Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R1798

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1798 tal-21 ta' Novembru 2018 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni għas-sena ta' referenza 2019 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

    C/2018/7613

    ĠU L 296, 22.11.2018, p. 2–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1798/oj

    22.11.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 296/2


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1798

    tal-21 ta' Novembru 2018

    li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni għas-sena ta' referenza 2019

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 808/2004 jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika tal-istatistika Ewropea dwar is-soċjetà tal-informazzjoni.

    (2)

    Hemm bżonn miżuri tal-implimentazzjoni biex tiġi ddeterminata liema dejta trid tingħata għat-tħejjija tal-istatistika fil-Modulu 1: “Intrapriżi u s-soċjetà tal-informazzjoni” u fil-Modulu 2: “Individwi, familji u s-soċjetà tal-informazzjoni”, u biex jiġu ffissati l-iskadenzi għat-trażmissjoni tagħha.

    (3)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tas-Sistema tal-Istatistika,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Id-dejta li trid tingħata biex tiġi ġġenerata l-istatistika Ewropea dwar is-soċjetà tal-informazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 3(2) u fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 fil-Modulu 1, “Intrapriżi u s-soċjetà tal-informazzjoni” u fil-Modulu 2, “Individwi, familji u s-soċjetà tal-informazzjoni”, għandha tkun kif speċifikat fl-Annessi I u II ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Novembru 2018.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 143, 30.4.2004, p. 49.


    ANNESS I

    Modulu 1: Intrapriżi u s-soċjetà tal-informazzjoni

    A.   Is-suġġetti u l-karatteristiċi tagħhom

    (1)

    Is-suġġetti li jridu jiġu koperti għas-sena ta' referenza 2019, magħżula mil-lista fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 808/2004, għandhom ikunu dawn li ġejjin:

    (a)

    is-sistemi tal-ICT u l-użu tagħhom fl-intrapriżi;

    (b)

    l-użu tal-Internet u ta' netwerks elettroniċi oħra mill-intrapriżi;

    (c)

    il-kummerċ elettroniku;

    (d)

    il-proċessi tal-negozju elettroniku u aspetti organizzattivi;

    (e)

    il-kompetenza tal-ICT fl-unità tal-intrapriża u l-bżonn ta' ħiliet fl-ICT;

    (f)

    l-ostakli għall-użu tal-ICT, tal-Internet, u ta' netwerks elettroniċi oħra, il-proċessi tal-kummerċ elettroniku u tan-negozju elettroniku;

    (g)

    is-sigurtà tal-ICT.

    (2)

    Għandhom jinġabru dawn il-karatteristiċi tal-intrapriżi li ġejjin:

    (a)   Is-sistemi tal-ICT u l-użu tagħhom fl-intrapriżi

    (i)

    għall-intrapriżi kollha:

    l-użu tal-kompjuter;

    (ii)

    għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuter:

    (fakultattiva) il-persuni impjegati jew persentaġġ tat-total ta' persuni impjegati li jużaw il-kompjuter għal skopijiet ta' negozju.

    (b)   L-użu tal-Internet u ta' netwerks elettroniċi oħra mill-intrapriżi

    (i)

    għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuter:

    l-aċċess għall-Internet;

    (ii)

    għall-intrapriżi b'aċċess għall-Internet:

    il-persuni impjegati jew persentaġġ tat-total ta' persuni impjegati li jużaw il-kompjuter b'aċċess għall-Internet għal skopijiet ta' negozju;

    (fakultattiva) l-użu ta' applikazzjonijiet ta' sejħiet bil-vuċi jew bil-vidjow fuq l-Internet għal finijiet ta' negozju;

    il-konnessjoni tal-Internet: kull tip ta' konnessjoni fissa;

    il-konnessjoni tal-Internet: il-forniment ta' apparati portabbli li jippermettu konnessjoni mobbli permezz ta' netwerks tat-telefonija mobbli, għal finijiet ta' negozju;

    (fakultattiva) li għandhom sit web;

    l-użu ta' netwerks soċjali, li ma jintużawx biss għal reklami mħallsa;

    l-użu tal-blogs jew tal-mikroblogs tal-intrapriża, li ma jintużawx biss għal reklami mħallsa;

    l-użu ta' siti web li jxerrdu kontenut multimedjali, li ma jintużawx biss għal reklami mħallsa;

    l-użu ta' għodod tal-qsim tal-għarfien ibbażati fuq wiki, li ma jintużawx biss għal reklami mħallsa;

    (iii)

    għall-intrapriżi b'xi tip ta' konnessjoni fissa tal-Internet:

    il-veloċità massima kkuntrattata tad-download tal-aktar konnessjoni tal-Internet fissa veloċi f'Mbit/s fil-firxiet: [0,< 2], [2,< 10], [10,< 30], [30,< 100], [>= 100];

    (iv)

    għall-intrapriżi li jipprovdu apparati portabbli lill-persuni impjegati tagħhom li jippermettu konnessjoni mobbli tal-Internet permezz ta' netwerks tat-telefonija mobbli, għal finijiet ta' negozju:

    il-persuni impjegati jew persentaġġ tat-total tal-persuni impjegati li jużaw apparat portabbli mogħti mill-intrapriża, li jippermetti konnessjoni tal-Internet permezz ta' netwerks tat-telefonija mobbli, għal finijiet ta' negozju;

    (v)

    għall-intrapriżi li għandhom sit web, informazzjoni dwar il-forniment tal-faċilitajiet li ġejjin:

    (fakultattiva) deskrizzjoni tal-prodotti jew tas-servizzi, listi tal-prezzijiet;

    (fakultattiva) ordnijiet, riżervi u bbukkjar online;

    (fakultattiva) il-possibbiltà li l-viżitaturi jippersonalizzaw jew jiddisinjaw prodotti jew servizzi online;

    (fakultattiva) it-traċċar jew informazzjoni dwar l-istatus tal-ordnijiet li jsiru;

    (fakultattiva) kontenut personalizzat fis-sit web għall-viżitaturi regolari/rikorrenti;

    (fakultattiva) links jew referenzi għall-profili tal-intrapriża fil-midja soċjali;

    (fakultattiva) l-użu ta' informazzjoni dwar l-imġiba tal-viżitaturi fuq is-sit web tal-intrapriża, dwar fejn jikklikkjaw, il-partijiet viżitati, pereżempju għal finijiet ta' reklamar jew biex jitjieb is-sodisfazzjon tal-konsumaturi;

    (vi)

    għall-intrapriżi li jużaw il-midja soċjali (mhux biss għal reklami mħallsa) li jirreferu speċifikament għal netwerks soċjali, il-blogs jew il-mikroblogs tal-intrapriża, is-siti web li jxerrdu kontenut multimedjali jew għodod tal-qsim tal-għarfien ibbażati fuq wiki:

    l-użu tal-midja soċjali għall-iżvilupp tal-immaġni tal-intrapriża jew għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti fosthom għar-reklamar jew għat-tnedija ta' prodotti;

    l-użu tal-midja soċjali biex jinkisbu l-opinjonijiet tal-klijenti jew biex dawn jagħmlu valutazzjonijiet jew mistoqsijiet, jew biex jingħataw tweġiba;

    l-użu tal-midja soċjali biex jiġu involuti l-klijenti fl-iżvilupp jew fl-innovazzjoni tal-prodotti jew tas-servizzi;

    l-użu tal-midja soċjali għall-kollaborazzjoni mas-sħab fin-negozju (bħall-fornituri) jew ma' organizzazzjonijiet oħra (bħalma huma l-awtoritajiet pubbliċi jew l-organizzazzjonijiet mhux governattivi);

    l-użu tal-midja soċjali għar-reklutaġġ tal-impjegati;

    l-użu tal-midja soċjali għall-iskambju tal-fehmiet, tal-opinjonijiet jew tal-għarfien fi ħdan l-intrapriża.

