EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R1624

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1624 tat-23 ta' Ottubru 2018 li jistabbilixxi l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' proċeduri u formoli u mudelli standard għall-forniment ta' informazzjoni għall-finijiet ta' pjanijiet ta' riżoluzzjoni għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti tal-investiment skont id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1066 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

C/2018/6841

ĠU L 277, 7.11.2018, p. 1–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 24/03/2022

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1624/oj

7.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1624

tat-23 ta' Ottubru 2018

li jistabbilixxi l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' proċeduri u formoli u mudelli standard għall-forniment ta' informazzjoni għall-finijiet ta' pjanijiet ta' riżoluzzjoni għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti tal-investiment skont id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1066

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(3) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1066 (2) jispeċifika l-proċedura u jintroduċi sett minimu ta' mudelli għall-forniment ta' informazzjoni lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni minn istituzzjonijiet ta' kreditu jew ditti tal-investiment (“istituzzjonijiet”) għall-fini tat-tfassil u l-implimentazzjoni ta' pjanijiet ta' riżoluzzjoni għall-istituzzjonijiet. Mill-adozzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1066 'il hawn, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni kisbu esperjenza fil-qasam tal-ippjanar tar-riżoluzzjoni. Fid-dawl ta' din l-esperjenza, huwa meħtieġ li jiġi aġġornat is-sett minimu ta' mudelli għall-ġbir ta' informazzjoni għal skopijiet ta' ppjanar tar-riżoluzzjoni.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1066 għandu wkoll l-għan li jfassal il-proċedura u s-sett minimu ta' mudelli għall-forniment ta' informazzjoni lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni mill-istituzzjonijiet b'tali mod li jippermetti lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni li jiġbru dik l-informazzjoni b'mod konsistenti fl-Unjoni u li jiffaċilitaw l-iskambju ta' informazzjoni fost l-awtoritajiet rilevanti. Madankollu, l-esperjenza wriet li approċċ armonizzat għall-ġbir ta' dik l-informazzjoni nkiseb biss parzjalment. Għaldaqstant huwa neċessarju li jkun żgurat li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jiġbru nukleu minimu ta' informazzjoni dwar istituzzjoni jew grupp fl-Unjoni fuq bażi regolari. Dan ma jipprevjenix lill-awtorità ta' riżoluzzjoni milli tiġbor xi informazzjoni addizzjonali li tqis neċessarji biex tfassal u timplimenta pjanijiet ta' riżoluzzjoni jew biex tiddetermina, kif stabbilit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/59/UE, obbligi ssimplifikati ta' informazzjoni.

(3)

Sabiex ikun żgurat li l-pjanijiet ta' riżoluzzjoni jkunu bbażati fuq sett minimu ta' data ta' preċiżjoni u kwalità konsistentement għolja, l-attributi ta' data stabbiliti fil-mudell ta' rapportar introdotti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1066 jenħtieġ li jkunu trasformati f'formola unika tal-punti ta' data, skont il-prassi fir-rapportar superviżorju. Il-formola unika tal-punti ta' data jenħtieġ li tkun tikkonsisti minn rappreżentazzjoni strutturata tal-attributi ta' data, u tidentifika l-kunċetti kummerċjali rilevanti kollha għall-finijiet ta' rapportar uniformi għall-ippjanar tar-riżoluzzjoni u jenħtieġ li jkollha l-ispeċifikazzjonijiet kollha rilevanti neċessarji għal żvilupp ulterjuri ta' soluzzjonijiet uniformi ta' rapportar tal-IT.

(4)

Sabiex titħares il-kwalità, il-konsistenza u l-preċiżjoni tal-attributi ta' data rrappurtati mill-istituzzjonijiet, jenħtieġ li l-attributi ta' data jkunu soġġetti għal regoli komuni ta' validazzjoni.

(5)

Minħabba n-natura proprja tagħhom, ir-regoli ta' validazzjoni u d-definizzjonijiet tal-punti tad-data huma aġġornati b'mod regolari sabiex jiġi żgurat li jikkonformaw, f'kull ħin, mar-rekwiżiti applikabbli regolatorji, analitiċi u tat-teknoloġija tal-informatika. Madankollu, iż-żmien attwalment meħtieġ sabiex jiġu adottati u ppubblikati l-formola unika tal-punti ta' data u r-regoli ta' validazzjoni fid-dettall ifisser li mhuwiex possibbli li jsiru modifiki b'mod malajr biżżejjed u f'waqtu li jkun jiżgura forniment permanenti ta' informazzjoni uniformi rigward il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni fl-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji kwalitattivi stretti għall-formola unika tal-punti ta' data u għar-regoli komuni ta' validazzjoni li se jiġu ppubblikati b'mod elettroniku mill-Awtorità Bankarja Ewropea fuq is-sit web tagħha.

(6)

F'konformità mal-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2014/59/UE, l-awtoritajiet kompetenti u ta' riżoluzzjoni jenħtieġ li jikkooperaw sabiex jimminimizzaw ir-rekwiżiti ta' informazzjoni duplikata. Għal dan l-iskop, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1066 jintroduċi proċedura ta' kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u ta' riżoluzzjoni, li jenħtieġ tinżamm sabiex l-awtoritajiet kompetenti u ta' riżoluzzjoni jivverifikaw konġuntament jekk l-informazzjoni rikjesta kollha jew parti minnha tinsabx diġà għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti. Meta l-informazzjoni tkun għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti, ikun jixraq li din tittrażmettiha direttament lill-awtorità ta' riżoluzzjoni.

(7)

Meta wieħed iqis il-portata tal-emendi neċessarji għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1066, huwa ppreferut, għal raġunijiet ta' ċarezza u ċertezza tad-dritt, li jiġi adottat Regolament ta' Implimentazzjoni ġdid u, għaldaqstant, li jitħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1066.

(8)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni ppreżentati mill-ABE lill-Kummissjoni.

(9)

L-EBA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-istandards tekniċi ta' implementazzjoni li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f'konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistipula standards tekniċi ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw proċeduri u sett minimu ta' mudelli standard għall-preżentazzjoni, lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, ta' informazzjoni neċessarja għat-tfassil u għall-implimentazzjoni ta' pjanijiet ta' riżoluzzjoni individwali, f'konformità mal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2014/59/UE, u pjanijiet ta' riżoluzzjoni għal grupp f'konformità mal-Artikolu 13 ta' dik id-Direttiva.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“entità ta' riżoluzzjoni” tfisser waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

entità stabbilita fl-Unjoni, li hija identifikata mill-awtorità ta' riżoluzzjoni f'konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/59/UE bħala entità fir-rigward ta' liema l-pjan ta' riżoluzzjoni jipprevedi azzjoni ta' riżoluzzjoni; jew

(b)

istituzzjoni li mhijiex parti minn grupp soġġett għal superviżjoni fuq bażi konsolidata skont l-Artikoli 111 u 112 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), fir-rigward ta' liema, il-pjan ta' riżoluzzjoni mfassal skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2014/59/UE jipprevedi azzjoni ta' riżoluzzjoni;

(2)

“grupp ta' riżoluzzjoni” tfisser waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

entità ta' riżoluzzjoni u s-sussidjarji tagħha li mhumiex:

(i)

entitajiet ta' riżoluzzjoni minnhom infushom; jew

(ii)

sussidjarji ta' entitajiet ta' riżoluzzjoni oħra; jew

(iii)

entitajiet stabbilit f'pajjiż terz li mhumiex inklużi fil-grupp ta' riżoluzzjoni f'konformità mal-pjan ta' riżoluzzjoni u s-sussidjarji tagħhom;

(b)

istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati b'mod permanenti ma' korp ċentrali, il-korp ċentrali u kull istituzzjoni taħt il-kontroll tal-korp ċentrali meta waħda minn dawk l-entitajiet tkun entità ta' riżoluzzjoni;

(3)

“istituzzjoni fi grupp” tfisser entità fi grupp li tkun istituzzjoni ta' kreditu jew ditta tal-investiment;

(4)

“entità ġuridika rilevanti” tfisser entità fi grupp li jew:

(a)

tipprovdi funzjonijiet kritiċi; jew

(b)

tirrappreżenta jew tipprovdi aktar minn 5 % ta' kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju tal-grupp, imsemmi fl-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5);

(ii)

il-miżura tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ tal-grupp, imsemmija fl-Artikolu 429(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(iii)

l-introjtu operatorju tal-grupp fuq bażi konsolidata.

Artikolu 3

Forniment ta' informazzjoni ewlenija għall-iskop ta' pjanijiet ta' riżoluzzjoni individwali jew għal grupp

1.   L-istituzzjonijiet, u fil-każ ta' gruppi, l-impriżi omm tal-Unjoni, għandhom jippreżentaw lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni direttament jew inkella permezz tal-awtorità kompetenti, l-informazzjoni speċifikata fil-mudelli stabbiliti fl-Anness I f'konformità mal-livell ta' konsolidazzjoni tal-informazzjoni, frekwenza u format stabbiliti rispettivament fl-Artikoli 4, 5 u 6, u billi jimxu mal-istruzzjonijiet stabbilit fl-Anness II.

2.   Meta awtorità ta' riżoluzzjoni jew, fil-każ ta' gruppi, awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp, tapplika obbligi ssimplifikati f'konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/59/UE, din għandha tgħarraf lill-istituzzjonijiet jew lill-impriżi omm tal-Unjoni kkonċernati liema informazzjoni ma hemmx għalfejn li tiddaħħal fil-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Għandha tidentifika dik l-informazzjoni b'riferiment għall-mudelli stabbilit fl-Anness I.

Artikolu 4

Livell ta' konsolidazzjoni tal-informazzjoni

1.   L-istituzzjonijiet li mhumiex parti minn grupp għandhom jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(1), għajr għall-informazzjoni msemmija fil-mudelli Z 07.02 u Z 04.00 tal-Anness I, fuq bażi individwali.

2.   Fil-każ ta' gruppi, l-impriżi omm tal-Unjoni għandhom jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) f'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-informazzjoni speċifikata fil-mudell Z 01.00 tal-Anness I f'rabta ma' dan li ġej:

(i)

entitajiet fi grupp inklużi fir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħhom li jaqbżu 0,5 % tal-assi totali jew l-obbligazzjonijiet totali tal-grupp;

(ii)

istituzzjonijiet ta' grupp li jaqbżu 0,5 % tal-ammont totali tal-iskopertura tar-riskju jew 0,5 % tat-total tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-grupp abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-impriża omm tal-Unjoni;

(iii)

entitajiet fi grupp li jipprovdu funzjonijiet kritiċi;

(b)

l-informazzjoni speċifikata fil-mudelli Z 02.00 u Z 03.00 tal-Anness I:

(i)

fil-livell tal-impriża omm tal-Unjoni jew, meta differenti, fil-livell ta' kull entità ta' riżoluzzjoni fuq bażi;

(ii)

fil-livell ta' kull istituzzjoni ta' grupp li tkun entità ġuridika rilevanti u ma taqax fil-kamp ta' applikazzjoni tal-punt (i), fuq bażi individwali, għajr f'dawk il-każijiet li fihom l-awtorità ta' riżoluzzjoni tkun irrinunzjat għalkollox l-applikazzjoni tar-rekwiżit minimu individwali għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 45(11) jew (12) tad-Direttiva 2014/59/UE għal dik l-istituzzjoni;

(iii)

fil-livell tal-impriża omm tal-Unjoni fuq bażi konsolidata jew, meta differenti, fil-livell ta' kull entità ta' riżoluzzjoni abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-grupp ta' riżoluzzjoni;

(c)

l-informazzjoni speċifikata fil-mudell Z 04.00 tal-Anness I f'rabta mal-interkonnessjonijiet finanzjarji bejn l-entitajiet ġuridiċi kollha rilevanti;

(d)

l-informazzjoni speċifikata fil-mudelli Z 05.01 u Z 05.02 tal-Anness I:

(i)

fil-livell tal-impriża omm tal-Unjoni jew, meta differenti, fil-livell ta' kull entità ta' riżoluzzjoni fuq bażi;

(ii)

fil-livell tal-impriża omm tal-Unjoni fuq bażi konsolidata jew, meta differenti, fil-livell ta' kull entità ta' riżoluzzjoni abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-grupp ta' riżoluzzjoni;

(e)

l-informazzjoni speċifikata fil-mudell Z 06.00 tal-Anness I fil-livell tal-impriża omm tal-Unjoni fuq bażi konsolidata, f'rabta mal-istituzzjonijiet kollha ta' kreditu li jkunu entitajiet ġuridiċi rilevanti;

(f)

l-informazzjoni speċifikata fil-mudell Z 07.01 tal-Anness I, separatament għal kull Stat Membru li fih jopera l-grupp;

(g)

l-informazzjoni speċifikata fil-mudell Z 07.02 u Z 07.03 u Z 07.04 tal-Anness I f'rabta mal-funzjonijiet kritiċi u l-linji ta' negozju ewlenin provduti minn kwalunkwe entità fi grupp;

(h)

l-informazzjoni speċifikata fil-mudell Z 08.00 tal-Anness I, f'rabta mas-servizzi kritiċi kollha provduti lil kwalunkwe entità fi grupp inkluża fil-mudell Z 01.00 tal-Anness I;

(i)

l-informazzjoni speċifikata fil-mudell Z 09.00 tal-Anness I f'rabta mal-infrastrutturi kollha tas-swieq finanzjarji, li kull xkiel tagħhom ikun jimpedixxi serjament jew jipprevjeni t-twettiq ta' kwalunkwe funzjoni kritika identifikata fil-mudell Z 07 02;

(j)

l-informazzjoni speċifikata fil-mudell Z 10.01 u Z 10.02 tal-Anness I f'rabta mas-sistemi kollha ta' informazzjoni kritika fil-grupp.

Artikolu 5

Frekwenza, dati ta' referenza u data ta' rimessa

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) sa mhux aktar tard mit-30 ta' April ta' kull sena fir-rigward tal-aħħar jum tas-sena kalendarja preċedenti jew tas-sena finanzjarja rilevanti. Jekk il-30 ta' April ma jkunx jum tax-xogħol, l-informazzjoni għandha tingħata fil-jum tax-xogħol ta' wara.

