma japplikax |
9 508 |
1,00 |
/ |
/ |
9 508 |
|
ES |
ALB |
AN05N |
L-alonga tat-Tramuntana |
L-Oċean Atlantiku fit-Tramuntana ta' 5° N |
14 981 130 |
13 961 453 |
13 940 306 |
99,85 % |
– 21 147 (7) |
/ |
/ |
189 117 (8) |
189 117 |
|
ES |
GHL |
1N2AB. |
Il-ħalibatt ta' Greenland |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II |
/ |
19 200 |
36 090 |
187,97 % |
16 890 |
1,00 |
A |
/ |
25 335 |
|
ES |
GHL |
N3LMNO |
Il-ħalibatt ta' Greenland |
Iż-żona 3LMNO tan-NAFO |
4 067 000 |
4 061 001 |
4 072 229 |
100,28 % |
11 228 |
/ |
C (6) |
/ |
11 228 |
|
ES |
POK |
1N2AB. |
Il-pollakkju l-iswed |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II |
/ |
86 500 |
88 150 |
101,91 % |
1 650 |
/ |
/ |
/ |
1 650 |
|
ES |
SWO |
AS05N |
Il-pixxispad |
L-Oċean Atlantiku fin-Nofsinhar ta' 5° N |
4 715 270 |
4 715 270 |
4 808 206 |
101,97 % |
92 936 |
/ |
/ |
/ |
92 936 |
|
FR |
GHL |
1N2AB. |
Il-ħalibatt ta' Greenland |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II |
/ |
0 |
6 868 |
Ma japplikax |
6 868 |
1,00 |
/ |
/ |
6 868 |
|
FR |
YFT |
IOTC |
It-tonn l-isfar |
Iż-Żona ta' Kompetenza tal-IOTC |
29 501 000 |
29 651 000 |
29 960 730 |
101,04 % |
309 730 |
/ |
/ |
/ |
309 730 |
|
IE |
HKE |
8ABDE. |
Il-merluzz |
Iż-żoni VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe |
/ |
0 |
1 300 |
Ma japplikax |
1 300 |
1,00 |
C (6) |
/ |
1 300 |
|
IE |
MAC |
2CX14- |
Il-kavalli |
Iż-żoni VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe, l-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona Vb u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni IIa, XII u XIV |
86 426 000 |
86 319 537 |
86 520 982 |
100,23 % |
201 445 |
/ |
/ |
/ |
201 445 |
|
NL |
WHG |
56-14 |
Il-merlangu |
Iż-żona VI, l-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona Vb u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni XII u XIV |
/ |
0 |
18 648 |
Ma japplikax |
18 648 |
1,00 |
/ |
/ |
18 648 |
|
PL |
COD |
3BC+24 |
Il-bakkaljaw |
Is-subdiviżjonijiet 22 sa 24 |
654 000 |
915 170 |
947 501 |
103,53 % |
32 331 |
/ |
C (6) |
/ |
32 331 |
|
PT |
ALB |
AN05N |
L-alonga tat-Tramuntana |
L-Oċean Atlantiku fit-Tramuntana ta' 5° N |
2 413 800 |
2 332 800 |
2 564 017 |
109,91 % |
231 217 |
/ |
/ |
/ |
231 217 |
|
PT |
ALF |
3X14- |
Il-fonsa l-ħamra |
L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV |
182 000 |
182 626 |
185 582 |
101,62 % |
2 956 |
/ |
/ |
/ |
2 956 |
|
PT |
ANE |
9/3411 |
L-inċova |
Iż-żoni IX u X u l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 34.1.1 tas-CECAF |
6 522 000 |
8 992 936 |
9 141 377 |
101,65 % |
148 441 |
/ |
/ |
/ |
148 441 |
|
PT |
BUM |
ATLANT |
Il-marlin blu |
L-Oċean Atlantiku |
52 320 |
51 259 |
56 271 |
109,78 % |
5 012 |
/ |
/ |
/ |
5 012 |
|
PT |
LEZ |
8C3411 |
Il-megrims |
Iż-żoni VIIIc, IX u X u l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 34.1.1 tas-CECAF |
36 000 |
139 400 |
142 316 |
102,09 % |
2 916 |
/ |
/ |
/ |
2 916 |
|
PT |
SBR |
09- |
Il-paġella l-ħamra |
L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona IX |
37 000 |
72 027 |
75 905 |
105,38 % |
3 878 |
/ |
/ |
/ |
3 878 |
|
PT |
SRX |
89-C. |
Ir-rebekkini u r-raj |
L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIII u IX |
1 156 000 |
1 132 824 |
1 211 808 |
106,97 % |
78 984 |
/ |
/ |
/ |
78 984 |
|
PT |
SWO |
AN05N |
Il-pixxispad |
L-Oċean Atlantiku fit-Tramuntana ta' 5° N |
1 170 830 |
1 738 532 |
1 854 956 |
106,70 % |
116 424 |
/ |
/ |
/ |
116 424 |
|
UK |
MAC |
2CX14- |
Il-kavalli |
Iż-żoni VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe, l-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona Vb u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni IIa, XII u XIV |
237 677 000 |
222 116 471 |
224 288 943 |
100,98 % |
2 172 472 |
/ |
A (6) |
/ |
2 172 472 |
(1) Il-kwoti disponibbli għal Stat Membru skont ir-Regolamenti rilevanti dwar l-opportunitajiet tas-sajd wara li jitqiesu l-iskambji tal-opportunitajiet tas-sajd skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22), it-trasferimenti tal-kwoti mill-2016 għall-2017 skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3) u skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jew ir-riallokazzjoni u t-tnaqqis tal-opportunitajiet tas-sajd skont l-Artikoli 37 u 105 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
(2) Kif stabbilit fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Tnaqqis ekwivalenti għas-sajd eċċessiv * 1,00 għandu japplika fil-każijiet kollha ta' sajd eċċessiv ta' 100 tunnellata jew inqas.
(3) Kif stabbilit fl-Artikolu 105(3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u dejjem jekk is-sajd eċċessiv ikun jaqbeż l-10 %.
(4) L-ittra “A” turi li ġie applikat fattur addizzjonali ta' multiplikazzjoni ta' 1,5 minħabba li kien hemm sajd eċċessiv b'mod konsekuttiv fl-2015, fl-2016 u fl-2017. L-ittra “C” turi li ġie applikat fattur addizzjonali ta' multiplikazzjoni ta' 1,5 minħabba li l-istokk huwa suġġett għal pjan pluriennali.
(5) Il-kwantitajiet li fadal mis-sena jew mis-snin ta' qabel.
(6) Il-fattur addizzjonali ta' multiplikazzjoni ma jistax jiġi applikat billi s-sajd eċċessiv ma jaqbiżx l-10 % tal-ħatt l-art permess.
(7) It-tnaqqis ma jistax jitnaqqas b'din il-kwantità li ma ntużatx minħabba li l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax għall-istokk ALB/AN05N.
(8) Fuq talba ta' Spanja, it-tnaqqis ta' 2 269 354 kilogramma li kellu jsir fl-2017 inqasam nofs b'nofs fuq sentejn (l-2017 u l-2018) permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2309. Billi l-kwota oriġinali ta' Spanja għall-2018, kif ġiet stabbilita fir-Regolament (UE) 2018/120, diġà tirrifletti tnaqqis ta' 945 560 kilogramma, il-kwantità li fadal li trid titnaqqas hija ta' 189 117-il kilogramma.