    (c)   Il-kummerċ elettroniku

    (i)

    għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuter:

    il-wasla tal-ordnijiet ta' prodotti jew servizzi mqiegħda fuq sit web jew apps (bejgħ bl-Internet), fis-sena kalendarja preċedenti;

    il-wasla tal-ordnijiet ta' prodotti jew servizzi permezz ta' messaġġi tat-tip EDI (bejgħ tat-tip EDI), fis-sena kalendarja preċedenti;

    (ii)

    għall-intrapriżi li jkunu rċevew ordnijiet għal prodotti jew servizzi mqiegħda fuq sit web jew apps fis-sena kalendarja preċedenti:

    il-valur tal-fatturat, espress f'ċifri assoluti jew bħala persentaġġ tal-fatturat totali tal-bejgħ minn kummerċ elettroniku li jirriżulta minn ordnijiet imqiegħda fuq sit web jew apps, fis-sena kalendarja preċedenti;

    persentaġġ tal-fatturat minn ordnijiet imqiegħda fuq sit web jew apps, ikkategorizzat skont il-bejgħ lil klijenti privati (min-negozju għall-konsumaturi: B2C), u l-bejgħ lil intrapriżi oħra (minn negozju għal negozju: B2B) u lil awtoritajiet pubbliċi (min-negozju għall-gvern: B2G), fis-sena kalendarja preċedenti;

    il-wasla tal-ordnijiet ta' prodotti jew servizzi permezz tas-sit web jew apps proprji tal-intrapriża (fosthom dawk tal-intrapriżi omm jew affiljati, l-extranets), fis-sena kalendarja preċedenti;

    il-wasla tal-ordnijiet ta' prodotti jew servizzi permezz ta' sit web jew apps tas-suq tal-kummerċ elettroniku użati minn diversi intrapriżi għall-kummerċ ta' prodotti, fis-sena kalendarja preċedenti;

    persentaġġ tal-fatturat minn ordnijiet imqiegħda fuq sit web jew apps, ikkategorizzat skont l-ordnijiet imqiegħda fuq is-sit web jew l-apps proprji tal-intrapriża (fosthom dawk tal-intrapriżi omm jew affiljati, l-extranets) u skont l-ordnijiet imqiegħda fuq sit web jew apps tas-suq tal-kummerċ elettroniku użati minn diversi intrapriżi għall-kummerċ ta' prodotti, fis-sena kalendarja preċedenti;

    il-wasla ta' ordnijiet mingħand klijenti fuq sit web jew apps skont l-oriġini tagħhom: minn pajjiżhom stess, fis-sena kalendarja preċedenti;

    il-wasla ta' ordnijiet mingħand klijenti fuq sit web jew apps skont l-oriġini tagħhom: minn Stati Membri oħra tal-UE, fis-sena kalendarja preċedenti;

    il-wasla ta' ordnijiet mingħand klijenti fuq sit web jew apps skont l-oriġini tagħhom: mill-bqija tad-dinja, fis-sena kalendarja preċedenti;

    (fakultattiva) persentaġġ tal-fatturat minn ordnijiet imqiegħda fuq sit web jew apps fis-sena kalendarja preċedenti, ikkategorizzati skont l-oriġini tagħhom: minn pajjiżhom stess, Stat Membru ieħor tal-UE u l-bqija tad-dinja;

    (iii)

    għall-intrapriżi li rċevew ordnijiet ta' prodotti jew servizzi permezz ta' messaġġi tat-tip EDI, fis-sena kalendarja preċedenti:

    il-valur tal-fatturat, espress f'ċifri assoluti jew bħala persentaġġ tal-fatturat totali tal-bejgħ tal-kummerċ elettroniku li jirriżulta minn ordnijiet permezz ta' messaġġi tat-tip EDI, fis-sena kalendarja preċedenti;

    il-wasla ta' ordnijiet mingħand klijenti permezz ta' messaġġi tat-tip EDI, skont l-oriġini tagħhom: minn pajjiżhom stess, fis-sena kalendarja preċedenti;

    il-wasla ta' ordnijiet mingħand klijenti permezz ta' messaġġi tat-tip EDI, skont l-oriġini tagħhom: minn Stati Membri oħra tal-UE, fis-sena kalendarja preċedenti;

    il-wasla ta' ordnijiet mingħand klijenti permezz ta' messaġġi tat-tip EDI, skont l-oriġini tagħhom: mill-bqija tad-dinja, fis-sena kalendarja preċedenti.

    (d)   Il-proċessi tan-negozju elettroniku u aspetti organizzattivi

    (i)

    għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuter:

    l-użu ta' pakkett ta' softwer tal-ERP (Ippjanar tar-Riżorsi għall-Intrapriżi) biex l-informazzjoni tixtered bejn oqsma funzjonali differenti,

    l-użu ta' softwer għall-ġestjoni tal-informazzjoni dwar il-klijenti (Ġestjoni tar-Relazzjonijiet mal-Klijenti — is-softwer CRM) li jippermetti li l-informazzjoni dwar il-klijenti tal-intrapriża tinġabar, tinħażen u titqiegħed għad-dispożizzjoni ta' funzjonijiet oħra tan-negozju;

    l-użu ta' softwer għall-ġestjoni tal-informazzjoni dwar il-klijenti (Ġestjoni tar-Relazzjonijiet mal-Klijenti — is-softwer CRM) li jippermetti l-analiżi tal-informazzjoni dwar il-klijenti għal finijiet ta' kummerċjalizzazzjoni.

    (e)   Il-kompetenza tal-ICT fl-unità tal-intrapriża u l-bżonn ta' ħiliet fl-ICT

    (i)

    għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuter:

    (fakultattiva) l-impjieg tal-ispeċjalisti fl-ICT;

    (fakultattiva) l-għoti ta' xi tip ta' taħriġ għall-iżvilupp ta' ħiliet marbutin mal-ICT għal speċjalisti fl-ICT, fis-sena kalendarja preċedenti;

    (fakultattiva) l-għoti ta' xi tip ta' taħriġ għall-iżvilupp ta' ħiliet marbutin mal-ICT għal persuni impjegati oħra, fis-sena kalendarja preċedenti;

    (fakultattiva) ir-reklutaġġ ta' speċjalisti fl-ICT, jew it-tentattiv għar-reklutaġġ tagħhom, fis-sena kalendarja preċedenti;

    (fakultattiva) it-twettiq tal-funzjonijiet tal-ICT (bħall-manutenzjoni tal-infrastruttura tal-ICT, l-appoġġ tas-softwer tal-uffiċċju, l-iżvilupp jew l-appoġġ tas-softwer/sistemi tal-ġestjoni tan-negozju u/jew tas-soluzzjonijiet tal-web, is-sigurtà u l-protezzjoni tad-dejta) mill-impjegati stess (fosthom dawk impjegati fl-intrapriżi omm jew affiljati) fis-sena kalendarja preċedenti;

    (fakultattiva) it-twettiq tal-funzjonijiet tal-ICT (bħall-manutenzjoni tal-infrastruttura tal-ICT, l-appoġġ tas-softwer tal-uffiċċju, l-iżvilupp jew l-appoġġ tas-softwer/sistemi tal-ġestjoni tan-negozju u/jew tas-soluzzjonijiet tal-web, is-sigurtà u l-protezzjoni tad-dejta) minn fornituri esterni fis-sena kalendarja preċedenti;

    (ii)

    għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuters u li rreklutaw jew ippruvaw jirreklutaw speċjalisti tal-ICT fis-sena kalendarja preċedenti:

    (fakultattiva) postijiet tax-xogħol battala għall-ispeċjalisti tal-ICT li kienu diffiċli biex jimtlew.

    (f)   L-ostakli għall-użu tal-ICT, tal-Internet, u ta' netwerks elettroniċi oħra, il-proċessi tal-kummerċ elettroniku u tan-negozju elettroniku

    (i)

    għall-intrapriżi li rċevew ordnijiet mingħand klijenti fi Stati Membri oħra fuq sit web jew app, fis-sena kalendarja preċedenti: informazzjoni dwar id-diffikultajiet li ġejjin waqt il-bejgħ lejn Stati Membri oħra:

    l-ispejjeż għoljin għat-twassil u r-ritorn tal-prodotti;

    diffikultajiet marbuta mar-riżoluzzjoni tal-ilmenti u tat-tilwim;

    l-adattament tat-tikkettar tal-prodotti għall-bejgħ lejn Stati Membri oħra;

    in-nuqqas ta' għarfien ta' lingwi barranin biex issir il-komunikazzjoni mal-klijenti fi Stati Membri oħra;

    ir-restrizzjonijiet imposti mis-sħab tan-negozju tal-intrapriża fuq il-bejgħ lejn ċerti Stati Membri.