2.   L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jipprovdu d-dettalji ta' kuntatt neċessarji ta' fejn għandha tingħata l-informazzjoni fl-awtorità ta' riżoluzzjoni jew, meta applikabbli, fl-awtorità kompetenti.

3.   L-istituzzjonijiet jistgħu jibagħtu ċifri mhux awditjati. Meta ċ-ċifri awditjati jiddevjaw minn ċifri mhux awditjati preżentati, iċ-ċifri awditjati riveduti għandhom jiġu preżentati mingħajr dewmien żejjed. Ċifri mhux awditjati jkunu ċifri li ma rċevewx opinjoni ta' awditur estern filwaqt li ċifri awditjati jkunu ċifri awditjati minn awditur estern li jesprimi opinjoni tal-awditjar.

4.   Il-korrezzjonijiet għar-rapporti ppreżentati għandhom jiġu ppreżentati mingħajr dewmien żejjed.

Artikolu 6

Format għall-preżentazzjoni ta' informazzjoni

1.   L-istituzzjonijiet jew, fil-każ ta' gruppi, impriżi omm tal-Unjoni, għandhom jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) fil-formati u rappreżentazzjonijiet tal-iskambju tad-data speċifikati mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, u għandhom jirrispettaw id-definizzjonijiet ta' punti ta' data inklużi fil-formola unika tal-punti ta' data speċifikata fl-Anness III u r-regoli ta' validazzjoni msemmija fl-Anness IV, kif ukoll l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:

(a)

informazzjoni mhux meħtieġa jew mhux applikabbli ma għandhiex tiġi inkluża fi preżentazzjoni ta' data;

(b)

il-valuri numeriċi għandhom jiġu ppreżentati bħala fatti skont dan li ġej:

(i)

punti ta' data bit-tip ta' data“Ammont monetarju” għandhom jiġu rrapportati bl-użu ta' preċiżjoni minima ekwivalenti għal eluf ta' unitajiet;

(ii)

punti ta' data bit-tip ta' data“Perċentwali” għandhom jiġu espressi bħala unità bi preċiżjoni minima ekwivalenti għal erba' ċifri deċimali;

(iii)

punti ta' data bit-tip ta' data“Integer” għandhom jiġu rrapportati bla deċimali u bi preċiżjoni ekwivalenti għal unitajiet.

2.   Id-data ppreżentata mill-istituzzjonijiet jew, fil-każ ta' gruppi minn impriżi omm tal-Unjoni, għandha tiġi assoċjata mal-informazzjoni li ġejja:

(a)

id-data ta' referenza għall-preżentazzjoni;

(b)

il-munita tar-rapportar;

(c)

standards kontabilistiċi applikabbli;

(d)

identifikatur tal-entità li tirrapporta;

(e)

livell ta' konsolidazzjoni tal-informazzjoni f'konformità mal-Artikolu 4.

Artikolu 7

Forniment ta' informazzjoni addizzjonali għall-iskop ta' pjanijiet ta' riżoluzzjoni individwali jew għal grupp

1.   Meta awtorità ta' riżoluzzjoni jew awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp tqis informazzjoni mhux koperta minn xi mudell stabbilit fl-Anness I bħala neċessarja għall-iskopijiet tat-tfassil u tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni, jew meta l-format li fih tingħata informazzjoni addizzjonali mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 8(2) ma jkunx adattat għall-iskopijiet tat-tfassil jew tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha titlob tali informazzjoni mill-istituzzjoni jew mill-impriża omm tal-Unjoni.

2.   Għall-iskopijiet tat-talba skont il-paragrafu 1, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha:

(a)

tidentifika l-informazzjoni addizzjonali li trid tingħata;

(b)

tispeċifika, filwaqt li tqis il-volum u l-kumplessità tal-informazzjoni rikjesta, il-perjodu ta' żmien adattat li fih l-istituzzjoni jew, fil-każ ta' gruppi, l-impriża omm tal-Unjoni, għandha tipprovdi l-informazzjoni lill-awtorità ta' riżoluzzjoni;

(c)

tispeċifika l-format li għandu jintuża mill-istituzzjonijiet jew, fil-każ ta' gruppi, minn impriżi omm tal-Unjoni sabiex tingħata l-informazzjoni lill-awtorità ta' riżoluzzjoni;

(d)

tispeċifika jekk l-informazzjoni għandhiex timtela fuq bażi individwali jew fil-livell ta' grupp u jekk l-ambitu tagħha huwiex lokali, mifrux fl-Unjoni jew globali;

(e)

tipprovdi d-dettalji ta' kuntatt neċessarji għall-iskopijiet ta' għoti ta' informazzjoni addizzjonali.

Artikolu 8

Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni

1.   L-awtoritajiet kompetenti u ta' riżoluzzjoni għandhom jivverifikaw konġuntament jekk l-informazzjoni kollha jew parti minnha li trid tingħata lill-awtorità ta' riżoluzzjoni skont l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 7is hijiex diġà disponibbli għall-awtorità kompetenti.

2.   Meta l-informazzjoni kollha jew parti minnha tkun diġà disponibbli għall-awtorità kompetenti, dik l-awtorità għandha tipprovdi din l-informazzjoni lill-awtorità ta' riżoluzzjoni b'mod f'waqtu.

3.   Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 2, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jew, fil-każijiet ta' gruppi, l-impriżi omm tal-Unjoni, ikunu akkonoxxenza tal-informazzjoni li hemm bżonn li tkun inkluża fil-preżentazzjoni tal-informazzjoni skont l-Artikolu 3(1). Għandhom jidentifikaw dik l-informazzjoni b'riferiment għall-mudelli stabbilit fl-Anness I.

Artikolu 9

Perjodu ta' tranżizzjoni

1.   Permezz ta' deroga mill-Artikolu 5(1), għal sena finanzjarja li tintemm f'data bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru 2018, id-data ta' rimessa għandha tkun mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju 2019.

2.   Permezz ta' deroga mill-Artikolu 5(1), għal sena finanzjarja li tintemm f'data bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru 2019, id-data ta' rimessa għandha tkun mhux aktar tard mit-30 ta' April 2020.

Artikolu 10

Tħassir

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1066 jitħassar.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Ottubru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1066 tas-17 ta' Ġunju 2016 li jistabbilixxi l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' proċeduri, formoli u mudelli standard għall-forniment ta' informazzjoni għall-fini tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment skont id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 181, 6.7.2016, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(4)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).


ANNESS I

MUDELL TA' RIŻOLUZZJONI

Numru tal-mudell

Kodiċi tal-mudell

Isem tal-mudell jew tal-grupp ta' mudelli

Isem fil-qosor

 

 

INFORMAZZJONI DWAR L-ENTITÀ, L-ISTRUTTURA TAL-GRUPP U D-DIPENDENZI

 

1

Z 01.00

Struttura organizzazzjonali

ORG

 

 

INFORMAZZJONI DWAR L-ENTRATI LI JIDHRU FIL-KARTA BILANĊJALI U ENTRATI LI MA JIDHRUX

 

2

Z 02.00

Struttura tal-Obbligazzjonijiet

LIAB

3

Z 03.00

Rekwiżiti ta' fondi proprji

OWN

4

Z 04.00

Interkonnessjonijiet finanzjarji intragrupp

IFC

5,1

Z 05.01

Kontropartijiet ewlenin (Obbligazzjonijiet)

MCP 1

5,2

Z 05.02

Kontropartijiet ewlenin (ma jidhrux fil-karta bilanċjali)

MCP 2

6

Z 06.00

Assigurazzjoni ta' depożitu

DIS

 

 

LINJI TA' NEGOZJU EWLENIN, FUNZJONIJIET KRITIĊI U SISTEMI TA' INFORMAZZJONI RELATATI U INFRASTRUTTURI TAS-SWIEQ FINANZJARJI

 

 

 

Funzjonijiet kritiċi u linji ta' negozju ewlenin

 

7,1

Z 07.01

Valutazzjoni tal-kritiċità tal-funzjonijiet ekonomiċi

FUNC 1

7,2

Z 07.02

Immappjar tal-funzjonijiet kritiċi mal-entitajiet ġuridiċi

FUNC 2

7,3

Z 07.03

Immappjar ta' linji ta' negozju ewlenin mal-entitajiet ġuridiċi

FUNC 3

7,4

Z 07.04

Immappjar tal-funzjonijiet kritiċi mal-linji ta' negozju ewlenin

FUNC 4

8

Z 08.00

Servizzi kritiċi

SERV

 

 

Servizzi FMI - fornituri u utenti

 

9

Z 09.00

Servizzi FMI Kritiċi - Fornituri u Utenti - Immappjar ma' Funzjonijiet Kritiċi (FMI)

FMI 1

 

 

Sistemi ta' informazzjoni

 

10,1

Z 10.01

Sistemi ta' informazzjoni kritiċi (Informazzjoni Ġenerali)

CIS 1

10,2

Z 10.02

Immappjar tas-sistemi ta' informazzjoni

CIS 2


Z 01.00 - Struttura organizzazzjonali (ORG)

Entità

Kumpanija Omm Diretta

Isem

Kodiċi

Kodiċi LEI

Tip ta' Entità

Pajjiż

Inkluża fil-konsolidament prudenzjali

Rinunzja Art. 7 CRR

Art. 10 Rinunzja CRR

Assi totali

L-Ammont Totali tal-Iskopertura għar-Riskju

Skopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ

Standard kontabilistiku

Kontribuzzjoni għall-assi konsolidati totali

Kontribuzzjoni għall-ammont totali konsolidat ta' skopertura għar-riskju

Kontribuzzjoni għall-Iskopertura Konsolidata tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ

Entità ġuridika rilevanti

Isem

Kodiċi

Kodiċi LEI

Kapital tal-Ishma

Drittijiet tal-vot fl-entità

0010

0020

0030

0040

0050

0060

0070

0080

0090

0100

0110

0120

0130

0140

0150

0160

0170

0180

0190

0200

0210

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Z 02.00 - Struttura tal-Obbligazzjonijiet (LIAB)

 

Kontroparti

TOTAL

 

Unitajiet domestiċi

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (SMEs)

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (non-SMEs)

Istituzzjonijiet ta' kreditu

Korporazzjonijiet finanzjarji oħra

Il-Gvernijiet ġenerali u l-Banek ċentrali

Mhux identifikata, ikkwotata f'ċentru tan-negozjar

Mhux identifikata, mhux ikkwotata f'ċentru tan-negozjar

li minnhom: intragrupp

li minnhom: obbligazzjonijiet irregolati mil-liġi ta' pajjiż terz, bl-esklużjoni ta' intragrupp

Ringiela

Entrata

0010

0020

0030

0040

0050

0060

0070

0080

0090

0100

0110

0100

OBBLIGAZZJONIJIET ESKLUŻI MIR-RIKAPITALIZZAZZJONI INTERNA

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0110

Depożiti koperti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0120

Obbligazzjonijiet garantiti – parti kollateralizzata

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0130

Obbligazzjonijiet lejn klijenti, jekk protetti fl-insolvenza

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0140

Obbligazzjonijiet fiduċjarji, jekk protetti fl-insolvenza

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0150

Obbligazzjonijiet għal istituzzjonijiet < 7 ijiem

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0160

Obbligazzjonijiet għal (operaturi ta') sistemi < 7 ijiem

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0170

Obbligazzjonijiet għal impjegati

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0180

Obbligazzjonijiet kritiċi għat-tħaddim operazzjonali ta' kuljum

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0190

Obbligazzjonijiet lejn awtoritajiet tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali, jekk ippreferuti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0200

Obbligazzjonijiet lejn l-iSGD

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0300

OBBLIGAZZJONIJIET MHUX ESKLUŻI MIR-RIKAPITALIZZAZZJONI INTERNA

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0310

Depożiti, mhux koperti iżda preferenzjali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0311

li minnhom: maturità residwa <= xahar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0312

li minnhom: maturità residwa > xahar < sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0313

li minnhom: maturità residwa >= sena u < sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0314

li minnhom: maturità residwa >= sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0320

Depożiti, mhux koperti u mhux preferenzjali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0321

li minnhom: maturità residwa <= xahar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0322

li minnhom: maturità residwa > xahar < sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0323

li minnhom: maturità residwa >= sena u < sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0324

li minnhom: maturità residwa >= sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0330

Obbligazzjonijiet skont il-karta bilanċjali li jirriżultaw mid-derivattivi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0331

It-total tal-pożizzjonijiet ta' obbligazzjonijiet netti bil-kunsiderazzjoni tas-settijiet tan-netting kuntrattwali, wara l-aġġustament tal-ipprezzar skont il-valur fis-suq, qabel it-tpaċija tal-kollateral

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0332

It-total tal-pożizzjonijiet ta' obbligazzjonijiet netti bil-kunsiderazzjoni tas-settijiet tan-netting kuntrattwali, wara l-aġġustament tal-ipprezzar skont il-valur fis-suq, wara t-tpaċija tal-kollateral

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0333

It-total tal-pożizzjonijiet ta' obbligazzjonijiet netti bil-kunsiderazzjoni tas-settijiet tan-netting kuntrattwali, wara l-aġġustament tal-ipprezzar skont il-valur fis-suq, wara t-tpaċija tal-kollateral, u filwaqt li jiġu inkorporati l-ammonti stmati tal-close-out

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0334

It-total tal-pożizzjonijiet ta' obbligazzjonijiet netti bil-kunsiderazzjoni tar-regoli tan-netting prudenzjali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0340

Obbligazzjonijiet garantiti mhux ikkollateralizzati

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0341

li minnhom: maturità residwa <= xahar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0342

li minnhom: maturità residwa > xahar < sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0343

li minnhom: maturità residwa >= sena u < sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0344

li minnhom: maturità residwa >= sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0350

Noti strutturati

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0351

li minnhom: maturità residwa <= xahar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0352

li minnhom: maturità residwa > xahar < sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0353

li minnhom: maturità residwa >= sena u < sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0354

li minnhom: maturità residwa >= sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0360

Obbligazzjonijiet prijoritarji mhux garantiti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0361

li minnhom: maturità residwa <= xahar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0362

li minnhom: maturità residwa > xahar < sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0363

li minnhom: maturità residwa >= sena u < sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0364

li minnhom: maturità residwa >= sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0365