    (g)   Is-sigurtà tal-ICT

    (i)

    għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuter:

    l-użu bħala miżura tas-sigurtà tal-ICT: awtentikazzjoni b'saħħitha tal-password;

    l-użu bħala miżura tas-sigurtà tal-ICT: is-softwer (inkluż is-sistemi operattivi) jinżamm aġġornat;

    l-użu bħala miżura tas-sigurtà tal-ICT: identifikazzjoni u awtentikazzjoni tal-utent permezz ta' metodi bijometriċi implimentati mill-intrapriża;

    l-użu bħala miżura tas-sigurtà tal-ICT: tekniki tal-kriptaġġ tad-dejta, dokumenti jew emails;

    l-użu bħala miżura tas-sigurtà tal-ICT: backup tad-dejta f'post separat (inkluż backup fil-cloud);

    l-użu bħala miżura tas-sigurtà tal-ICT: kontroll tal-aċċess tan-netwerk (il-ġestjoni tal-aċċess minn apparati u utenti għan-netwerk tal-intrapriża);

    l-użu bħala miżura tas-sigurtà tal-ICT: VPN (Network Privat Virtwali, li jestendi n-netwerk privat lejn netwerk pubbliku biex ikun jista' jsir skambju sigur tad-dejta fuq in-netwerk pubbliku);

    l-użu bħala miżura tas-sigurtà tal-ICT: iż-żamma tal-fajls bil-logs għal analiżi wara xi inċidenti tas-sigurtà;

    l-użu bħala miżura tas-sigurtà tal-ICT: valutazzjoni tar-riskju tal-ICT, jiġifieri ssir valutazzjoni minn żmien għal żmien tal-probabbiltà u tal-konsegwenzi tal-inċidenti tas-sigurtà tal-ICT;

    l-użu bħala miżura tas-sigurtà tal-ICT: testijiet tas-sigurtà tal-ICT fosthom it-twettiq ta' testijiet tal-penetrazzjoni, l-ittestjar tas-sistemi tat-twissija tas-sigurtà, ir-rieżaminar tal-miżuri tas-sigurtà, l-ittestjar tas-sistemi tal-backup;

    li l-persuni impjegati jkunu konxji mill-obbligi tagħhom fi kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ICT permezz ta' taħriġ volontarju jew tagħrif disponibbli internament (bħal informazzjoni dwar l-intranet);

    li l-persuni impjegati jkunu konxji mill-obbligi tagħhom fi kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ICT permezz ta' korsijiet tat-taħriġ obbligatorji jew permezz ta' ċertu materjal obbligatorju;

    li l-persuni impjegati jkunu konxji mill-obbligi tagħhom fi kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ICT permezz ta' kuntratt (bħal kuntratt tal-impjieg);

    attivitajiet relatati mas-sigurtà tal-ICT bħall-ittestjar tas-sigurtà, taħriġ fis-sigurtà tal-ICT, ir-riżoluzzjoni tal-inċidenti tas-sigurtà tal-ICT (għajr l-aġġornamenti tas-softwer imballat minn qabel) li ssir mill-impjegati stess tal-intrapriża (fosthom dawk impjegati fl-intrapriżi omm jew affiljati);

    attivitajiet relatati mas-sigurtà tal-ICT bħall-ittestjar tas-sigurtà, taħriġ fis-sigurtà tal-ICT, it-tiswija tal-inċidenti tas-sigurtà tal-ICT (għajr l-aġġornamenti tas-softwer imballat minn qabel) li ssir minn fornituri esterni;

    id-disponibbiltà ta' dokument(i) dwar miżuri, prattiki jew proċeduri b'rabta mas-sigurtà tal-ICT;

    problemi mġarrba mill-inqas darba fis-sena kalendarja preċedenti minħabba inċidenti relatati mal-ICT: in-nuqqas ta' disponibbiltà ta' servizzi tal-ICT, pereżempju ċ-ċaħda ta' attakki fuq is-servizzi, attakki tat-tip ransomware, ħsarat fil-ħardwer jew fis-softwer għajr il-ħsara mekkanika, is-serq;

    problemi mġarrba mill-inqas darba fis-sena kalendarja preċedenti minħabba inċidenti relatati mal-ICT: il-qerda jew il-korruzzjoni tad-dejta, pereżempju minħabba infezzjoni minn softwer malizzjuż jew aċċess mhux awtorizzat, ħsarat fil-ħardwer jew fis-softwer;

    problemi mġarrba mill-inqas darba fis-sena kalendarja preċedenti minħabba inċidenti relatati mal-ICT: l-iżvelar ta' dejta kunfidenzjali, pereżempju minħabba aċċess mhux awtorizzat, pharming, attakki ta' phishing, azzjonijiet mill-impjegati stess tal-intrapriża (apposta jew le);

    id-disponibbiltà ta' assigurazzjoni għall-inċidenti tas-sigurtà tal-ICT;

    (ii)

    għall-intrapriżi b'dokument(i) dwar miżuri, prattiki jew proċeduri b'rabta mas-sigurtà tal-ICT:

    (fakultattiva) dokument(i) dwar miżuri, prattiki jew proċeduri b'rabta mas-sigurtà tal-ICT fl-intrapriża li jindirizzaw: il-ġestjoni tad-drittijiet tal-aċċess għall-użu tal-ICT, bħall-kompjuters, in-netwerk;

    (fakultattiva) dokument(i) dwar miżuri, prattiki jew proċeduri b'rabta mas-sigurtà tal-ICT fl-intrapriża li jindirizzaw: il-ħażna, il-protezzjoni, l-aċċess jew l-ipproċessar tad-dejta;

    (fakultattiva) dokument(i) dwar miżuri, prattiki jew proċeduri b'rabta mas-sigurtà tal-ICT fl-intrapriża li jindirizzaw: il-proċeduri jew ir-regoli li jipprevenu jew jirreaġixxu għall-inċidenti tas-sigurtà, bħal pharming, l-attakki ta' phishing, ransomware;

    (fakultattiva) dokument(i) dwar miżuri, prattiki jew proċeduri b'rabta mas-sigurtà tal-ICT fl-intrapriża li jindirizzaw: ir-responsabbiltà, id-drittijiet u d-dmirijiet tal-persuni impjegati fil-qasam tal-ICT, bħall-użu tal-emails, l-apparat mobbli u l-midja soċjali;

    (fakultattiva) dokument(i) dwar miżuri, prattiki jew proċeduri b'rabta mas-sigurtà tal-ICT fl-intrapriża li jindirizzaw: it-taħriġ tal-persuni impjegati fl-użu sikur tal-ICT;

    l-aktar definizzjoni riċenti jew reviżjoni tal-aħħar dokument(i) tal-intrapriża dwar miżuri, prattiki jew proċeduri b'rabta mas-sigurtà tal-ICT (bħall-valutazzjoni tar-riskji, l-evalwazzjoni tal-inċidenti tas-sigurtà tal-ICT): tul l-aħħar tnax-il xahar; aktar minn tnax-il xahar ilu sa erbgħa u għoxrin xahar ilu; aktar minn erbgħa u għoxrin xahar ilu.

    (3)

    Din l-informazzjoni kuntestwali li ġejja għandha tinġabar mingħand l-intrapriżi kollha, jew għandha tinkiseb mingħand sorsi alternattivi:

    l-attività ekonomika ewlenija tal-intrapriża fis-sena kalendarja preċedenti;

    l-għadd medju ta' persuni impjegati fis-sena kalendarja preċedenti;

    il-valur totali tal-fatturat, mingħajr il-VAT, fis-sena kalendarja preċedenti.

    B.   Kopertura

    Il-karatteristiċi speċifikati fl-intestaturi A(2) u (3) għandhom jinġabru għal dawn il-kategoriji ta' intrapriżi li ġejjin:

    (1)

    Attività ekonomika: l-intrapriżi kklassifikati fil-kategoriji tan-NACE Rev. 2 li ġejjin:

    Il-kategorija tan-NACE Rev. 2

    Deskrizzjoni

    It-Taqsima C

    Manifattura

    It-Taqsimiet D, E

    Provvista tal-elettriku, tal-gass, tal-fwar u tal-arja kkundizzjonata, provvista tal-ilma, sistema tad-drenaġġi, l-immaniġġar tal-iskart u attivitajiet ta' rimedjazzjoni

    It-Taqsima F

    Kostruzzjoni

    It-Taqsima G

    Kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta' vetturi motorizzati u muturi

    It-Taqsima H

    Trasport u ħażna

    It-Taqsima I

    Akkomodazzjoni u attivitajiet tas-servizzi tal-ikel

    It-Taqsima J

    Informazzjoni u komunikazzjoni

    It-Taqsima L

    Attivitajiet tal-proprjetà immobbli

    Is-sezzjonijiet 69-74

    Attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi

    It-Taqsima N

    Attivitajiet tas-servizzi amministrattivi u ta' appoġġ

    Il-Grupp 95.1

    Tiswija tal-kompjuters u tat-tagħmir tal-komunikazzjoni;

    (2)

    Id-daqs tal-intrapriża: intrapriżi b'10 persuni impjegati jew aktar. Intrapriżi b'inqas minn 10 persuni impjegati jistgħu jiġu koperti b'mod fakultattiv;

    (3)

    L-ambitu ġeografiku: l-intrapriżi li jinsabu f'xi parti tat-territorju tal-Istat Membru.