Obbligazzjonijiet prijoritarji mhux bi preferenza

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0366

li minnhom: maturità residwa <= xahar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0367

li minnhom: maturità residwa > xahar < sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0368

li minnhom: maturità residwa >= sena u < sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0369

li minnhom: maturità residwa >= sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0370

Obbligazzjonijiet subordinati (mhux rikonoxxuti bħala fondi proprji)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0371

li minnhom: maturità residwa <= xahar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0372

li minnhom: maturità residwa > xahar < sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0373

li minnhom: maturità residwa >= sena u < sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0374

li minnhom: maturità residwa >= sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0380

Obbligazzjonijiet eliġibbli għall-MREL oħra

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0381

li minnhom: maturità residwa >= sena u < sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0382

li minnhom: maturità residwa >= sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0390

Obbligazzjonijiet mhux finanzjarji

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0400

Obbligazzjonijiet residwali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0500

FONDI PROPRJI

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0510

Kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0511

li minnu: strumenti ta' kapital/kapital tal-ishma

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0512

li minnu: strumenti kklassifikati pari passu mal-ishma ordinarji

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0520

Kapital ta' Grad 1 Addizzjonali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0521

li minnu: (parti minn) obbligazzjonijiet subordinati rikonoxxuti bħala fondi proprji

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0530

Kapital tal-Grad 2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0531

li minnu: (parti minn) obbligazzjonijiet subordinati rikonoxxuti bħala fondi proprji

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0600

L-OBBLIGAZZJONIJIET U L-FONDI PROPRJI TOTALI INKLUŻI L-OBBLIGAZZJONIJIET DERIVATTIVI

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Z 03.00 - Rekwiżiti ta' fondi proprji (OWN)

 

Ammont jew Perċentwal

0010

L-AMMONT TOTALI TAL-ISKOPERTURA GĦAR-RISKJU

0100

 

Kontribuzzjoni għall-ammont totali konsolidat ta' skopertura għar-riskju

0110

 

KAPITAL INIZJALI U REKWIŻIT TAL-PROPORZJON TA' INGRANAĠĠ

 

 

Kapital inizjali

0210

 

Rekwiżit tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ

0220

 

IL-PROPORZJON TOTALI TA' REKWIŻIT TA' KAPITAL SREP (TSCR)

0300

 

TSCR: li jrid ikun jikkonsisti minn kapital CET1

0310

 

TSCR: li jrid ikun jikkonsisti minn kapital tal-Grad 1

0320

 

REKWIŻITI TA' BAFER KOMBINAT

0400

 

Bafer ta' Konservazzjoni tal-Kapital

0410

 

Bafer ta' konservazzjoni dovut għal riskju makroprudenzjali jew sistemiku identifikat fil-livell ta' Stat Membru

0420

 

Bafer Kapitali Kontroċikliku Speċifiku għall-Istituzzjoni

0430

 

Bafer tar-Riskju Sistemiku

0440

 

Bafer ta' Istituzzjoni Globali Sistematikament Importanti

0450

 

Bafer ieħor ta' Istituzzjoni Sistemikament Importanti

0460

 

Proporzjon tar-rekwiżit kapitali kumplessiv (OCR)

0500

 

OCR: li jrid ikun jikkonsisti minn kapital CET1

0510

 

OCR: li jrid ikun jikkonsisti minn kapital tal-Grad 1

0520

 

OCR u Gwida dwar il-Pilastru 2 (P2G)

0600

 

OCR u P2G: li jrid ikun jikkonsisti minn kapital CET1

0610

 

OCR u P2G: li jrid ikun jikkonsisti minn kapital tal-Grad 1

0620

 


Z 04.00 - Interkonnessjonijiet finanzjarji intragrupp (IFC)

Emittent jew entità garantita

Kreditur, detentur jew fornitur ta' garanzija

Interkonnessjoni finanzjarja

Isem tal-entità

Kodiċi

Isem tal-entità

Kodiċi

Tip

Ammont pendenti

 

li minnu maħruġ skont liġi ta' pajjiż terz

li minnu eliġibbli għall-MREL

0010

0020

0030

0040

0050

0060

0070

0080

 

 

 

 

 

 

 

 


Z 05.01 - Kontropartijiet Ewlenin ta' Obbligazzjonijiet (MCP 1)

Kontroparti

Tip

Ammont pendenti

Isem tal-entità

Kodiċi

Grupp jew individwali

Pajjiż

Settur

0010

0020

0030

0040

0050

0060

0070

 

 

 

 

 

 

 


Z 05.02 – Kontropartijiet ewlenin li ma jidhrux fil-karta bilanċjali (MCP 2)

Kontroparti

Tip

Ammont

Isem tal-entità

Kodiċi

Grupp jew individwali

Pajjiż

Settur

0010

0020

0030

0040

0050

0060

0070

 

 

 

 

 

 

 


Z 06.00 - Assigurazzjoni ta' depożitu (DIS)

Entità Ġuridika

Sħubija SGD

Skema ta' Protezzjoni Istituzzjonali

Protezzjoni addizzjonali skont skema kuntrattwali

Isem tal-entità

Kodiċi

SGD

Ammont ta' depożiti koperti

0010

0020

0030

0040

0050

0060

 

 

 

 

 

 


Z 07.01 - Valutazzjoni tal-kritiċità tal-funzjonijiet ekonomiċi (FUNC 1)

Pajjiż:

 

 

 

Ringiela

Funzjonijiet ekonomiċi

Data kwantitattiva

Valutazzjoni tal-Kritiċità

ID

Funzjoni ekonomika

Deskrizzjoni ta' funzjoni ekonomika

Sehem mis-suq

Ammont monetarju

Indikatur numeriku

Impatt fuq is-suq

Sostitwibbiltà

Funzjoni Kritika

 

 

0010

0020

0030

0040

0050

0060

0070

 

1

Depożiti

0010

1,1

Unitajiet domestiċi

 

 

 

 

 

 

 

0020

1,2

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji - SMEs

 

 

 

 

 

 

 

0030

1,3

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji - non-SMEs

 

 

 

 

 

 

 

0040

1,4

Gvernijiet Ġenerali

 

 

 

 

 

 

 

0050

1,5

Setturi / kontropartijiet oħra (1)

 

 

 

 

 

 

 

0060

1,6

Setturi / kontropartijiet oħra (2)

 

 

 

 

 

 

 

0070

1,7

Setturi / kontropartijiet oħra (2)

 

 

 

 

 

 

 

 

2

Għoti ta' self

0080

2,1

Unitajiet domestiċi – għoti ta' self għal akkwist ta' dar

 

 

 

 

 

 

 

0090

2,2

Unitajiet domestiċi – self ieħor

 

 

 

 

 

 

 

0100

2,3

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji - SMEs

 

 

 

 

 

 

 

0110

2,4

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji - non-SMEs

 

 

 

 

 

 

 

0120

2,5

Gvernijiet Ġenerali

 

 

 

 

 

 

 

0130

2,6

Setturi / kontropartijiet oħra (1)

 

 

 

 

 

 

 

0140

2,7

Setturi / kontropartijiet oħra (2)

 

 

 

 

 

 

 

0150

2,8

Setturi / kontropartijiet oħra (3)

 

 

 

 

 

 

 

 

3

Servizzi ta' Pagamenti, Kontanti, Saldu, Ikklerjar, Kustodja

0160

3,1

Servizzi ta' pagament lill-MFIs

 

 

 

 

 

 

 

0170

3,2

Servizzi ta' pagament lil non-MFIs

 

 

 

 

 

 

 

0180

3,3

Servizzi ta' kontanti

 

 

 

 

 

 

 

0190

3,4

Servizzi ta' saldu tat-titoli

 

 

 

 

 

 

 

0200

3,5

Servizzi tal-ikklerjar ta' CCPs

 

 

 

 

 

 

 

0210

3,6

Servizzi ta' kustodja

 

 

 

 

 

 

 

0220

3,7

Servizzi / attivitajiet / funzjonijiet oħra (1)

 

 

 

 

 

 

 

0230

3,8

Servizzi / attivitajiet / funzjonijiet oħra (2)

 

 

 

 

 

 

 

0240

3,9

Servizzi / attivitajiet / funzjonijiet oħra (3)

 

 

 

 

 

 

 

 

4

Swieq tal-Kapital

0250

4,1

Derivattivi miżmuma għan-negozju - OTC

 

 

 

 

 

 

 

0260

4,2

Derivattivi miżmuma għan-negozju - mhux OTC

 

 

 

 

 

 

 

0270

4,3

Swieq sekondarji / negozju (miżmuma għan-negozju biss)

 

 

 

 

 

 

 

0280

4,4

Swieq Primarji / sottoskrizzjoni

 

 

 

 

 

 

 

0290

4,5

Servizzi / attivitajiet / funzjonijiet oħra (1)

 

 

 

 

 

 

 

0300

4,6

Servizzi / attivitajiet / funzjonijiet oħra (2)

 

 

 

 

 

 

 

0310

4,7

Servizzi / attivitajiet / funzjonijiet oħra (3)

 

 

 

 

 

 

 

 

5

Finanzjament tal-Operaturi

0320

5,1

Self meħud

 

 

 

 

 

 

 

0330

5,2

Derivattivi (assi)

 

 

 

 

 

 

 

0340

5,3

Għoti ta' self

 

 

 

 

 

 

 

0350

5,4

Derivattivi (obbligazzjonijiet)

 

 

 

 

 

 

 

0360

5,5

Tipi oħra ta' prodott (1)

 

 

 

 

 

 

 

0370

5,6

Tipi oħra ta' prodott (2)

 

 

 

 

 

 

 

0380

5,7

Tipi oħra ta' prodott (3)

 

 

 

 

 

 

 


Z 07.02 - Immappjar tal-funzjonijiet kritiċi skont l-entità ġuridika (FUNC 2)

Funzjonijiet kritiċi

Entità Ġuridika

Importanza monetarja

Pajjiż

ID

Isem tal-entità

Kodiċi

Ammont monetarju

0010

0020

0030

0040

0050

 

 

 

 

 


Z 07.03 - Immappjar tal-Linji ta' Negozju Ewlenin mal-entitajiet ġuridiċi (FUNC 3)

Linja ta' negozju ewlenija

Entità ġuridika

Linja ta' negozju ewlenija

ID tal-Linja ta' Negozju

Deskrizzjoni

Isem tal-entità

Kodiċi

0010

0020

0030

0040

0050

 

 

 

 

 


Z 07.04 - Immappjar tal-funzjonijiet kritiċi mal-linji ta' negozju ewlenin (FUNC 4)

Funzjonijiet kritiċi

Linja ta' negozju ewlenija

Pajjiż

ID tal-funzjoni

Linja ta' negozju ewlenija

ID tal-Linja ta' Negozju

0010

0020

0030

0040

 

 

 

 


Z 08.00 - Servizzi kritiċi (SERV)

Identifikatur

Tip ta' servizz

Id-destinatarju tas-servizzi

Fornitur tas-servizz

Funzjoni kritika

Ħin stmat għas-sostitwibbiltà

Ħin stmat għall-aċċess għall-kuntratti

Liġi regolatorja

Kuntratt b'validità għal riżoluzzjoni

Isem tal-Entità

Kodiċi

Isem tal-Entità

Kodiċi

Parti mill-grupp

Pajjiż

ID

0005

0010

0020

0030

0040

0050

0060

0070

0080

0090

0100

0110

0120

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Z 09.00 – Servizzi FMI Kritiċi - Fornituri u Utenti - Immappjar ma' Funzjonijiet Kritiċi (FMI)

Utent

Funzjoni kritika

Fornitur

Liġi regolatorja

Isem tal-Entità

Kodiċi

Pajjiż

ID

Infrastruttura tas-Swieq Finanzjarji (FMI)

Modalità tal-parteċipazzjoni

Intermedjarju

Deskrizzjoni tas-servizz

Tip ta' Sistema

Isem

Kodiċi FMI

Isem

Kodiċi

0010

0020

0030

0040

0050

0060

0070

0080

0090

0100

0110

0120

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Z 10.01 - Sistemi ta' Informazzjoni kritiċi (Informazzjoni Ġenerali) (CIS 1)

Sistemi ta' informazzjoni kritiċi

Entità fi Grupp Responsabbli mis-Sistema

Sistema Kodiċi ta' Identifikazzjoni

Isem

Tip

Deskrizzjoni

Isem tal-Entità

Kodiċi

0010

0020

0030

0040

0050

0060

 

 

 

 

 

 


Z 10.02 - Immappjar ta' sistemi ta' informazzjoni (CIS 2)

Sistema Kodiċi ta' Identifikazzjoni

Utent tal-Entità fi Grupp tas-Sistema

Servizz kritiku

Funzjoni kritika

Isem tal-Entità

Kodiċi

Identifikatur

Pajjiż

ID

0010

0020

0030

0040

0050

0060

 

 

 

 

 

 


ANNESS II

Struzzjonijiet

I.

Struzzjonijiet ġenerali 24

I.1

Struttura 24

I.2

Referenzi 25

I.3

Standards kontabilistiċi 25

I.4

Ambitu tal-konsolidament 25

I.5

Numerazzjoni u konvenzjonijiet oħra 26

II.

Struzzjonijiet relatati mal-mudell 26

II.1

Z 01.00 - Struttura organizzazzjonali (ORG) 26

II.2

Z 02.00 - Struttura tal-Obbligazzjonijiet (LIAB) 29

II.3

Z 03.00 - Rekwiżiti ta' fondi proprji (OWN) 36

II.4

Z 04.00 - Interkonnessjonijiet finanzjarji intragrupp (IFC) 39

II.5

Z 05.01 u Z 05.02 - Kontropartijiet Ewlenin (MCP) 41

II.6

Z 06.00 - Assigurazzjoni ta' depożitu (DIS) 44

II.7

Funzjonijiet kritiċi u linji ta' negozju ewlenin 47

II.8

Z 08.00 - Servizzi kritiċi (SERV) 55

II.9

Z 09.00 – Servizzi FMI Kritiċi - Fornituri u Utenti - Immappjar ma' Funzjonijiet Kritiċi 59

II.10

Sistemi ta' Informazzjoni Kritiċi 61

I.   Struzzjonijiet ġenerali

I.1   Struttura

1.