    C.   Perjodi ta' Referenza

    Il-perjodu ta' referenza hu s-sena 2018 għall-karatteristiċi li jirreferu għas-sena kalendarja preċedenti. Il-perjodu ta' referenza huwa s-sena 2019 għall-karatteristiċi l-oħra.

    D.   Ikkategorizzar tad-dejta

    Għandhom jingħataw il-karatteristiċi kuntestwali li ġejjin rigward is-suġġetti u l-karatteristiċi tagħhom elenkati fl-intestatura (2) tal-Parti A:

    (1)

    Ikkategorizzar tal-attività ekonomika: skont l-aggregati tan-NACE Rev. 2 li ġejjin:

    Aggregazzjoni tan-NACE Rev. 2

    għall-kalkolu possibbli tal-aggregati nazzjonali

    10 + 11 + 12 + 13 + 14 + 15 + 16 + 17 + 18

    19 + 20 + 21 + 22 + 23

    24 + 25

    26 + 27 + 28 + 29 + 30 + 31 + 32 + 33

    35 + 36 + 37 + 38 + 39

    41 + 42 + 43

    45 + 46 + 47

    47

    49 + 50 + 51 + 52 + 53

    55

    58 + 59 + 60 + 61 + 62 + 63

    68

    69 + 70 + 71 + 72 + 73 + 74

    77 + 78 + 79 + 80 + 81 + 82

    26.1 + 26.2 + 26.3 + 26.4 + 26.8 + 46.5 + 58.2 + 61 + 62 + 63.1 + 95.1

    Aggregazzjoni tan-NACE Rev. 2

    għall-kalkolu possibbli tal-aggregati Ewropej

    10 + 11 + 12

    13 + 14 + 15

    16 + 17 + 18

    26

    27 + 28

    29 + 30

    31 + 32 + 33

    45

    46

    55 + 56

    58 + 59 + 60

    61

    62 + 63

    77 + 78 + 80 + 81 + 82

    79

    95.1

    (2)

    ikkategorizzar skont il-klassijiet tad-daqs: id-dejta għandha tiġi kkategorizzata skont il-klassijiet tad-daqs li ġejjin tal-għadd ta' persuni impjegati:

    Klassijiet tad-daqs

    10 persuni impjegati jew aktar

    minn 10 sa 49 persuna impjegata

    minn 50 sa 249 persuna impjegata

    250 persuna impjegata jew aktar

    Meta kopert, l-ikkategorizzar tad-dejta għandu jingħata skont it-tabella li ġejja:

    Klassijiet tad-daqs

    minn 0 sa 9 persuni impjegati (fakultattiva)

    minn 2 sa 9 persuni impjegati (fakultattiva)

    minn 0 sa 1 persuna impjegata (fakultattiva)

    E.   Perjodiċità

    Id-dejta stipulata f'dan l-Anness għandha tingħata darba għas-sena 2019.

    F.   Skadenzi għat-trażmissjoni tar-riżultati

    (1)

    Id-dejta aggregata msemmija fl-Artikolu 6 u fl-Anness I (6) tar-Regolament (KE) Nru 808/2004, immarkata fejn meħtieġ bħala kunfidenzjali jew mhux affidabbli, għandha tiġi trażmessa lill-Eurostat sal-5 ta' Ottubru 2019. Sa dakinhar, is-sett tad-dejta għandu jiġi ffinalizzat, ivvalidat u aċċettat.

    (2)

    Il-metadejta msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandha tintbagħat lill-Eurostat sal-31 ta' Mejju 2019.

    (3)

    Ir-rapport tal-kwalità msemmi fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandu jintbagħat lill-Eurostat sal-5 ta' Novembru 2019.

    (4)

    Id-dejta u l-metadejta għandhom jingħataw lill-Eurostat, permezz tas-servizzi tal-Punt Uniku ta' Servizz, skont l-istandard ta' skambju speċifikat mill-Eurostat. Il-metadejta u r-rapport tal-kwalità għandhom jingħataw bl-istruttura tal-metadejta standard iddefinita mill-Eurostat.

    ANNESS II

    Modulu 2: Individwi, familji u s-soċjetà tal-informazzjoni

    A.   Is-suġġetti u l-karatteristiċi tagħhom

    (1)

    Is-suġġetti li jridu jiġu koperti għas-sena ta' referenza 2019, magħżula mil-lista fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 808/2004, għandhom ikunu dawn li ġejjin:

    (a)

    l-aċċess għall-ICT, u l-użu tiegħu, minn individwi u/jew familji;

    (b)

    l-użu tal-Internet u netwerks elettroniċi oħra għal finijiet differenti, minn individwi u/jew familji;

    (c)

    is-sigurtà u l-fiduċja fl-ICT;

    (d)

    kompetenzi u ħiliet fl-ICT;

    (e)

    ostakli għall-użu tal-ICT u l-Internet;

    (f)

    l-użu tal-ICT minn individwi biex jaqsmu informazzjoni u servizzi mal-amministrazzjonijiet governattivi u pubbliċi (il-gvern elettroniku);

    (g)

    l-aċċess għal teknoloġiji, u l-użu tagħhom, li jippermettu konnessjoni mal-Internet jew ma' netwerks oħra minn kullimkien kull ħin (konnettività ubikwa).

    (2)

    Għandhom jinġabru l-karatteristiċi li ġejjin:

    (a)   L-aċċess għall-ICT, u l-użu tiegħu, minn individwi u/jew familji

    (i)

    għall-familji kollha:

    l-aċċess għall-Internet mid-dar (b'xi apparat);

    (ii)

    għall-familji li għandhom aċċess għall-Internet:

    il-konnessjoni tal-Internet: konnessjoni broadband fissa;

    il-konnessjoni tal-Internet: konnessjoni broadband mobbli (permezz ta' netwerk tat-telefonija mobbli, ta' mill-inqas 3G);

    (fakultattiva) il-konnessjoni mal-Internet: aċċess dial-up bil-linja normali tat-telefown jew permezz tal-ISDN;

    (fakultattiva) il-konnessjoni mal-Internet: konnessjoni narrowband mobbli (permezz ta' netwerk tat-telefonija mobbli inqas minn 3G);

    (b)   L-użu tal-Internet għal finijiet differenti, minn individwi u/jew familji

    (i)

    għall-individwi kollha:

    l-aktar użu riċenti tal-Internet, f'xi post, ikun xi jkun l-apparat użat: f'dawn l-aħħar tliet xhur, bejn tliet xhur u sena ilu, aktar minn sena ilu, qatt ma użaw l-Internet;

    (ii)

    għall-individwi li użaw l-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur:

    il-frekwenza medja tal-użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur: kuljum jew kważi kuljum, mill-inqas darba fil-ġimgħa (iżda mhux kuljum), inqas minn darba fil-ġimgħa;

    użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex jintbagħtu u jintlaqgħu l-emails;

    użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex isiru telefonati (inkluż sejħiet bil-vidjow) fuq l-Internet;

    użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati ta' parteċipazzjoni f'netwerks soċjali (il-ħolqien ta' profil tal-utent, it-tqegħid ta' messaġġi jew kontributi oħra);

    użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati ta' użu ta' messaġġi instantanji (skambju tal-messaġġi);

    użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex jinqraw is-siti web tal-aħbarijiet, il-gazzetti jew ir-rivisti tal-aħbarijiet online;

    użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati ta' tiftix ta' informazzjoni marbuta mas-saħħa (dwar kwistjonijiet bħal korrimenti, mard, nutrizzjoni, titjib tas-saħħa);

    użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex tinstab informazzjoni dwar prodotti jew servizzi;

    użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati ta' tqegħid fuq siti web ta' opinjonijiet dwar kwistjonijiet ċiviċi jew politiċi (eż. bloggijiet, netwerks soċjali),

    użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati ta' parteċipazzjoni f'konsultazzjonijiet jew votazzjonijiet online dwar kwistjonijiet ċiviċi jew politiċi (bħal pereżempju l-ippjanar urban, l-iffirmar ta' xi petizzjoni);

    użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati ta' tiftix ta' impjieg jew biex tintbagħat applikazzjoni għal impjieg;

    użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed itella' kontenut maħluq minnu stess (bħal testi, ritratti, mużika, vidjows, softwer) biex ixerridha fuq sit web;