Il-qafas jikkonsisti minn 15-il mudell, organizzati fi 3 blokok:

(1)

“Informazzjoni ġenerali”, li tipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-istruttura organizzazzjonali ta' grupp u l-entitajiet tiegħu, id-distribuzzjoni tal-assi u l-ammonti tal-iskopertura tar-riskju. Dan il-blokk jikkonsisti minn mudell “Z 01.00 - Struttura organizzazzjonali (ORG)”

(2)

“Informazzjoni dwar entrati li jidhru fil-karta bilanċjali u entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali” li tipprovdi informazzjoni finanzjarja dwar l-obbligazzjonijiet, il-fondi proprji, il-konnessjonijiet finanzjarji bejn l-entitajiet fi grupp, l-obbligazzjonijiet fil-konfront ta' kontropartijiet ewlenin u entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali riċevuti minn kontropartijiet ewlenin, u assigurazzjoni ta' depożitu. Dan il-blokk jikkonsisti minn 6 mudelli:

(a)

“Z 02.00 - Struttura tal-Obbligazzjonijiet (LIAB)”;

(b)

“Z 03.00 - Rekwiżiti ta' fondi proprji (OWN)”;

(c)

“Z 04.00 - Interkonnessjonijiet finanzjarji intragrupp (IFC)”;

(d)

Żewġ mudelli dwar il-kontropartijiet ewlenin, “Z 05.01 - Kontropartijiet Ewlenin tal-Obbligazzjonijiet (Z-MCP 1)” u “Z 05.02 - Kontropartijiet ewlenin li ma jidhrux fil-karta bilanċjali (Z-MCP 2)”.

(e)

“Z 06.00 - Assigurazzjoni ta' depożitu (Z-DIS)”.

(3)

“Funzjonijiet kritiċi” li jipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-funzjonijiet kritiċi u jimmappjahom ma' entitajiet ġuridiċi, linji ta' negozju ewlenin, servizzi kritiċi, sistemi ta' informazzjoni u infrastrutturi tas-swieq finanzjarji. Dan il-blokk jikkonsisti minn 7 mudelli:

4 mudelli dwar l-identifikazzjoni ta' funzjonijiet kritiċi u l-immappjar tagħhom ma' linji ta' negozju ewlenin u entitajiet fi grupp, “Z 07.01 - Valutazzjoni tal-kritiċità tal-funzjonijiet ekonomiċi (Z-FUNC 1)”, “Z 07.02 - Immappjar tal-funzjonijiet kritiċi mal-entità ġuridika (Z-FUNC 2)”, “Z 07.03 - Immappjar tal-Linji ta' Negozju Ewlenin mal-entità ġuridika (Z-FUNC 3)” u “Z 07.04 - Immappjar tal-funzjonijiet kritiċi mal-linji ta' negozju ewlenin (Z-FUNC 4)”;

“Z 08.00 - Servizzi kritiċi (Z-SERV)”;

“Z 09.00 – Servizzi FMI - Fornituri u Utenti - Immappjar ma' Funzjonijiet Kritiċi (FMI)”;

2 mudelli dwar is-sistemi ta' informazzjoni kritiċi, “Z 10.01 - Sistemi ta' informazzjoni kritiċi (Informazzjoni Ġenerali) (Z-CIS 1)” u “Z 10.02 - Immappjar ta' sistemi ta' informazzjoni (Z-CIS 2)”.

I.2   Referenzi

2.

Għall-finijiet ta' dan l-Anness, għandhom japplikaw l-abbrevjazzjonijiet li ġejjin:

(a)

“BCBS” tfisser il-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali;

(b)

“CPMI” tfisser il-Kumitat dwar l-Infrastrutturi tas-Swieq u l-Pagamenti tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali;

(c)

“FINREP” tfisser mudelli ta' informazzjoni finanzjarja inklużi fl-Annessi III u IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 (1) u struzzjonijiet komplementari inklużi fl-Anness V tal-istess Regolament ta' Implimentazzjoni;

(d)

“COREP (OF)” tfisser l-Annessi I (mudelli) u II (struzzjonijiet) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014;

(e)

“COREP (LR)” tfisser l-Annessi X (mudelli) u XI (struzzjonijiet) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014;

(f)

“FSB” tfisser il-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja;

(g)

“IAS” tfisser Standard Internazzjonali tal-Kontabilità kif definit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2);

(h)

“IFRS” tfisser Standards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju kif definiti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 (2);

(i)

“Kodiċi LEI” tfisser kodiċi ta' Identifikatur ta' Entità Ġuridika maħsub biex tinkiseb identifikazzjoni unika u dinjija tal-partijiet għal tranżazzjonijiet finanzjarji, kif propost mill-Bord għall-Istabilità Finanzjarja (FSB) u approvat mill-G20. Sakemm is-sistema LEI globali tkun operazzjonali għalkollox, il-kontropartijiet qed jiġu assenjati l-kodiċijiet ta' qabel il-LEI minn Unità Operazzjonali Lokali li ġiet approvata mill-Kumitat tas-Sorveljanza Regolatorja (ROC, informazzjoni dettaljata tinsab fuq is-sit web segwenti: www.leiroc.org). Meta kodiċi ta' Identifikatur ta' Entità Ġuridika (kodiċi LEI) ikun jeżisti għal kontroparti partikolari, dan għandu jintuża biex jidentifika dik il-kontroparti;

(j)

“NGAAP” jew “Prinċipji Nazzjonali tal-Kontabilità Ġeneralment Aċċettati” tfisser oqfsa tal-kontabilità nazzjonali żviluppati skont id-Direttiva 86/635/KEE (3).

I.3   Standards kontabilistiċi

3.

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f'dawn l-istruzzjonijiet, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw l-ammonti kollha abbażi tal-qafas kontabilistiku li jużaw għar-rapportar tal-informazzjoni finanzjarja f'konformità mal-Artikoli minn 9 sa 11 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014. L-istituzzjonijiet li ma għandhomx l-obbligu li jirrapportaw l-informazzjoni finanzjarja f'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 għandhom japplikaw ir-regoli tal-qafas kontabilistiku rispettiv tagħhom.

4.

Għall-istituzzjonijiet li jirrapportaw skont l-IFRS, iddaħħlu referenzi għall-IFRS rilevanti.

I.4   Ambitu tal-konsolidament

5.

Dan il-qafas jirreferi, skont il-mudell, għal:

konsolidament abbażi ta' konsolidament kontabilistiku (entitajiet inklużi fir-rapporti finanzjarji konsolidati skont il-qafas kontabilistiku applikabbli);

konsolidament prudenzjali (entitajiet fl-ambitu ta' konsolidament skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4)) fil-livell tal-impriża omm tal-Unjoni;

konsolidament fil-livell tal-entità ta' riżoluzzjoni għall-grupp ta' riżoluzzjoni.

6.

Għal kull mudell, l-istituzzjonijiet għandhom jimxu fuq il-bażi(jiet) ta' konsolidament applikabbli skont l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament.

I.5   Numerazzjoni u konvenzjonijiet oħra

7.

Dawn l-istruzzjonijiet jimxu mal-konvenzjoni dwar it-tikkettar stipulata hawn taħt, meta ssir referenza għall-kolonni, ir-ringieli u ċ-ċelloli tal-mudelli. Dawn il-kodiċijiet numeriċi jintużaw b'mod estensiv fir-regoli ta' validazzjoni.

8.

In-notazzjoni ġenerali segwenti tintuża f'dawn l-istruzzjonijiet biex issir referenza għall-kolonni, ringieli u ċelloli ta' mudell: {Mudell;Ringiela;Kolonna}.

9.

Fil-każ ta' validazzjonijiet f'mudell, li fih jintużaw biss punti ta' data ta' dak il-mudell, in-notazzjonijiet ma jirreferux għal mudell: {Ringiela;Kolonna}.

10.

Fil-każ ta' mudelli b'kolonna waħda biss, issir referenza għar-ringieli biss: {Mudell;Ringiela}.

11.

Jintuża sinjal ta' asterisk biex jesprimi li l-validazzjoni ssir għar-ringieli jew il-kolonni speċifikati qabel.

12.

Meta entrata ta' informazzjoni ma tkunx applikabbli għall-entitajiet li fir-rigward tagħhom jiġi ppreżentat ir-rapport, l-ispazju korrispondenti għandu jitħalla vojt.

13.

Meta dawn l-istruzzjonijiet jirreferu għal kodiċi primarju, din għandha tfisser kolonna jew kombinazzjoni ta' kolonni mfassla biex jidentifikaw unikament ir-ringieli kollha tal-mudell. Kodiċi primarju għandu jkun fih valur uniku għal kull ringiela tal-mudell. Ma jistax ikun fih valur null.

II.   Struzzjonijiet relatati mal-mudell

II.1   Z 01.00 - Struttura organizzazzjonali (ORG)

II.1.1   Kummenti ġenerali

14.

Dan il-mudell jipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-istruttura ġuridika u tas-sjieda tal-grupp. Għandu jiġi ppreżentat mudell uniku f'rabta mal-entitajiet kollha fi grupp li jissodisfaw il-livell limitu minimu stabbilit fl-Artikolu 4(2)(a) ta' dan ir-Regolament. Huma biss l-entitajiet ġuridiċi li għandhom ikunu identifikati f'dan il-mudell.

II.1.2   Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi

Kolonni

Struzzjonijiet

0010-0160

Entità

0010

Isem

Isem tal-entità. Isem uffiċjali kif jidher fl-atti korporattivi, inkluż l-indikazzjoni tal-forma ġuridika.

0020

Kodiċi

Kodiċi tal-entità. Għall-istituzzjonijiet, il-kodiċi għandu jkun il-kodiċi alfanumeriku LEI b'20 figura. Għal entitajiet oħra, il-kodiċi għandu jkun il-kodiċi alfanumeriku LEI b'20 figura, jew jekk ma jkunx disponibbli, kodiċi b'kodifikazzjoni uniformi applikabbli fl-Unjoni, jew jekk ma jkunx disponibbli, kodiċi nazzjonali.

Il-kodiċi għandu jkun uniku u użat b'mod konsistenti fil-mudelli kollha. Il-kodiċi għandu dejjem ikollu valur.

0030

Kodiċi LEI

Kodiċi alfanumeriku LEI b'20 figura tal-entità, meta disponibbli.

0040

Tip ta' Entità

It-tip ta' entità, f'ordni sekwenzjali ta' prijorità, għandu jkun wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

“Istituzzjoni ta' kreditu”

Din il-kategorija għandha tkopri istituzzjonijiet ta' kreditu kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, bl-eċċezzjoni tal-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2013/36/UE (5);

(b)

“Ditta tal-investiment soġġetta għar-rekwiżit ta' kapital inizjali stipulat fl-Artikolu 28(2) tad-Direttiva 2013/36/UE”

Din il-kategorija għandha tkopri ditti tal-investiment kif definiti fil-punt (2) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jkunu soġġetti għar-rekwiżit ta' kapital inizjali stipulat fl-Artikolu 28(2) tad-Direttiva 2013/36/UE.

(c)

“Ditta tal-investiment mhux soġġetta għar-rekwiżit ta' kapital inizjali stipulat fl-Artikolu 28(2) tad-Direttiva 2013/36/UE”

(d)

“Istituzzjoni finanzjarja”

Din il-kategorija għandha tkopri l-istituzzjonijiet finanzjarji kif definiti fil-punt (26) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, bl-eċċezzjoni ta' dawk klassifikati bħala “kumpanija azzjonarja” kif deskritt fil-punt (e) ta' hawn taħt.

(e)

“Kumpanija azzjonarja”

Din il-kategorija għandha tkopri kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

Kumpanija azzjonarja finanzjarja kif definita fil-punt (20) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

Kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta kif definita fil-punt (21) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

Kumpanija azzjonarja ta' attività mħallta kif definita fil-punt (22) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

Kumpaniji azzjonarji finanzjarji prinċipali kif definiti fil-punt (30) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

Kumpaniji azzjonarji finanzjarji prinċipali tal-Unjoni kif definiti fil-punt (31) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

Kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru kif definita fil-punt (32) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

Kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni kif definita fil-punt (33) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(f)

“Impriża tal-assigurazzjoni”

Din il-kategorija għandha tkopri impriżi tal-assigurazzjoni kif definiti fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

(g)

“Tip ieħor ta' entità”, meta l-entità ma tkunx taqa' taħt l-ebda kategorija minn fost dawk imsemmija hawn fuq.

0050

Pajjiż

Il-kodiċi ISO 3166-1-alpha-2 tal-pajjiż ta' inkorporazzjoni tal-entità, li jista' jkun Stat Membru jew pajjiż terz.

0060

Inkluż fil-Perimetru Prudenzjali

Irrapporta l-abbrevjazzjonijiet li ġejjin:

 

Y - Iva

 

N- Le.

0070

Rinunzja Artikolu 7 CRR

Irrapporta l-abbrevjazzjonijiet li ġejjin:

 

Y – jekk l-awtorità kompetenti rrinunzjat l-applikazzjoni tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

 

N – jekk mod ieħor.

0080

Artikolu 10 Rinunzja CRR

Irrapporta l-abbrevjazzjonijiet li ġejjin:

 

Y – jekk l-awtorità kompetenti applikat rinunzja skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

 

N – jekk mod ieħor.

0090

Assi totali

Assi totali kif definiti għal FINREP {F 01.01;380,010}

0100

L-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju

L-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kif definit għal COREP (OF): {C 02.00;010;010}

Din l-entrata ma għandhiex tkun rapportata għal entitajiet li mhumiex istituzzjonijiet u entitajiet li jibbenefikaw minn rinunzja f'konformità mal-Artikolu 7 jew mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

0110

Skopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ

Skopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ għal COREP (LR): {C 47.00;290;010}

Din l-entrata ma għandhiex tkun rapportata għal entitajiet li mhumiex istituzzjonijiet u entitajiet li jibbenefikaw minn rinunzja f'konformità mal-Artikolu 7 jew mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

0120

Standard kontabilistiku

Standards kontabilistiċi applikati mill-entità. Irrapporta l-abbrevjazzjonijiet li ġejjin:

IFRS

nGAAP

0130

Kontribuzzjoni għall-assi konsolidati totali

L-ammont kontribwit mill-Entità għall-assi konsolidati totali tal-grupp li għalih jirreferi r-rapport.

0140

Kontribuzzjoni għall-ammont totali konsolidat ta' skopertura għar-riskju

L-ammont kontribwit mill-Entità għall-ammont totali konsolidat ta' skopertura għar-riskju tal-grupp li għalih jirreferi r-rapport.

0150

Kontribuzzjoni għall-iskopertura konsolidata tal-proporzjon ta' ingranaġġ

L-ammont kontribwit mill-Entità għall-iskopertura konsolidata totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ tal-grupp li għalih jirreferi r-rapport.

0160

Entità ġuridika rilevanti

Jekk l-entità tikkostitwix entità ġuridika rilevanti skont id-definizzjoni fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament.

0170-0210

Kumpanija omm diretta

Kumpanija omm diretta tal-Entità. Għandha tiġi rrapportata biss kumpanija omm diretta li għandha aktar minn 5 % tad-drittijiet tal-vot fl-Entità.

Jekk entità jkollha aktar minn kumpanija omm diretta waħda, għandha tiġi rrapportata biss il-kumpanija omm diretta bl-ogħla sehem ta' kapital, jew bl-ogħla sehem tal-voti, jekk dan ikun rilevanti.

0140

Isem

Isem il-kumpanija omm diretta tal-entità.

0150

Kodiċi

Il-kodiċi tal-kumpanija omm diretta. Għall-istituzzjonijiet, il-kodiċi għandu jkun il-kodiċi alfanumeriku LEI b'20 figura. Għal entitajiet oħra, il-kodiċi għandu jkun il-kodiċi alfanumeriku LEI b'20 figura, jew jekk ma jkunx disponibbli, kodiċi b'kodifikazzjoni uniformi applikabbli fl-Unjoni, jew jekk ma jkunx disponibbli, kodiċi nazzjonali.

Il-kodiċi għandu jkun uniku u użat b'mod konsistenti fil-mudelli kollha. Il-kodiċi għandu dejjem ikollu valur.

0160

Kodiċi LEI

Kodiċi alfanumeriku LEI b'20 figura tal-entità, meta disponibbli.

0170

Kapital tal-ishma

L-ammont ta' kapital azzjonarju miżmum mill-Kumpanija omm diretta fl-Entità, bl-esklużjoni tar-riżervi.

0180

Drittijiet tal-vot fl-Entità

Perċentwal tad-drittijiet tal-vot miżmum mill-kumpanija omm diretta fl-Entità.

Din l-informazzjoni hija meħtieġa biss jekk sehem wieħed ma jkunx ugwali għal vot wieħed (u b'hekk id-drittijiet tal-vot ma jkunux ugwali għall-kapital tal-ishma).

II.2   Z 02.00 - Struttura tal-Obbligazzjonijiet (LIAB)

II.2.1   Kummenti ġenerali

15.

Dan il-mudell jirrikjedi informazzjoni granulari dwar l-istruttura tal-obbligazzjonijiet tal-entità jew tal-grupp. L-obbligazzjonijiet jinqasmu skont l-obbligazzjonijiet esklużi mir-rikapitalizzazzjoni u obbligazzjonijiet mhux esklużi mir-rikapitalizzazzjoni. Huwa provdut ukoll qsim ulterjuri skont il-klassijiet ta' obbligazzjonijiet, il-klassijiet ta' kontropartijiet u l-maturità.

16.

Meta f'dan il-mudell ikun hemm stipulat qsim tal-maturità, il-maturità residwali għandha tkun iż-żmien sal-maturità kuntrattwali jew, meta jkun hemm dritt espliċitu jew impliċitu, kuntrattwali jew statutorju, għal rimborż antiċipat għad-detentur ta' strument, sal-ewwel data meta jfeġġ tali dritt. Pagamenti interim tal-kapital għandhom jinqasmu fil-meded ta' maturità korrispondenti. Meta applikabbli, il-maturità għandha titqies b'mod separat kemm għall-ammont tal-kapital kif ukoll għall-imgħax dovut.

17.

Awtomatikament, l-ammonti rapportati f'dan il-mudell għandhom ikunu ammonti pendenti. L-ammont pendenti ta' kreditu jew strument huwa t-total tal-ammont tal-kapital tal-kreditu jew tal-istrument u l-imgħax dovut fuqhom. L-ammont pendenti dovut huwa ugwali għall-valur tal-kreditu li jista' jressaq il-kreditur skont proċedimenti ta' insolvenza.

18.

Permezz ta' deroga mill-paragrafu preċedenti, obbligazzjonijiet skont il-karta bilanċjali li jirriżultaw mid-derivattivi (rapportati fir-ringiela 0330) għandhom jiġu rapportati fl-għamla ta' ammonti riportati. L-ammont riportat għandu jkun l-ammont riportat kif definit għal skopijiet ta' FINREP, skont l-IFRS jew l-nGAAP, kif applikabbli. Inkella, għandhom jintużaw ċifri skont l-iskemi ta' rapportar nGAAP.

II.2.2   Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi

Kolonni

Struzzjonijiet

0010

Unitajiet domestiċi

FINREP, L-Anness V. Il-Parti 1, il-paragrafu 42, il-punt (f)

Individwi jew gruppi ta' individwi bħala konsumaturi u produtturi ta' prodotti u servizzi mhux finanzjarji esklussivament għall-konsum finali tagħhom stess, u bħala produtturi ta' prodotti tas-suq u servizzi mhux finanzjarji u servizzi finanzjarji, diment li l-attivitajiet tagħhom mhumiex dawk ta' kważikorporazzjonijiet. Istituzzjonijiet mhux għall-profitt għas-servizz tal-unitajiet domestiċi (“NPISH”) u li huma prinċipalment involuti fil-produzzjoni ta' prodotti u servizzi mhux tas-suq maħsuba għal gruppi partikolari ta' unitajiet domestiċi għandhom jiġu inklużi.

0020

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (SMEs)

Anness, it-Titolu I, l-Artikolu 2.1 tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2003 (7); FINREP, l-Anness V, il-Parti 1, il-paragrafu 5(i).

Enterprises which employ fewer than 250 persons and which have an annual turnover not exceeding EUR 50 million, and/or an annual balance sheet total not exceeding EUR 43 million.

0030

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (non-SMEs)

FINREP, l-Anness V. Il-Parti 1, il-paragrafu 42, il-punt (e)

Korporazzjonijiet u kważikorporazzjonijiet li mhumiex involuti f'intermedjazzjoni finanzjarja iżda prinċipalment fil-produzzjoni ta' prodotti tas-suq u servizzi mhux finanzjarji skont ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (8).

Huma esklużi l-“SMEs” rapportati fil-kolonna 0020.

0040

Istituzzjonijiet ta' kreditu

FINREP, l-Anness V. Il-Parti 1, il-paragrafu 42, il-punt (c)

Istituzzjonijiet ta' kreditu fis-sens tal-Artikolu 4(1)(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u banek multilaterali tal-iżvilupp.

0050

Korporazzjonijiet finanzjarji oħra

FINREP, l-Anness V. Il-Parti 1, il-paragrafu 42, il-punt (d)

il-korporazzjonijiet u kważikorporazzjonijiet finanzjarji kollha minbarra istituzzjonijiet ta' kreditu bħal ditti tal-investiment, fondi tal-investiment, kumpaniji tal-assigurazzjoni, fondi tal-pensjonijiet, intrapriżi għal investiment kollettiv, u kmamar tal-ikklirjar kif ukoll intermedjarji finanzjarji, awżiljarji finanzjarji u istituzzjonijiet finanzjarji ristretti u mutwanti tal-flus.

0060

Il-Gvernijiet ġenerali u l-Banek ċentrali

FINREP, l-Anness V. Il-Parti 1, il-paragrafu 42, il-punti (a) u (b)

Il-banek ċentrali u l-gvernijiet ċentrali, gvernijiet statali jew reġjonali u gvernijiet lokali, inklużi l-korpi amministrattivi u impriżi mhux kummerċjali, iżda esklużi l-kumpaniji pubbliċi u l-kumpaniji privati miżmuma minn dawn l-amministrazzjonijiet li għandhom attività kummerċjali (li għandhom jiġu rrapportati taħt “istituzzjonijiet ta' kreditu”, “korporazzjonijiet finanzjarji oħrajn” jew “korporazzjonijiet mhux finanzjarji” skont l-attività tagħhom); fondi tas-sigurtà soċjali; u organizzazzjonijiet internazzjonali, bħall-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali;

0070

Mhux identifikata, ikkwotata f'ċentru tan-negozjar

Meta l-identità tad-detentur ta' titolu ta' sigurtà ma tkunx magħrufa minħabba l-istrumenti kkwotati f'ċentru tan-negozjar, kif definiti skont id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, l-ammonti għandhom jiġu attribwiti għal din il-kolonna.

0080

Mhux identifikata, mhux ikkwotata f'ċentru tan-negozjar

Meta l-identità tad-detentur ta' titolu ta' sigurtà ma tkunx magħrufa, mingħajr ma l-istrumenti jkunu kkwotati f'ċentru tan-negozjar, l-ammonti għandhom jiġu attribwiti għal din il-kolonna u ma huwa meħtieġ l-ebda qsim ulterjuri tal-kontropartijiet. L-entitajiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jidentifikaw il-kontropartijiet u jillimitaw kemm jista' jkun l-użu ta' din il-kolonna.

0090

Total

0100

Li minnhom: intragrupp

Obbligazzjonijiet fil-konfront ta' entitajiet inklużi fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-entità omm apikali (kuntrarjament għall-ambitu regolatorju tal-konsolidament).

0110

Li minnhom: obbligazzjonijiet irregolati mil-liġi ta' pajjiż terz, bl-esklużjoni ta' dawk intragrupp

Dawn għandhom jinkludu l-ammonti grossi tal-obbligazzjonijiet irregolati mil-liġi ta' pajjiż terz u/jew maħruġa minn entitajiet fi grupp stabbiliti f'pajjiżi terzi. L-obbligazzjonijiet intragrupp għandhom ikunu esklużi.

Meta l-awtorità ta' riżoluzzjoni tkun ikkonfermat li, skont l-Artikolu 45(5) tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), hija ssodisfata li kull deċiżjoni ta' awtorità ta' riżoluzzjoni dwar tniżżil fil-valur jew konverżjoni ta' obbligazzjoni tkun effettiva skont il-liġi ta' dak il-pajjiż terz, dik l-obbligazzjoni ma għandhiex tkun rapportata f'din l-intestatura.


Ringieli

Struzzjonijiet

0100

Obbligazzjonijiet esklużi mir-rikapitalizzazzjoni

L-Artikolu 44(2) tad-Direttiva 2014/59/UE jiddikjara li “L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni ma għandhomx jeżerċitaw setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew konverżjoni fir-rigward tal-obbligazzjonijiet li ġejjin kemm jekk jitmexxew mil-liġi ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz”.

0110

Depożiti koperti

L-ammont ta' depożiti koperti kif definiti fil-punt (5) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), bl-esklużjoni ta' bilanċi temporanjament għolja kif definiti fl-Artikolu 6(2) ta' dik id-Direttiva.

0120

Obbligazzjonijiet garantiti – parti kollateralizzata

L-Artikolu 44(2)(b) tad-Direttiva 2014/59/UE

Obbligazzjonijiet iggarantiti inklużi bonds koperti u obbligazzjonijiet fil-forma ta' strumenti finanzjarji użati għal skopijiet ta' iħħeġġjar li jifformaw parti integrali mill-pool ta' kopertura u li skont il-liġi nazzjonali huma żgurati b'mod simili bħal bonds koperti.

La r-rekwiżit biex ikun żgurat li l-assi garantiti kollha li jirrigwardaw pool ta' kopertura ta' bonds koperti ma jintlaqtux, jibqgħu segregati u b'biżżejjed finanzjament, u lanqas l-esklużjoni tal-punt (b) tal-Artikolu 44(2) tad-Direttiva 2014/59/UE ma għandha tipprevjeni lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, meta xieraq, milli jeżerċitaw dawk is-setgħat f'rabta ma' kwalunkwe parti ta' obbligazzjoni garantita jew obbligazzjoni li għaliha jkun ġie ppleġġjat kollateral li jaqbeż il-valur tal-assi, tal-pleġġ, tar-rahan jew tal-kollateral li tkun iggarantita bih. Ammont skopert bħal dan ta' dawn l-obbligazzjonijiet garantiti ma għandux jiġi rapportat f'din ir-ringiela, iżda rapportat fir-ringiela 0340, soġġett għal qsim addizzjonali.

Obbligazzjonijiet tal-Bank Ċentrali li huma koperti minn pool ta' kollateral (pereżempju operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament, operazzjoni ta' rifinanzjament fuq terminu twil, operazzjonijiet ta' rifinanzjament fuq żmien itwal b'mira, eċċ.) għandhom jitqiesu bħala obbligazzjonijiet garantiti.

Tip speċifiku ta' obbligazzjonijiet huma pożizzjonijiet ta' kollateral (pereż. kollateral fi flus) riċevuti u rreġistrati fuq il-karta bilanċjali. Meta pożizzjonijiet ta' kollateral bħal dawn ikunu legalment vinkolati ma' pożizzjoni ta' assi, dawn għandhom jiġu trattati bħala obbligazzjonijiet garantiti għall-iskop ta' dan ir-rapport.

0130

Obbligazzjonijiet lejn klijenti, jekk protetti fl-insolvenza

L-Artikolu 44(2)(c) tad-Direttiva 2014/59/UE

Kwalunkwe obbligazzjoni li tinħoloq bis-saħħa taż-żamma mill-istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ta' din id-Direttiva ta' assi ta' klijenti jew flus ta' klijenti inklużi assi ta' klijenti jew flus ta' klijenti miżmuma f'isem l-UCITS kif definit fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), jew tal-AIFs kif definiti fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), sakemm tali klijent ikun protett skont il-liġi dwar l-insolvenza applikabbli.