    (fakultattiva) użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jismal-mużika (eż. ir-radju fuq il-web, l-istreaming tal-mużika);

    użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati ta' bejgħ ta' prodotti jew servizzi (pereżempju bi rkantijiet);

    użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati ta' użu ta' servizzi bankarji fuq l-Internet;

    (fakultattiva) interazzjoni f'dawn l-aħħar tliet xhur permezz tal-Internet b'tagħmir jew apparat domestiku (bħal termostat, bozza, vakwu robotiku jew sistema tas-sigurtà;

    użu ta' spazju tal-ħżin fuq l-Internet (cloud computing) f'dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex jinħażnu dokumenti, ritratti, mużika, vidjows jew fajls oħra;

    użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur biex isiru attivitajiet tat-tagħlim għal finijiet edukattivi, professjonali jew privati, permezz ta' kors online;

    użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur biex isiru attivitajiet tat-tagħlim għal finijiet edukattivi, professjonali jew privati, billi jintuża materjal tat-tagħlim online minflok permezz ta' kors online sħiħ;

    użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur biex isiru attivitajiet tat-tagħlim għal finijiet edukattivi, professjonali jew privati, permezz ta' komunikazzjoni mal-għalliema jew mal-istudenti permezz ta' siti web jew portali edukattivi;

    (fakultattiva) użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur biex isiru attivitajiet oħra tat-tagħlim għal finijiet edukattivi, professjonali jew privati;

    użu ta' sit web jew app f'dawn l-aħħar tnax-il xahar biex tinstab akkomodazzjoni (bħal kamra, appartament, dar, villeġġatura, eċċ.) mingħand individwu privat ieħor: minn siti web jew apps intermedjarji apposta, minn siti web jew apps oħra (inkluż netwerks soċjali), mhux użat;

    użu ta' sit web jew app f'dawn l-aħħar tnax-il xahar biex jinkisbu servizzi tat-trasport (bħal karozzi) mingħand individwu privat ieħor: minn siti web jew apps intermedjarji apposta, minn siti web jew apps oħra (inkluż netwerks soċjali), mhux użat;

    użu ta' sit web jew apps intermedjarji biex jinkiseb xogħol imħallas (għajr siti web ta' aġenziji tax-xogħol) f'dawn l-aħħar tnax-il xahar: bħala s-sors ewlieni tal-introjtu, bħala sors addizzjonali tal-introjtu, mhux użat;

    użu tal-Internet (minbarra l-emails) f'dawn l-aħħar tliet xhur għal xiri jew tiġdid ta' poloz tal-assigurazzjoni eżistenti, inkluż dawk offruti bħala pakkett flimkien ma' servizz ieħor għal finijiet privati f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;

    użu tal-Internet (minbarra l-emails) f'dawn l-aħħar tliet xhur biex jinkiseb self jew dejn ipotekarju jew biex jinkiseb kreditu minn banek jew mingħand fornituri oħra tal-finanzjament għal finijiet privati f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;

    użu tal-Internet (minbarra l-emails) f'dawn l-aħħar tliet xhur għal xiri jew bejgħ ta' ishma, bonds, fondi jew servizzi oħrajn tal-investiment għal finijiet privati f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;

    (iii)

    għall-individwi li użaw l-Internet kuljum jew kważi kuljum f'dawn l-aħħar tliet xhur:

    użu tal-Internet diversi drabi matul il-jum;

    (iv)

    għall-individwi li użaw l-Internet f'dawn l-aħħar tnax-il xahar:

    l-aħħar xiri jew ordni ta' prodotti jew servizzi bl-Internet (minn siti web jew apps; għajr ordnijiet b' emails, SMS jew servizzi ta' messaġġi multimedjali, ilkoll miktubin bl-idejn) għall-użu privat, ikun xi jkun l-apparat użat: qatt ma xtraw jew ordnaw xejn bl-Internet, f'dawn l-aħħar tliet xhur, bejn tliet xhur u sena ilu, aktar minn sena ilu;

    (v)

    għall-individwi li użaw l-Internet għal kummerċ bl-Internet (xiri jew ordnijiet ta' prodotti jew servizzi) f'dawn l-aħħar tliet xhur:

    l-għadd ta' drabi li nxtraw jew ġew ordnati prodotti jew servizzi bl-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għall-użu privat: l-għadd ta' drabi, jew fi klassijiet: darba (1) sa darbtejn (2), bejn 3 u 5 darbiet, bejn 6 u 10 darbiet, aktar minn 10 darbiet;

    il-valur totali tal-prodotti jew tas-servizzi (għajr l-ishma jew servizzi finanzjarji oħra) li nxtraw jew ġew ordnati bl-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur għall-użu privat: l-ammont f'euro jew fi klassijiet: inqas minn EUR 50, EUR 50 sa inqas minn EUR 100, EUR 100 sa inqas minn EUR 500, EUR 500 sa inqas minn EUR 1 000, EUR 1 000 jew aktar, mhux magħruf;

    (vi)

    għall-individwi li użaw l-Internet għal kummerċ bl-Internet (xiri jew ordnijiet ta' prodotti jew servizzi) f'dawn l-aħħar tnax-il xahar:

    użu tal-Internet għal xiri jew ordnijiet tal-ikel jew ta' prodotti tal-merċa għall-użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;

    użu tal-Internet għal xiri jew ordnijiet ta' oġġetti tad-dar (bħal għamara, ġugarelli, iżda mhux prodotti elettroniċi tal-konsumaturi) għall-użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;

    użu tal-Internet għal xiri jew ordnijiet ta' mediċina għall-użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;

    użu tal-Internet għal xiri jew ordnijiet ta' ħwejjeġ jew prodotti tal-isport għall-użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;

    użu tal-Internet għal xiri jew ordnijiet ta' ħardwer tal-kompjuter għall-użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;

    użu tal-Internet għal xiri jew ordnijiet ta' tagħmir elettroniku (inkluż il-kameras) għall-użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;

    użu tal-Internet għal xiri jew ordnijiet ta' servizzi tat-telekomunikazzjoni (bħat-televixins, abbonamenti għall-broadband, abbonamenti għal telefown b'linja fissa jew mobbli, tqegħid ta' flus f'kards telefoniċi mħallsa minn qabel) għall-użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;

    użu tal-Internet għal xiri jew ordnijiet ta' akkomodazzjoni ta' btala (bħal-lukandi) għall-użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;

    użu tal-Internet għal xiri jew ordnijiet ta' arranġamenti oħra tal-ivvjaġġar (bħal biljetti tat-trasport, kiri ta' karozza) għall-użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;

    użu tal-Internet għal xiri jew ordnijiet ta' biljetti għal avvenimenti għall-użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;

    użu tal-Internet għal xiri jew ordnijiet ta' films jew mużika għall-użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;

    użu tal-Internet għal xiri jew ordnijiet ta' kotba, rivisti jew gazzetti għall-użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;

    użu tal-Internet għal xiri jew ordnijiet ta' materjal tat-tagħlim elettroniku għall-użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;

    użu tal-Internet għal xiri jew ordnijiet ta' softwer tal-logħob vidjow, softwer ieħor tal-kompjuter u aġġornamenti tas-softwer għall-użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;

    użu tal-Internet għal xiri jew ordnijiet ta' prodotti jew servizzi oħra għall-użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;

    użu tal-Internet għal xiri jew ordnijiet ta' prodotti jew servizzi għall-użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar, skont l-oriġini tagħhom: bejjiegħa nazzjonali;

    użu tal-Internet għal xiri jew ordnijiet ta' prodotti jew servizzi għall-użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar, skont l-oriġini tagħhom: bejjiegħa minn Stati Membri oħra;

    użu tal-Internet għal xiri jew ordnijiet ta' prodotti jew servizzi għall-użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar, skont l-oriġini tagħhom: bejjiegħa mill-bqija tad-dinja;

    użu tal-Internet għal xiri jew ordnijiet ta' prodotti jew servizzi għall-użu privat f'dawn l-aħħar tnax-il xahar, skont l-oriġini tagħhom: il-pajjiż tal-oriġini tal-bejjiegħa mhux magħruf;