0140

Obbligazzjonijiet fiduċjarji, jekk protetti fl-insolvenza

L-Artikolu 44(2)(d) tad-Direttiva 2014/59/UE

Kwalunkwe obbligazzjoni li tirriżulta permezz ta' relazzjoni fiduċjarja bejn l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) (bħala fiduċjarja) u persuna oħra (bħala benefiċjarja) sakemm tali benefiċjarja tkun protetta taħt il-liġi tal-insolvenza jew ċivili applikabbli.

0150

Obbligazzjonijiet għal istituzzjonijiet ta' kreditu < 7 ijiem

L-Artikolu 44(2)(e) tad-Direttiva 2014/59/UE

Obbligazzjonijiet għal istituzzjonijiet, minbarra entitajiet li huma parti mill-istess grupp, b'maturità oriġinali ta' anqas minn sebat ijiem.

0160

Obbligazzjonijiet għal (operaturi ta') sistemi < 7 ijiem

L-Artikolu 44(2)(f) tad-Direttiva 2014/59/UE

Obbligazzjonijiet b'maturità li jifdal ta' anqas minn sebat ijiem, dovuti lil sistemi jew operaturi ta' sistemi maħsuba għall-finijiet tad-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) jew il-parteċipanti tagħhom u li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni f'tali sistema.

0170

Obbligazzjonijiet għal impjegati

L-Artikolu 44(2)(g)(i) tad-Direttiva 2014/59/UE

Obbligazzjonijiet għal impjegat, fir-rigward ta' salarji, benefiċċji ta' pensjoni dovuti jew remunerazzjoni fissa oħra, ħlief għall-komponent varjabbli tar-remunerazzjoni li mhux regolat bi ftehim kollettiv ta' xogħol. Madanakollu dan ma għandux japplika għall-komponent varjabbli tar-rimunerazzjoni ta' dawk li jieħdu r-riskju materjali kif identifikat fl-Artikolu 92(2) tad-Direttiva 2013/36/UE.

0180

Obbligazzjonijiet kritiċi għat-tħaddim operazzjonali ta' kuljum

L-Artikolu 44(2)(g)(ii) tad-Direttiva 2014/59/UE

Kreditur kummerċjali jew ta' negozju li jinħoloq mill-forniment lill-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/59/UE ta' oġġetti jew servizzi li huma kritiċi għall-funzjonament ta' kuljum tal-operazzjonijiet tagħha, inklużi servizzi tal-IT, utilitajiet u l-kiri, il-manutenzjoni u ż-żamma ta' postijiet.

0190

Obbligazzjonijiet lejn awtoritajiet tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali, jekk ippreferuti

L-Artikolu 44(2)(g)(iii) tad-Direttiva 2014/59/UE

Awtoritajiet tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali, sakemm dawk l-obbligazzjonijiet huma ppreferuti skont il-liġi applikabbli.

0200

Obbligazzjonijiet lejn l-iSGD

L-Artikolu 44(2)(g)(iv) tad-Direttiva 2014/59/UE

skemi ta' garanzija ta' depożiti li jirriżultaw minn kontribuzzjonijiet dovuti skont id-Direttiva 2014/49/UE.

0300

Obbligazzjonijiet mhux esklużi mir-rikapitalizzazzjoni

Dan huwa t-total tar-ringieli 0310, 0320, 0334, 0340, 0350, 0360, 0365, 0370, 0380, 0390 u 0400.

0310

Depożiti, mhux koperti iżda preferenzjali

L-Artikolu 108 tad-Direttiva 2014/59/UE

Depożiti kif definiti fl-Artikolu 2(1)(3) tad-Direttiva 2014/49/UE li ma jikkwalifikawx għall-esklużjoni mir-rikapitalizzazzjoni interna (l-Artikolu 44(2)(a) tad-Direttiva 2014/59/UE), iżda li għalihom huwa previst trattament preferenzjali f'konformità mal-Artikolu 108 tad-Direttiva 2014/59/UE.

0320

Depożiti, mhux koperti u mhux preferenzjali

Depożiti kif definiti fl-Artikolu 2(1)(3) tad-Direttiva 2014/49/UE li ma jikkwalifikawx għall-esklużjoni mir-rikapitalizzazzjoni interna jew għal trattament preferenzjali b'applikazzjoni tal-Artikolu 44(2)(a) jew l-Artikolu 108 tad-Direttiva 2014/59/UE.

0330

Obbligazzjonijiet skont il-karta bilanċjali li jirriżultaw mid-derivattivi

Valuri kontabilistiċi ta' obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn derivattivi, għall-ammont totali li jikkorrispondi għal FINREP: {F 01.02;020;010) + {F 01.02;150;010}.

0331

It-total tal-pożizzjonijiet ta' obbligazzjonijiet netti bil-kunsiderazzjoni tas-settijiet soġġetti għan-netting kuntrattwali, wara l-aġġustamenti skont il-valur fis-suq, qabel it-tpaċija tal-kollateral

Awtomatikament, it-total tal-valuri tas-suq netti tal-obbligazzjonijiet derivattivi għal kull sett soġġett għan-netting kuntrattwali Is-sett tan-netting għandu jiġi rapportat biss meta l-valur tas-suq nett ta' sett tan-netting ikun obbligazzjoni. Għal dan il-għan, id-derivattivi li ma jkunux soġġetti għal arranġamenti ta' netting għandhom jiġu trattati bħala kuntratt uniku, jiġifieri daqslikieku kien sett tan-netting b'derivattiva waħda biss.

0332

It-total tal-pożizzjonijiet ta' obbligazzjonijiet netti bil-kunsiderazzjoni tas-settijiet soġġetti għan-netting kuntrattwali, wara l-aġġustamenti skont il-valur fis-suq, wara t-tpaċija tal-kollateral

Il-valwazzjoni fir-ringiela 0331 hija soġġetta għal aġġustament għall-kollateral iddepożitat biex jiggarantixxi din l-iskopertura, li jirriżulta fit-total ta' dawn il-valuri tas-suq netti wara t-tpaċija tal-kollateral fil-valur tas-suq tiegħu.

0333

It-total tal-pożizzjonijiet ta' obbligazzjonijiet netti bil-kunsiderazzjoni tas-settijiet soġġetti għan-netting kuntrattwali, wara l-aġġustamenti skont il-valur fis-suq, wara t-tpaċija tal-kollateral, u filwaqt li jiġu inkorporati l-ammonti stmati tal-close-out

F'konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni 2016/1401 (14) dwar il-valwazzjoni tal-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn derivattivi, ammont addizzjonali tal-close-out li jkopri l-ammont ta' telf jew kostijiet imġarrba minn kontropartijiet ta' derivattivi, jew qligħ li jkunu għamlu, meta ssir sostituzzjoni jew jinkiseb l-ekwivalenti ekonomiku f'termini materjali tal-kuntratti u d-drittijiet ta' opzjoni tal-partijiet fir-rigward tal-kuntratti terminati.

L-estimi meħtieġa sabiex jiġi ddeterminat ammont ta' close-out f'konformità mar-Regolament imsemmi hawn fuq jistgħu jkunu pjuttost diffiċli fuq bażi individwali. Għaldaqstant, minflok jistgħu jintużaw valuri indikattivi li jistgħu jkunu bbażati fuq data disponibbli bħar-rekwiżit prudenzjali għar-riskju tas-suq. Jekk ikun impossibbli li jsir kalkolu tal-ammont tal-close-out għall-obbligazzjonijiet derivattivi, l-ammont irrapportat għandu jkun ugwali għall-ammont irrapportat fir-ringiela 0332.

0334

It-total tal-pożizzjonijiet ta' obbligazzjonijiet netti bil-kunsiderazzjoni tar-regoli tan-netting prudenzjali

Għandhom jiġu rrapportati l-pożizzjonijiet ta' obbligazzjonijiet netti għad-derivattivi bil-kunsiderazzjoni tar-regoli tan-netting prudenzjali tal-Artikolu 429 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (relatati mal-kalkolu tal-miżura tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ).

0340

Obbligazzjonijiet garantiti mhux ikkollateralizzati

L-ammont ta' obbligazzjonijiet garantiti jew obbligazzjonijiet li għalihom ikun ġie ppleġġjat kollateral li jaqbeż il-valur tal-assi, tal-pleġġ, tar-rahan jew tal-kollateral li jkun iggarantit bih. Dan għandu jkopri l-parti “sottokollateralizzata” ta' kull obbligazzjoni kkollateralizzata, pereżempju l-parti sottokollateralizzata tal-bonds koperti jew tat-tranżazzjonijiet ta' riakkwist.

0350

Noti strutturati

In-noti strutturati huma definiti għal dan l-iskop bħala obbligi ta' dejn li fihom komponent ta' derivattiv inkorporat, b'rendimenti marbuta ma' titolu jew indiċi sottostanti (pubbliku jew personalizzat, bħal ekwitajiet jew bonds, kreditu jew rati tal-imgħax fissi, FX, komoditajiet, eċċ.). In-noti strutturati ma jinkludux strumenti tad-dejn li jinkludu opzjonijiet ta' xiri u ta' bejgħ biss, jiġifieri l-valur tal-istrument ma jiddependix fuq xi komponent ta' derivattiv inkorporat.

0360

Obbligazzjonijiet prijoritarji mhux garantiti

Din tinkludi l-istrumenti kollha prijoritarji mhux garantiti li mhumiex inklużi fil-kategorija tan-noti strutturati.

0365

Obbligazzjonijiet prijoritarji mhux bi preferenza

Ammont ta' kwalunkwe waħda minn dawn l-obbligazzjonijiet segwenti:

Krediti mhux garantiti li jirriżultaw minn strumenti ta' dejn li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2 u tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 108 tad-Direttiva 2014/59/UE;

Krediti mhux garantiti li jirriżultaw minn strumenti ta' dejn imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 108(5) tad-Direttiva 2014/59/UE; jew

Strumenti ta' dejn bl-aktar klassifikazzjoni baxxa ta' prijorità fost il-krediti mhux garantiti ordinarji li jirriżultaw minn strumenti ta' dejn imsemmija fl-Artikolu 108(7) tad-Direttiva 2014/59/UE, li f'konformità ma' dak il-paragrafu, Stat Membru jkun ipprovda li dawn għandhom l-istess klassifikazzjoni bħal dik ta' krediti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2 u tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 108 tad-Direttiva 2014/59/UE.

0370

Obbligazzjonijiet subordinati

Obbligazzjonijiet li jitħallsu lura biss kont il-liġi nazzjonali tal-insolvenza wara li l-klassijiet kollha ta' kredituri ordinarji u ta' kredituri prijoritarji mhux bi preferenza jkunu tħallsu mija fil-mija lura. Dan jinkludi kemm obbligazzjonijiet subordinati b'mod kuntrattwali kif ukoll dawk subordinati b'mod statutorju. Fil-każ ta' kumpaniji azzjonarji, it-titoli ta' dejn mhux subordinati jistgħu wkoll jiġu rapportati f'din il-kategorija (jiġifieri subordinazzjoni strutturali).

F'din il-kategorija għandhom jiġu inklużi biss l-istrumenti subordinati li mhumiex rikonoxxuti bħala fondi proprji.

Din ir-ringiela għandha tinkludi wkoll dik il-parti tal-obbligazzjonijiet subordinati li tikkwalifika fil-prinċipju bħala fondi proprji, iżda mhijiex inkluża fil-fondi proprji minħabba d-dispożizzjonijiet ta' eliminazzjoni gradwali bħall-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (maturità residwa) jew il-Parti 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (impatt tal-anterjorità).

0380

Obbligazzjonijiet eliġibbli għall-MREL oħra

Kull strument li huwa eliġibbli għal MREL iżda li ma jaqax taħt ir-ringieli 0320 u 0340 sa 0370.

0390

Obbligazzjonijiet mhux finanzjarji

Din ir-ringiela tiġbor fiha l-obbligazzjonijiet mhux finanzjarji li ma jirrigwardawx strumenti ta' dejn li għalihom tista' ssir rikapitalizzazzjoni interna għad-detenturi minħabba raġunijiet prattiċi bħal provvedimenti marbuta ma' litigazzjonijiet li l-entità tkun soġġetta għalihom.

0400

Obbligazzjonijiet residwali

Kull obbligazzjoni mhux rapportata fir-ringieli 0100 sa 0390.

0500

Fondi proprji

L-Artikoli 4(1)(118) u 72 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

L-istess definizzjoni bħal COREP (OF): {C 01.00;010;010}

0510

Kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni

L-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

L-istess definizzjoni bħal COREP (OF): {C 01.00;020;010}

0511

Li minnhom: strumenti ta' kapital/kapital tal-ishma

Strumenti ġuridiċi li jikkostitwixxu (parti minn) kapital CET1 fl-għamla ta' strumenti ta' kapital/kapital tal-ishma

0512

Li minnhom: strumenti kklassifikati pari passu mal-ishma ordinarji

Strumenti ġuridiċi li jikkostitwixxu (parti minn) fondi proprji CET1 fl-għamla ta' strumenti li mhumiex strumenti ta' kapital/kapital tal-ishma, iżda kklassifikati pari passu ma' din il-kategorija.

0520

Kapital tal-Grad 1 Addizzjonali

L-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

L-istess definizzjoni bħal COREP (OF): {C 01.00;530;010}

0521

Li minnhom: (parti minn) obbligazzjonijiet subordinati rikonoxxuti bħala fondi proprji

Strumenti ġuridiċi li jikkostitwixxu (parti minn) Grad 1 Addizzjonali.

0530

Kapital tal-Grad 2

L-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

L-istess definizzjoni bħal COREP (OF): {C 01.00;750;010}

0531

Li minnhom: (parti minn) obbligazzjonijiet subordinati rikonoxxuti bħala fondi proprji

Dan il-qsim jidentifika l-istrumenti ġuridiċi li jikkostitwixxu (parti mill-)fondi proprji tal-Grad 2.

0600

L-obbligazzjonijiet u l-fondi proprji totali inklużi l-obbligazzjonijiet derivattivi

It-total tal-obbligazzjonijiet kollha rapportati f'dan il-mudell u l-ammont ta' fondi proprji regolatorji. Għal dan il-għan, għandhom jiġu miżjuda l-ammont mil-linji ta' hawn fuq. Fir-rigward tad-derivattivi, il-valur li jrid jintuża għandu jkun ir-ringiela 0334 “It-total tal-pożizzjonijiet ta' obbligazzjonijiet netti bil-kunsiderazzjoni tar-regoli tan-netting prudenzjali”.