    (vii)

    għall-individwi li użaw l-Internet għal kummerċ bl-Internet (xiri jew ordnijiet ta' prodotti jew servizzi) f'dawn l-aħħar tnax-il xahar, għal xiri jew ordnijiet ta' films, mużika, kotba, rivisti, gazzetti, softwer tal-logħob vidjow, softwer ieħor tal-kompjuter u aġġornamenti tas-softwer:

    films jew mużika mniżżlin jew aċċessati minn siti web jew apps f'dawn l-aħħar tnax-il xahar, għall-użu privat;

    kotba elettroniċi mniżżlin jew aċċessati minn siti web jew apps f'dawn l-aħħar tnax-il xahar, għall-użu privat;

    rivisti elettroniċi jew gazzetti elettroniċi mniżżla jew aċċessati minn siti web jew apps f'dawn l-aħħar tnax-il xahar, għall-użu privat;

    softwer tal-kompjuter (inkluż il-logħob tal-kompjuter u logħob vidjow u aġġornamenti tas-softwer) imniżżel jew aċċessat minn siti web jew apps f'dawn l-aħħar tnax-il xahar, għall-użu privat;

    (fakultattiva) films, mużika, kotba elettroniċi, rivisti elettroniċi, gazzetti elettroniċi jew softwer tal-kompjuter mhux imniżżlin jew mhux aċċessati bl-Internet f'dawn l-aħħar tnax-il xahar, għall-użu privat.

    (c)   Is-sigurtà u l-fiduċja fl-ICT

    (i)

    għall-familji mingħajr aċċess għall-Internet fid-dar, ir-raġuni għalfejn m'għandhomx dan l-aċċess:

    tħassib dwar is-sigurtà jew il-privatezza;

    (iv)

    għall-individwi li użaw l-Internet f'dawn l-aħħar tnax-il xahar:

    problemi mġarrba relatati mas-sigurtà bl-użu tal-Internet għal finijiet privati f'dawn l-aħħar tnax-il xahar: użu frodulenti ta' karti ta' kreditu jew ta' debitu;

    problemi mġarrba relatati mas-sigurtà bl-użu tal-Internet għal finijiet privati f'dawn l-aħħar tnax-il xahar: telf ta' dokumenti, stampi jew dejta oħra minħabba xi virus jew infezzjoni oħra (bħal worm jew Trojan horse);

    problemi mġarrba relatati mas-sigurtà bl-użu tal-Internet għal finijiet privati f'dawn l-aħħar tnax-il xahar: użu ħażin tal-informazzjoni personali disponibbli fuq l-Internet li twassal, pereżempju, għal diskriminazzjoni, fastidju, bullying;

    problemi mġarrba relatati mas-sigurtà bl-użu tal-Internet għal finijiet privati f'dawn l-aħħar tnax-il xahar: il-kont personali tan-netwerk soċjali jew tal-email ġie ħħekkjat u l-kontenut tqiegħed fuq l-Internet jew intbagħat mingħajr ma wieħed ikun jaf;

    problemi mġarrba relatati mas-sigurtà bl-użu tal-Internet għal finijiet privati f'dawn l-aħħar tnax-il xahar: serq tal-identità online (xi ħadd jisraq dejta personali tal-persuna u jagħmel tabirruħu li hu din il-persuna biex, pereżempju jixtri b'isimha);

    problemi mġarrba relatati mas-sigurtà bl-użu tal-Internet għal finijiet privati f'dawn l-aħħar tnax-il xahar: wasla ta' messaġġi qarrieqa (“phishing”);

    problemi mġarrba relatati mas-sigurtà bl-użu tal-Internet għal finijiet privati f'dawn l-aħħar tnax-il xahar: ridirezzjonar lejn siti web foloz li jitolbu informazzjoni personali (“pharming”);

    (fakultattiva) problemi mġarrba relatati mas-sigurtà bl-użu tal-Internet għal finijiet privati f'dawn l-aħħar tnax-il xahar: tfal aċċessaw siti web mhux xierqa;

    tħassib dwar is-sigurtà li jillimita jew ixekkel l-ordnijiet jew ix-xiri ta' prodotti jew servizzi bl-Internet għal finijiet privati f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;

    tħassib dwar is-sigurtà li jillimita jew ixekkel l-użu ta' servizzi bankarji fuq l-Internet għal finijiet privati f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;

    tħassib dwar is-sigurtà li jillimita jew ixekkel l-għoti ta' informazzjoni personali lil servizzi tan-netwerks soċjali jew professjonali bl-Internet għal finijiet privati f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;

    tħassib dwar is-sigurtà li jillimita jew ixekkel il-komunikazzjoni ma' servizzi jew amministrazzjonijiet pubbliċi bl-Internet għal finijiet privati f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;

    tħassib dwar is-sigurtà li jillimita jew ixekkel it-tniżżil ta' softwer jew apps, mużika, vidjows, logħob jew fajls oħra tad-dejta bl-Internet għal finijiet privati f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;

    tħassib dwar is-sigurtà li jillimita jew ixekkel l-użu tal-Internet minn WiFi pubbliku għal finijiet privati f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;

    (fakultattiva) tħassib dwar is-sigurtà li jillimita jew ixekkel attivitajiet oħrajn fuq l-Internet għal finijiet privati f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;

    il-ħolqien ta' kopji bħala backup tal-fajls proprji (bħal dokumenti, stampi) fuq xi apparat tal-ħżin estern jew fuq spazju tal-ħażna fuq l-Internet (servizzi tal-cloud) għal finijiet privati: fajls bħala backup maħluqa awtomatikament jew manwalment; fajls bħala backup mhux maħluqa; mhux magħruf;

    (iii)

    għall-individwi li użaw l-Internet, iżda mhux għal attivitajiet tal-kummerċ bl-Internet (xiri jew ordnijiet ta' prodotti jew servizzi), f'dawn l-aħħar tnax-il xahar, ostakli għall-kummerċ bl-Internet:

    tħassib dwar is-sigurtà tal-pagament jew dwar il-privatezza (bħall-għoti ta' dettalji tal-karta ta' kreditu jew ta' dettalji personali fuq l-Internet).

    (iv)

    għall-individwi li użaw l-Internet f'dawn l-aħħar tnax-il xahar u ġarrbu serq tal-identità online, irċevew messaġġi frawdulenti jew ġew ridirezzjonati lejn siti web foloz li talbuhom informazzjoni personali waqt l-użu tal-Internet għal finijiet privati f'dawn l-aħħar tnax-il xahar:

    telf finanzjarju mġarrab f'dawn l-aħħar tnax-il xahar minħabba serq tal-identità, messaġġi qarrieqa li waslu jew ridirezzjonar lejn siti web foloz;

    (v)

    għall-individwi li ma ressqux formoli online kompluti fuq is-siti web jew l-apps ta' awtoritajiet pubbliċi għal finijiet privati f'dawn l-aħħar tnax-il xahar, għalkemm hemm bżonn jitressqu formoli uffiċjali, ir-raġunijiet għalfejn ma tressqux:

    tħassib dwar il-protezzjoni u s-sigurtà tad-dejta personali f'dawn l-aħħar tnax-il xahar.