II.3   Z 03.00 - Rekwiżiti ta' fondi proprji (OWN)

II.3.1   Kummenti ġenerali

19.

Dan il-mudell jiġbor informazzjoni dwar ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għal entità jew grupp.

20.

L-informazzjoni kollha rrapportata għandha tirrifletti r-rekwiżiti ta' fondi proprji applikabbli fid-data ta' referenza tar-rapportar.

21.

L-informazzjoni dwar ir-rekwiżiti tal-Pilastru 2 rapportata f'dan il-mudell għandha tkun ibbażata fuq l-aħħar ittra SREP uffiċjali disponibbli kkomunikata mill-awtorità kompetenti.

22.

Meta l-entità msemmija fir-rapport ma tkunx soġġetta għal rekwiżiti ta' kapital fuq bażi individwali, għandha tiġi rrapportata biss ir-ringiela 0110.

II.3.2   Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi

Ringieli

Struzzjonijiet

0100

L-Ammont Totali tal-Iskopertura għar-Riskju

L-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

Ara Z 01.00, il-kolonna 0100

L-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kif definit għal COREP (OF): {C 02.00;010;010}

0110

Kontribuzzjoni għall-ammont totali konsolidat ta' skopertura għar-riskju

Ara Z 01.00, il-kolonna 0140

Skopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ għal COREP (LR): {C 47.00;290;010}

Din l-entrata għandha tiġi rrapportata biss għall-entitajiet li mhumiex soġġetti għal rekwiżiti ta' kapital fuq bażi individwali.

0210 - 0250

Kapital inizjali u Rekwiżiti tal-proporzjon ta' ingranaġġ

0210

Kapital inizjali

L-Artikolu 12 u l-Artikoli minn 28 sa 31 tad-Direttiva 2013/36/UE u l-Artikolu 93 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

L-ammont ta' kapital inizjali meħtieġ bħala prekundizzjoni għall-awtorizzazzjoni biex tinbeda attività ta' istituzzjoni.

0220

Rekwiżit tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ

Rekwiżit tal-proporzjon ta' ingranaġġ kif applikabbli għall-entità jew grupp, espress bħala perċentwal tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ. Jekk l-ebda rekwiżit formali ma jkun fis-seħħ, l-entitajiet għandhom iħallu din iċ-ċellola vojta.

L-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ għandha tkun definita bl-istess mod bħalma hi għal COREP (LR): {C 47.00;290;010}

0300

Il-proporzjon totali ta' rekwiżit ta' kapital SREP (TSCR)

COREP (OF): {C 03.00;130;010}

It-total ta' (i) u (ii) kif ġej:

(i)

il-proporzjon ta' kapital totali (8 %) kif speċifikat fl-Artikolu 92(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ii)

il-proporzjon tar-rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali (ir-Rekwiżiti tal-Pilastru 2 – P2R) iddeterminat f'konformità mal-kriterji speċifikati fil-Linji Gwida tal-EBA dwar metodoloġiji u proċeduri komuni għall-proċess ta' reviżjoni u evalwazzjoni superviżorji u l-ittestjar ta' stress superviżorju (Linji Gwida SREP tal-EBA).

Din l-entrata għandha tirrifletti l-proporzjon tar-rekwiżit ta' kapital SREP totali (TSCR) kif ikkomunikat lill-istituzzjoni mill-awtorità kompetenti. It-TSCR huwa ddefinit fit-Taqsima 1.2 tal-Linji Gwida SREP tal-EBA.

Jekk l-ebda rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali ma jkun ġie kkomunikat mill-awtorità kompetenti, f'dak il-każ għandu jiġi rrapportat biss il-punt (i).

0310

TSCR: li jrid ikun jikkonsisti minn kapital CET1

COREP (OF): {C 03.00;140;010}

It-total ta' (i) u (ii) kif ġej:

(i)

il-proporzjon ta' kapital CET1 (4,5 %) skont l-Artikolu 92(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ii)

il-parti tal-proporzjon P2R, imsemmija fil-punt (ii) tar-ringiela 300, li l-awtorità kompetenti titlob li jinżamm fl-għamla ta' kapital CET1.

Jekk l-ebda rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali, li jrid jinżamm fl-għamla ta' kapital CET1, ma jkun ġie kkomunikat mill-awtorità kompetenti, f'dak il-każ għandu jiġi rrapportat biss il-punt (i).

0320

TSCR: li jrid ikun jikkonsisti minn kapital tal-Grad 1

COREP (OF): {C 03.00;150;010}

It-total ta' (i) u (ii) kif ġej:

(i)

il-proporzjon tal-kapital ta' Grad 1 (6 %) skont l-Artikolu 92(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ii)

il-parti tal-proporzjon P2R, imsemmija fil-punt (ii) tar-ringiela 300, li l-awtorità kompetenti titlob li jinżamm fl-għamla ta' kapital tal-Grad 1.

Jekk l-ebda rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali, li jrid jinżamm fl-għamla ta' kapital tal-Grad 1, ma jkun ġie kkomunikat mill-awtorità kompetenti, f'dak il-każ għandu jiġi rrapportat biss il-punt (i).

0400

Rekwiżiti ta' Bafer Kombinat

Il-punt 6 tal-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE

COREP (OF): {C 04.00;740;010}

0410

Bafer ta' Konservazzjoni tal-Kapital

Il-punt 1 tal-Artikolu 128 u l-Artikolu 129 tad-Direttiva 2013/36/UE

COREP (OF): {C 04.00;750;010}).

Skont l-Artikolu 129(1), il-bafer ta' konservazzjoni tal-kapital huwa ammont addizzjonali ta' kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni. Minħabba l-fatt li r-rata ta' 2,5 % tal-bafer ta' konservazzjoni tal-kapital hija stabbli, f'din iċ-ċellola għandu jkun irrapportat ammont.

0420

Bafer ta' konservazzjoni dovut għal riskju makroprudenzjali jew sistemiku identifikat fil-livell ta' Stat Membru

Il-punt d (iv) tal-Artikolu 458(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

COREP (OF): {C 04.00;760;010}).

F'din iċ-ċellola, flimkien mal-bafer ta' konservazzjoni tal-kapital, għandu jiġi rrapportat l-ammont tal-bafer ta' konservazzjoni dovut għal riskju makroprudenzjali jew sistemiku identifikat fil-livell ta' Stat Membru, li jista' jintalab skont l-Artikolu 458 tar-Regolament (UE) Nru 575/013.

L-ammont irrapportat għandu jirrappreżenta l-ammont ta' fondi proprji meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-bafer kapitali rispettivi fid-data tar-rapportar.

0430

Bafer Kapitali Kontroċikliku Speċifiku għall-Istituzzjoni

Il-punt 2 tal-Artikolu 128 u l-Artikoli 130, 135-140 tad-Direttiva 2013/36/UE

COREP (OF): {C 04.00;770;010}).

L-ammont irrapportat għandu jirrappreżenta l-ammont ta' fondi proprji meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-bafer kapitali rispettivi fid-data tar-rapportar.

0440

Bafer tar-Riskju Sistemiku

Il-punt 5 tal-Artikolu 128 u l-Artikoli 133 u 134 tad-Direttiva 2013/36/UE

(COREP (OF): {C 04.00;780;010}).

L-ammont irrapportat għandu jirrappreżenta l-ammont ta' fondi proprji meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-bafer kapitali rispettivi fid-data tar-rapportar.

0450

Bafer ta' Istituzzjoni Globali Sistematikament Importanti

Il-punt 3 tal-Artikolu 128 u l-Artikolu 131 tad-Direttiva 2013/36/UE

COREP (OF): {C 04.00;800;010}

L-ammont irrapportat għandu jirrappreżenta l-ammont ta' fondi proprji meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-bafer kapitali rispettivi fid-data tar-rapportar.

0460

Bafer ieħor ta' Istituzzjoni Sistemikament Importanti

Il-punt 4 tal-Artikolu 128 u l-Artikolu 131 tad-Direttiva 2013/36/UE

COREP (OF): {C 04.00;810;010}

L-ammont irrapportat għandu jirrappreżenta l-ammont ta' fondi proprji meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-bafer kapitali rispettivi fid-data tar-rapportar.

0500

Proporzjon tar-rekwiżit kapitali kumplessiv (OCR)

COREP (OF): {C 03.00;160;010}

It-total ta' (i) u (ii) kif ġej:

(i)

il-proporzjon TSCR imsemmi fir-ringiela 0300;

(ii)

sa fejn dan ikun legalment applikabbli, il-proporzjon tar-rekwiżit ta' bafer kombinat imsemmi fil-punt 6 tal-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE.

Din l-entrata għandha tirrifletti l-proporzjon tar-rekwiżit kapitali kumplessiv (OCR) kif definit fit-Taqsima 1.2 tal-Linji Gwida SREP tal-EBA.

Jekk ma jkun japplika l-ebda rekwiżit ta' bafer, għandu jiġi rrapportat biss il-punt (i).

0510

OCR: li jrid ikun jikkonsisti minn kapital CET1

COREP (OF): {C 03.00;170;010}

It-total ta' (i) u (ii) kif ġej:

(i)

il-proporzjon TSCR li jrid ikun jikkonsisti minn kapital CET1 imsemmi fir-ringiela 0310;

(ii)

sa fejn dan ikun legalment applikabbli, il-proporzjon tar-rekwiżit ta' bafer kombinat imsemmi fil-punt 6 tal-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE.

Jekk ma jkun japplika l-ebda rekwiżit ta' bafer, għandu jiġi rrapportat biss il-punt (i).

0520

OCR: li jrid ikun jikkonsisti minn kapital tal-Grad 1

COREP (OF): {C 03.00;180;010}

It-total ta' (i) u (ii) kif ġej:

(i)

il-proporzjon TSCR li jrid ikun jikkonsisti minn kapital tal-Grad 1 imsemmi fir-ringiela 0320;

(ii)

sa fejn dan ikun legalment applikabbli, il-proporzjon tar-rekwiżit ta' bafer kombinat imsemmi fil-punt 6 tal-Artikolu 128 tad-Direttiva 2013/36/UE.

Jekk ma tkunx japplika l-ebda bafer, għandu jiġi rrapportat biss il-punt (i).

0600

OCR u Gwida dwar il-Pilastru 2 (P2G)

COREP (OF): {C 03.00;190;010}

It-total ta' (i) u (ii) kif ġej:

(i)

il-proporzjon OCR imsemmi fir-ringiela 0500;

(ii)

meta applikabbli, il-Gwida dwar il-Pilastru 2 (P2G) kif definita fil-Linji Gwida SREP tal-EBA. IL-P2G għandha tkun inkluża biss jekk tiġi kkomunikata lill-istituzzjoni mill-awtorità kompetenti.

Jekk l-ebda P2G ma tkun ġiet ikkomunikata mill-awtorità kompetenti, f'dak il-każ għandu jiġi rrapportat biss il-punt (i).

0610

OCR: li jrid ikun jikkonsisti minn kapital CET1

COREP (OF): {C 03.00;200;010}

It-total ta' (i) u (ii) kif ġej:

(i)

il-proporzjon OCR li jrid ikun jikkonsisti minn kapital CET1 imsemmi fir-ringiela 0520;

(ii)

meta applikabbli, il-parti tal-P2R, imsemmi fil-punt (ii) tar-ringiela 0600, li l-awtorità kompetenti titlob li jinżamm fl-għamla ta' kapital CET1. Il-P2G għandu jkun inkluż biss jekk jiġi kkomunikat lill-istituzzjoni mill-awtorità kompetenti.

Jekk l-ebda P2G ma tkun ġiet ikkomunikata mill-awtorità kompetenti, f'dak il-każ għandu jiġi rrapportat biss il-punt (i).

0620

OCR u P2G: li jrid ikun jikkonsisti minn kapital tal-Grad 1

COREP (OF): {C 03.00;210;010}

It-total ta' (i) u (ii) kif ġej:

(i)

il-proporzjon OCR li jrid ikun jikkonsisti minn kapital tal-Grad 1 imsemmi fir-ringiela 0520;

(ii)

meta applikabbli, il-parti tal-P2R, imsemmi fil-punt (ii) tar-ringiela 600, li l-awtorità kompetenti titlob li jinżamm fl-għamla ta' kapital tal-Grad 1. Il-P2G għandu jkun inkluż biss jekk jiġi kkomunikat lill-istituzzjoni mill-awtorità kompetenti.

Jekk l-ebda P2G ma tkun ġiet ikkomunikata mill-awtorità kompetenti, f'dak il-każ għandu jiġi rrapportat biss il-punt (i).

II.4   Z 04.00 - Interkonnessjonijiet finanzjarji intragrupp (IFC)

II.4.1   Kummenti ġenerali

23.

Dan il-mudell jirrikjedi informazzjoni dwar l-obbligazzjonijiet intragrupp mhux esklużi mir-rikapitalizzazzjoni interna, mill-istrumenti ta' kapital u mill-garanziji.

24.

Għandhom jiġu rrapportati l-interkonnessjonijiet finanzjarji kollha bejn l-entitajiet ġuridiċi rilevanti li huma inklużi fir-rapporti finanzjarji kkonsolidati. L-ammonti rrapportati għandhom ikunu aggregati meta dawn ikunu jirrigwardaw l-istess kontropartijiet (kemm l-emittent kif ukoll l-entità garantita) u l-istess tip ta' obbligazzjonijiet, strumenti ta' kapital jew garanziji.

25.

L-ikkombinar ta' valuri rrapportati fil-kolonni 0020, 0040 u 0050 ta' dan il-mudell jifforma kodiċi primarju li jrid ikun uniku għal kull ringiela tal-mudell.

II.4.2   Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi

Kolonni

Struzzjonijiet

0010-0020

Emittent jew entità garantita

Entità ġuridika li toħroġ l-obbligazzjonijiet jew l-istrument ta' kapital, jew li tkun l-entità garantita.

0010

Isem tal-entità

Irid ikun differenti mill-isem tal-Entità elenkat fil-kolonna 0030.