    (d)   Kompetenzi u ħiliet fl-ICT

    (i)

    għall-individwi li użaw l-Internet f'dawn l-aħħar tnax-il xahar, il-ħiliet f'dawn li ġejjin:

    it-trasferiment ta' fajls bejn il-kompjuters u apparati oħra;

    l-installazzjoni ta' softwer jew applikazzjonijiet (apps);

    il-bdil ta' settings ta' xi softwer, inkluż is-sistema operattiva jew il-programmi tas-sigurtà;

    l-ikkoppjar jew iċ-ċaqliq ta' fajls jew fowlders;

    l-użu ta' softwer tal-ipproċessar tal-kitba diġitali;

    il-ħolqien ta' preżentazzjonijiet jew dokumenti li jintegraw testi, stampi, tabelli jew charts;

    l-użu ta' softwer tal-ispreadsheet;

    l-użu ta' softwer għall-editjar ta' ritratti, vidjows jew awdjo;

    l-ikkodifikar b'xi lingwa tal-ipprogrammar;

    (ii)

    għall-individwi li użaw l-Internet u softwer tal-ispreadsheet f'dawn l-aħħar tnax-il xahar, il-ħiliet f'dan li ġej:

    l-użu tal-funzjonijiet avvanzati ta' softwer tal-ispreadsheet maħsuba biex tiġi organizzata u analizzata d-dejta, bħall-issortjar, il-filtrazzjoni, l-użu tal-formuli, il-ħolqien ta' charts;

    (e)   Ostakli għall-użu tal-ICT u l-Internet

    (i)

    għall-familji mingħajr aċċess għall-Internet fid-dar, ir-raġuni għalfejn m'għandhomx dan l-aċċess:

    għandhom aċċess għall-Internet xi mkien ieħor;

    m'għandhomx bżonn l-Internet għax, pereżempju, mhux utli jew mhux interessanti;

    l-ispiża tat-tagħmir hi għolja wisq;

    l-ispiża tal-aċċess hi għolja wisq (pereżempju abbonament tat-telefown jew tad-DSL);

    nuqqas ta' ħiliet;

    l-Internet bil-broadband mhux disponibbli fiż-żona;

    raġuni jew raġunijiet oħra;

    (ii)

    għall-individwi li użaw l-Internet għall-kummerċ bl-Internet (xiri jew ordnijiet ta' prodotti jew servizzi) f'dawn l-aħħar tnax-il xahar, il-problemi mġarrba fil-kummerċ bl-Internet:

    falliment tekniku ta' sit web waqt l-ordni jew il-pagament;

    diffikultajiet biex tinstab l-informazzjoni dwar il-garanziji u drittijiet legali oħra;

    twassil tal-kunsinna iżjed bil-mod minn dak indikat;

    spejjeż finali ogħla minn dawk indikati (pereżempju spejjeż ogħla tat-twassil tal-kunsinna, tariffi għat-tranżazzjoni mhux mistennija);

    prodotti mibgħuta bi żball minflok oħrajn jew prodotti mibgħuta bil-ħsara;

    problemi ta' frodi (bħal pereżempju ma ntbagħat l-ebda prodott jew ma ngħata l-ebda servizz, użu ħażin tad-dettalji tal-karta ta' kreditu);

    diffikultà fejn jidħlu l-ilmenti jew ir-rimedju, jew ma tasal l-ebda tweġiba sodisfaċenti wara li jkun sar ilment;

    bejjiegħ bl-imnut barrani li ma jbigħx fil-pajjiż ta' min wieġeb;

    problemi oħra;

    ma nqalgħet l-ebda problema;

    (iii)

    għall-individwi li użaw l-Internet, iżda mhux għal attivitajiet tal-kummerċ bl-Internet (xiri jew ordnijiet ta' prodotti jew servizzi), f'dawn l-aħħar tnax-il xahar, ostakli għall-kummerċ bl-Internet:

    preferenza għal xiri fiżiku mill-ħwienet u/jew għal li wieħed jara l-prodott fiżiku, lealtà lejn il-ħwienet, drawwa;

    nuqqas ta' ħiliet jew għarfien (pereżempju, l-ebda għarfien dwar l-użu tas-sit web, l-użu hu kkumplikat wisq);

    problemi bit-twassil tal-prodotti ordnati bl-Internet (pereżempju jieħu fit-tul wisq, hu diffiċli mil-lat loġistiku);

    tħassib dwar il-wasla jew ir-ritorn tal-prodotti, tħassib dwar ilmenti jew rimedji;

    nuqqas ta' karti tal-pagament li tista' tintuża għal ħlas bl-Internet;

    (fakultattiva) bejjiegħ bl-imnut barrani li ma jbigħx fil-pajjiż ta' min wieġeb;

    (fakultattiva) ħaddieħor xtara jew ordna prodotti jew servizzi f'isem min wieġeb;

    ostakli oħra għall-kummerċ bl-Internet.

    (f)   L-użu tal-ICT minn individwi biex jaqsmu informazzjoni u servizzi mal-amministrazzjonijiet governattivi u pubbliċi (il-gvern elettroniku)

    (i)

    għall-individwi li użaw l-Internet f'dawn l-aħħar tnax-il xahar:

    użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tnax-il xahar għal finijiet privati, biex tinkiseb informazzjoni mis-siti web jew apps ta' awtoritajiet pubbliċi jew ta' servizzi pubbliċi (għajr emails miktuba bl-idejn);

    użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tnax-il xahar għal finijiet privati biex jitniżżlu jew jiġu stampati formoli uffiċjali mis-siti web ta' awtoritajiet pubbliċi jew ta' servizzi pubbliċi (għajr emails miktuba bl-idejn);

    użu tal-Internet f'dawn l-aħħar tnax-il xahar għal finijiet privati biex jitressqu formoli online kompluti lil awtoritajiet pubbliċi jew lil servizzi pubbliċi (għajr emails miktuba bl-idejn);

    (ii)

    għall-individwi li ma ressqux formoli online kompluti fuq is-siti web jew l-apps ta' awtoritajiet pubbliċi għal finijiet privati f'dawn l-aħħar tnax-il xahar:

    ma ressqux formoli kompluti għax ma kienx hemm bżonn titressaq xi formola uffiċjali għal finijiet privati f'dawn l-aħħar tnax-il xahar;

    (iii)

    għall-individwi li ma ressqux formoli online kompluti fuq is-siti web jew l-apps ta' awtoritajiet pubbliċi għal finijiet privati f'dawn l-aħħar tnax-il xahar, għalkemm kien hemm bżonn jitressqu formoli uffiċjali, ir-raġunijiet għalfejn ma tressqux:

    ma kienx hemm servizz online bħal dan disponibbli;

    nuqqas ta' ħiliet jew għarfien (pereżempju, l-ebda għarfien dwar l-użu tas-sit web, l-użu hu kkumplikat wisq);

    persuna oħra ressqet formoli online kompluti f'isem min wieġeb (pereżempju konsulent, konsulent fiskali, qarib jew membru tal-familja);

    raġuni oħra għalfejn ma tressqux formoli online kompluti lil awtoritajiet pubbliċi.

    (g)   L-aċċess għal teknoloġiji, u l-użu tagħhom, li jippermettu konnessjoni mal-Internet jew ma' netwerks oħra minn kullimkien kull ħin (konnettività ubikwa)

    (i)

    għall-individwi li użaw l-Internet f'dawn l-aħħar tliet xhur:

    użu ta' mowbajl jew smartphone biex jinkiseb aċċess għall-Internet minn barra d-dar jew ix-xogħol f'dawn l-aħħar tliet xhur;

    użu ta' laptop biex jinkiseb aċċess għall-Internet minn barra d-dar jew ix-xogħol f'dawn l-aħħar tliet xhur;

    użu ta' tablet biex jinkiseb aċċess għall-Internet minn barra d-dar jew ix-xogħol f'dawn l-aħħar tliet xhur;

    użu ta' apparat mobbli ieħor (bħal apparat tal-midja jew tal-logħob, apparat tal-kotba elettroniċi, arloġġi intelliġenti) biex jinkiseb aċċess għall-Internet minn barra d-dar jew ix-xogħol f'dawn l-aħħar tliet xhur;

    l-ebda użu ta' apparati mobbli biex jinkiseb aċċess għall-Internet minn barra d-dar jew ix-xogħol f'dawn l-aħħar tliet xhur.

    B.   Kopertura

    (1)

    L-unitajiet statistiċi għall-karatteristiċi elenkati fl-intestatura A(2) ta' dan l-Anness, relatati mal-familji, huma l-familji li għandhom mill-inqas membru wieħed bejn is-16 u l-74 sena.

    (2)

    L-unitajiet statistiċi għall-karatteristiċi elenkati fl-intestatura A(2) ta' dan l-Anness, relatati mal-individwi, huma dawk l-individwi li għandhom bejn is-16 u l-74 sena.

    (3)

    L-ambitu ġeografiku jinkludi l-familji jew l-individwi, jew it-tnejn li huma, li jgħixu f'xi parti mit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat.

    C.   Perjodu ta' referenza

    Il-perjodu ewlieni ta' referenza għall-ġbir tal-istatistika hu l-ewwel kwart tal-2019.

    D.   Karatteristiċi kuntestwali soċjoekonomiċi

    (1)

    Għas-suġġetti u l-karatteristiċi tagħhom, elenkati fl-intestatura A(2) ta' dan l-Anness, relatati mal-familji, għandhom jinġabru l-karatteristiċi kuntestwali li ġejjin:

    (a)

    ir-reġjun ta' residenza, speċifikat skont il-klassifikazzjoni tar-reġjuni NUTS1;

    (b)

    (fakultattiva) ir-reġjun ta' residenza, speċifikat skont il-klassifikazzjoni NUTS2;

    (c)

    il-lok ġeografiku, jiġifieri jekk jgħixux f'reġjun inqas żviluppat, f'reġjun fi tranżizzjoni jew f'reġjun aktar żviluppat;

    (d)

    il-livell ta' urbanizzazzjoni, jiġifieri jekk jgħixux f'żona b'densità kbira tal-popolazzjoni, f'żona b'densità intermedja tal-popolazzjoni jew f'żona b'popolazzjoni żgħira;

    (e)

    it-tip ta' familja, jiġi speċifikat l-għadd ta' membri fil-familja: (fakultattiva) l-għadd ta' persuni li għandhom bejn is-16 u l-24 sena, (fakultattiva) l-għadd ta' studenti li għandhom bejn is-16 u l-24 sena, (fakultattiva) l-għadd ta' persuni li għandhom bejn il-25 u l-64 sena, (fakultattiva) l-għadd ta' persuni li għandhom 65 sena jew aktar u, b'mod separat, l-għadd ta' tfal iżgħar minn 16-il sena, (fakultattiva) l-għadd ta' tfal li għandhom bejn l-14 u l-15-il sena, (fakultattiva) l-għadd ta' tfal li għandhom bejn il-5 u t-13-il sena, (fakultattiva) l-għadd ta' tfal li għandhom 4 snin jew inqas;

    (f)

    (fakultattiva) l-introjtu nett fix-xahar tal-familja, dan għandu jinġabar bħala valur jew bħala faxex kompatibbli mal-introjtu kwartili;

    (g)

    (fakultattiva) l-introjtu nett fix-xahar totali ekwivalizzat tal-familja, trażmess fi kwintili.

    (2)

    Għas-suġġetti u l-karatteristiċi tagħhom, elenkati fl-intestatura A(2) ta' dan l-Anness, relatati mal-individwi, għandhom jinġabru l-karatteristiċi kuntestwali li ġejjin:

    (a)

    il-ġeneru;

    (b)

    il-pajjiż tat-twelid, jiġi speċifikat jekk il-persuna hix nattiva tal-pajjiż jew twelditx f'pajjiż barrani; jekk twieldet f'pajjiż barrani, jiġi speċifikat ukoll jekk il-persuna twelditx fi Stat Membru ieħor jew f'pajjiż barra l-UE;

    (c)

    il-pajjiż taċ-ċittadinanza, jiġi speċifikat jekk il-persuna hix ċittadina ta' dak il-pajjiż jew le; jekk mhix ċittadina ta' dak il-pajjiż, jiġi speċifikat ukoll jekk il-persuna hix ċittadina ta' Stat Membru ieħor jew ta' pajjiż barra l-UE;

    (d)

    l-età, fi snin magħluqa; (fakultattiva) taħt is-16-il sena jew akbar minn 74 sena, jew it-tnejn li huma;

    (e)

    il-livell edukattiv miksub, jiġi speċifikat l-ogħla livell edukattiv miksub b'suċċess skont il-Klassifikazzjoni Internazzjonali Standard tal-Edukazzjoni (ISCED 2011), jekk dan hux l-aktar livell baxx tas-sekondarja (ISCED 0, 1 jew 2) jew edukazzjoni sekondarja għolja jew edukazzjoni postsekondarja mhux terzjarja (ISCED 3 jew 4), jew edukazzjoni terzjarja (ISCED 5, 6, 7 jew 8), jew inqas mill-edukazzjoni primarja (ISCED 0), jew edukazzjoni primarja (ISCED 1), jew edukazzjoni sekondarja baxxa (ISCED 2), jew edukazzjoni sekondarja għolja (ISCED 3), jew edukazzjoni postsekondarja mhux terzjarja (ISCED 4), jew edukazzjoni terzjarja ta' ċiklu qasir (ISCED 5), jew edukazzjoni fil-livell ta' baċċellerat jew ekwivalenti (ISCED 6), jew fil-livell ta' masters jew ekwivalenti (ISCED 7), jew fil-livell ta' dottorat jew ekwivalenti (ISCED 8);

    (f)

    is-sitwazzjoni tal-impjieg, jiġi speiċifikat jekk il-persuna hix impjegata jew taħdimx għal rasha, inkluż il-ħaddiema tal-familja (fakultattiva: impjegata jew taħdem għal rasha full-time, impjegata jew taħdem għal rasha part-time, impjegata b'xogħol permanenti jew b'xogħol għal żmien mhux limitat; impjegata b'mod temporanju jew b'kuntratt ta' żmien limitat; ħaddiem għal rasu inkluż il-ħaddiema tal-familja),

    (g)

    (fakultattiva) is-settur ekonomiku tal-impjieg:

    It-Taqsimiet tan-NACE Rev. 2

    Deskrizzjoni

    A

    Agrikoltura, forestrija u sajd

    B, C, D u E

    Manifattura, minjieri u barrieri u industriji oħra

    F

    Kostruzzjoni

    G, H u I

    Negozju bl-ingrossa u bl-imnut, trasport, attivitajiet tal-akkomodazzjoni u tas-servizzi tal-ikel

    J

    Informazzjoni u komunikazzjoni

    K

    Attivitajiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni

    L

    Attivitajiet tal-proprjetà immobbli

    M u N

    Servizzi kummerċjali

    O, P u Q

    Amministrazzjoni pubblika, difiża, edukazzjoni, is-saħħa tal-bnedmin u attivitajiet tal-ħidma soċjali

    R, S, T u U

    Attivitajiet ta' servizzi oħra

    (h)

    is-sitwazzjoni tal-impjieg, jiġi speċifikat jekk il-persuna hix qiegħda jew hix student li mhux parti mill-forza tax-xogħol, jew mhix fil-forza tax-xogħol għal xi raġuni oħra, bil-fakultà li jiġi speċifikat jekk il-persuna hix irtirata, jew ħaditx irtirar bikri, jew ċeditx in-negozju, jew jekk għandhiex xi diżabilità permanenti, jekk hix f'xi servizz militari jew komunitarju obbligatorju, jew qed twettaq servizz komunitarju, hix qed twettaq xi kompiti domestiċi jew jekk hix inattiva għal xi raġuni oħra;

    (i)

    l-okkupazzjoni skont il-Klassifika Internazzjonali Standard tal-Impjiegi (ISCO-08), jiġi speċifikat jekk il-persuna hix ikklassifikata bħala ħaddiem tal-id, ħaddiem mhux tal-id, ħaddiem fl-ICT, ħaddiem mhux fl-ICT u, b'mod fakultattiv, l-okkupazzjonijiet kollha skont l-ISCO-08 b'livell ta' kodifikazzjoni ta' żewġ ċifri.

    E.   Perjodiċità

    Id-dejta stipulata f'dan l-Anness għandha tingħata darba għas-sena 2019.

    F.   Skadenzi għat-trażmissjoni tar-riżultati

    (1)

    Ir-rekords tad-dejta individwali, li ma jippermettux l-identifikazzjoni diretta tal-unitajiet statistiċi kkonċernati, imsemmija fl-Artikolu 6 u fl-Anness II (6) tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandhom jintbagħtu lill-Eurostat sal-5 ta' Ottubru 2019. Sa dakinhar, is-sett tad-dejta għandu jiġi ffinalizzat, ivvalidat u aċċettat.

    (2)

    Il-metadejta msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandha tintbagħat lill-Eurostat sal-31 ta' Mejju 2019.

    (3)

    Ir-rapport tal-kwalità msemmi fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandu jintbagħat lill-Eurostat sal-5 ta' Novembru 2019.

    (4)

    Id-dejta u l-metadejta għandhom jingħataw lill-Eurostat, permezz tas-servizzi tal-Punt Uniku ta' Servizz, skont l-istandard ta' skambju speċifikat mill-Eurostat. Il-metadejta u r-rapport tal-kwalità għandhom jingħataw bl-istruttura tal-metadejta standard iddefinita mill-Eurostat.

    Top