0020

Kodiċi

Il-kodiċi tal-emittent jew tad-destinatarju ta' garanzija. Għall-istituzzjonijiet, il-kodiċi għandu jkun il-kodiċi alfanumeriku LEI b'20 figura. Għal entitajiet oħra, il-kodiċi għandu jkun il-kodiċi alfanumeriku LEI b'20 figura, jew jekk ma jkunx disponibbli, kodiċi b'kodifikazzjoni uniformi applikabbli fl-Unjoni, jew jekk ma jkunx disponibbli, kodiċi nazzjonali.

Il-kodiċi għandu jkun uniku u użat b'mod konsistenti fil-mudelli kollha.

Il-kodiċi jrid ikun differenti mill-kodiċi elenkat fil-kolonna 0040.

0030-0040

Kreditur, detentur jew fornitur ta' garanzija

Entità ġuridika li tkun il-kreditur għall-obbligazzjoni, id-detentur tal-istrument ta' kapital jew tipprovdi l-garanzija.

0030

Isem tal-entità

Irid ikun differenti mill-isem tal-entità elenkat fil-kolonna 0010.

0040

Kodiċi

Il-kodiċi tal-Kreditur, tas-sottoskrittur jew tal-fornitur tal-garanzija. Għall-istituzzjonijiet, il-kodiċi għandu jkun il-kodiċi alfanumeriku LEI b'20 figura. Għal entitajiet oħra, il-kodiċi għandu jkun il-kodiċi alfanumeriku LEI b'20 figura, jew jekk ma jkunx disponibbli, kodiċi b'kodifikazzjoni uniformi applikabbli fl-Unjoni, jew jekk ma jkunx disponibbli, kodiċi nazzjonali.

Il-kodiċi għandu jkun uniku u użat b'mod konsistenti fil-mudelli kollha.

Irid ikun differenti mill-kodiċi elenkat fil-kolonna 0020.

0050- 0070

Interkonnessjoni finanzjarja

Dan l-ispazju jiddeskrivi l-interkonnessjonijiet finanzjarji bejn l-entitajiet ġuridiċi rilevanti.

0050

Tip

Irid jintgħażel mil-lista segwenti:

 

Obbligazzjonijiet Intragrupp

L.1.

Depożiti, mhux koperti iżda preferenzjali

L-istess definizzjoni bħal Z 02.00 (LIAB), ir-ringiela 0310

L.2.

Depożiti, mhux koperti u mhux preferenzjali

L-istess definizzjoni bħal Z 02.00 (LIAB), ir-ringiela 0320

L.3.

Obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn derivattivi (Ammonti tal-Close-Out)

L-istess definizzjoni bħal Z 02.00 (LIAB), ir-ringiela 0330

L.4.

Obbligazzjonijiet garantiti mhux ikkollateralizzati

L-istess definizzjoni bħal Z 02.00 (LIAB), ir-ringiela 0340

L.5.

Noti strutturati

L-istess definizzjoni bħal Z 02.00 (LIAB), ir-ringiela 0350

L.6.

Obbligazzjonijiet prijoritarji mhux garantiti

L-istess definizzjoni bħal Z 02.00 (LIAB), ir-ringiela 0360

L.7.

Obbligazzjonijiet prijoritarji mhux bi preferenza

L-istess definizzjoni bħal Z 02.00 (LIAB), ir-ringiela 0365

L.8.

Obbligazzjonijiet subordinati

L-istess definizzjoni bħal Z 02.00 (LIAB), ir-ringiela 0370

L.9.

Obbligazzjonijiet eliġibbli għall-MREL oħra

L-istess definizzjoni bħal Z 02.00 (LIAB), ir-ringiela 0380

L.10.

Obbligazzjonijiet mhux finanzjarji

L-istess definizzjoni bħal Z 02.00 (LIAB), ir-ringiela 0390

L.11.

Obbligazzjonijiet residwali

L-istess definizzjoni bħal Z 02.00 (LIAB), ir-ringiela 0400. Kull obbligazzjoni li mhijiex koperta minn xi entrata preċedenti.

L.12.

Kapital tal-Grad 2

L-istess definizzjoni bħal Z 02.00 (LIAB), ir-ringiela 0530

L.13.

Kapital tal-Grad 1 Addizzjonali

L-istess definizzjoni bħal Z 02.00 (LIAB), ir-ringiela 0520

L.14.

Kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni

L-istess definizzjoni bħal Z 02.00 (LIAB), ir-ringiela 0510

 

Garanziji intragrupp

G.1.

Ħruġ

Garanziji dwar strumenti/obbligazzjonijiet speċifiċi li nħarġu

G.2.

Kontroparti

Garanziji mogħtija lil kontroparti speċifika tal-istituzzjoni

G.3.

Għadd illimitat

Garanziji ġenerali mhux limitati għal ammont fiss

G.4.

Oħrajn

Kull tip ta' garanzija mhux koperta mit-tipi preċedenti.

0060

Ammont pendenti

Għall-obbligazzjonijiet (il-kolonna 0050, it-tipi L.1, L.2 u L.4 - L.14), l-ammont pendenti tal-obbligazzjonijiet intragrupp; għall-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn derivattivi (it-tip L.3), l-ammonti tal-close-out kif definiti għall-iskopijiet tal-mudell Z 02.00 (LIAB), ir-ringiela 0333.

Għall-garanziji (il-kolonna 0050, il-valuri G.1 - G.4), l-ammont massimu potenzjali tal-pagamenti fil-futur taħt il-garanzija.

0070

li minnu maħruġ skont liġi ta' pajjiż terz

Is-sehem, f'ammont monetarju, tal-ammont pendenti li huwa rregolat mil-liġi ta' pajjiż terz.

0080

li minnu: eliġibbli għall-MREL

L-ammont pendenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli MREL ikkalkulat skont l-Artikolu 45(4)(a) u minn (c) sa (f) tad-Direttiva 2014/59/UE. Għal dan l-iskop, l-obbligazzjonijiet ma għandhomx ikunu esklużi mill-kalkolu għall-unika raġuni li dawn jinħarġu jew jinżammu minn entità fi grupp.

II.5   Z 05.01 u Z 05.02 - Kontropartijiet Ewlenin (MCP)

II.5.1   Kummenti ġenerali

26.

Dawn il-mudelli jiġbru informazzjoni dwar obbligazzjonijiet vis-à-vis kontropartijiet ewlenin (Z 05.01) u entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali riċevuti minn kontropartijiet ewlenin (Z 05.02). Ammonti rrapportati għandhom jiġu aggregati meta dawn ikunu tal-istess kontroparti u l-istess tip ta' obbligazzjonijiet jew entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali.

27.

Obbligazzjonijiet u entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali, li l-kontroparti tagħhom ma tistax tkun identifikata, ma għandhomx jiġu rrapportati f'dawn il-mudelli. Obbligazzjonijiet u entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali, li l-kontroparti tagħhom tkun entità inkluża fir-rapporti finanzjarji kkonsolidati ma għandhomx jiġu rrapportati.

II.5.2   Z 05.01 – Kontropartijiet Ewlenin tal-Obbligazzjonijiet - Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi

28.

L-ikkombinar ta' valuri rrapportati fil-kolonni 0020, 0040 u 0060 ta' dan il-mudell jifforma kodiċi primarju li jrid ikun uniku għal kull ringiela tal-mudell.

Kolonni

Struzzjonijiet

0010-0050

Kontroparti

Informazzjoni dwar il-kontroparti ewlenija li fir-rigward tagħha tfeġġ l-obbligazzjoni

Il-kontropartijiet ewlenin għandhom jiġu identifikati billi jinġabar it-total tal-ammonti pendenti tal-obbligazzjonijiet kollha tal-entità jew grupp dwar liema jiġi rapportat il-mudell, lil kull kontroparti jew grupp ta' klijenti konnessi, bl-esklużjoni tal-obbligazzjonijiet vis-à-vis entitajiet inklużi fir-rapporti finanzjarji kkonsolidati.

Il-kontropartijiet u l-gruppi ta' kontropartijiet konnessi jiġu mbagħad ikklassifikati skont ammont pendenti aggregat sabiex jiġu identifikati l-ewwel 10 kontropartijiet ewlenin, li dwarhom għandha tingħata informazzjoni f'dan il-mudell.

Id-definizzjoni ta' “grupp ta' kontropartijiet konnessi” għandha timxi fuq id-definizzjoni ta' “grupp ta' klijenti konnessi” stipulata fil-punt 39 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Għall-iskop ta' dan il-mudell, kontroparti ma tistax tkun entità inkluża fir-rapporti finanzjarji kkonsolidati.

0010

Isem tal-entità

Isem il-kontroparti ewlenija jew, meta applikabbli, isem ta' grupp ta' klijenti konnessi.

L-isem ta' grupp ta' klijenti konnessi għandu jkun l-isem tal-kumpanija omm jew, meta l-grupp ta' klijenti konnessi ma jkollux omm, l-isem kummerċjali tal-grupp.

0020

Kodiċi

Il-kodiċi tal-kontroparti ewlenija jew tal-grupp ta' klijenti konnessi. Għall-istituzzjonijiet, il-kodiċi għandu jkun il-kodiċi alfanumeriku LEI b'20 figura. Għal entitajiet oħra, il-kodiċi għandu jkun il-kodiċi alfanumeriku LEI b'20 figura, jew jekk ma jkunx disponibbli, kodiċi b'kodifikazzjoni uniformi applikabbli fl-Unjoni, jew jekk ma jkunx disponibbli, kodiċi nazzjonali.

Il-kodiċi għandu jkun uniku u użat b'mod konsistenti fil-mudelli kollha.

0030

Grupp jew individwali

L-istituzzjoni għandu jirrapporta “1” għall-kontropartijiet ewlenin individwali u “2” għall-gruppi ta' klijenti konnessi.

0040

Pajjiż

Il-kodiċi ISO 3166-1-alpha-2 tal-pajjiż ta' inkorporazzjoni tal-entità. Dan jinkludi kodiċijiet psewdo-ISO għall-organizzazzjonijiet internazzjonali, disponibbli fl-aħħar edizzjoni tal-“Vademecum tal-Bilanċ tal-Pagamenti” tal-Eurostat.

Il-pajjiż huwa ddeterminat b'referenza għall-uffiċċju rreġistrat tal-kontroparti. Għall-gruppi ta' klijenti konnessi, il-pajjiż ta' inkorporazzjoni tal-kumpanija omm.

0050

Settur

Għal kull kontroparti għandu jiġu allokat settur wieħed abbażi tal-klassijiet tas-settur ekonomiku FINREP (FINREP, l-Anness V, il-Parti 1, il-Kapitolu 6):

Banek Ċentrali

Gvernijiet Ġenerali

Istituzzjonijiet ta' kreditu:

Korporazzjonijiet finanzjarji oħra

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji

Unitajiet domestiċi

Għall-gruppi ta' klijenti konnessi, l-ebda settur ma għandu jiġi rrappurtat.

0060

Tip

It-tip ta' obbligazzjoni għandu jkun wieħed mit-tipi ta' obbligazzjoni elenkati fil-mudell Z 02.00 - Struttura tal-Obbligazzjonijiet (LIAB), jiġifieri:

L.0

Obbligazzjonijiet esklużi mir-rikapitalizzazzjoni interna

L.1

Depożiti, mhux koperti iżda preferenzjali;

L.2

Depożiti, mhux koperti u mhux preferenzjali;

L.3

Obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn derivattivi

L.4

Obbligazzjonijiet garantiti mhux ikkollateralizzati

L.5

Noti strutturati

L.6

Obbligazzjonijiet prijoritarji mhux garantiti

L.7

obbligazzjonijiet prijoritarji mhux bi preferenza

L.8

Obbligazzjonijiet subordinati (mhux rikonoxxuti bħala fondi proprji)

L.9

Obbligazzjonijiet eliġibbli għall-MREL oħra

L.10

Obbligazzjonijiet mhux finanzjarji

L.11

Obbligazzjonijiet residwali

Jekk l-obbligazzjonijiet vis-à-vis kontroparti ewlenija jikkonsistu f'aktar minn wieħed mit-tipi msemmija hawn fuq, kull tip ta' obbligazzjoni għandu jiġi rrapportat f'ringiela separata.

0070

Ammont

L-ammont għandu jkun ekwivalenti għad-definizzjoni ta' “ammont pendenti” kif preskritt fil-mudell Z 02.00 - Struttura tal-Obbligazzjonijiet. F'każ ta' obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn derivattivi (it-tip L.3), għandhom jiġu rrapportati l-ammonti tal-close-out kif definiti għall-iskopijiet tar-ringiela 0333, il-mudell Z 02.00.

II.5.3   Z 05.02 – Kontropartijiet ewlenin li ma jidhrux fil-karta bilanċjali: Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi

29.

L-ikkombinar ta' valuri rrapportati fil-kolonni 0020 u 0060 ta' dan il-mudell jifforma kodiċi primarju li jrid ikun uniku għal kull ringiela tal-mudell.

Kolonni

Struzzjonijiet

0010-0050

Kontropartijiet

Informazzjoni dwar il-kontropartijiet ewlenin li ma jidhrux fil-karta bilanċjali.

Il-kontropartijiet ewlenin li ma jidhrux fil-karta bilanċjali għandhom jiġu identifikati billi jinġabar it-total tal-ammont nominali tal-impenji u tal-garanziji finanzjarji riċevuti (kif definiti għall-iskopijiet ta' FINREP, il-mudell F 09) mill-entità jew l-entitajiet fi grupp dwar liema jiġi rrapportat il-mudell mill-kontropartijiet jew mill-grupp ta' klijenti konnessi. Il-kontropartijiet ewlenin li ma jidhrux fil-karta bilanċjali għandhom jeskludu l-entitajiet inklużi fir-rapporti finanzjarji kkonsolidati tal-grupp. Il-kontropartijiet u l-gruppi ta' kontropartijiet konnessi jiġu mbagħad ikklassifikati skont ammont pendenti aggregat sabiex jiġu identifikati l-ewwel 10 kontropartijiet ewlenin li ma jidhrux fil-karta bilanċjali, li dwarhom għandha tingħata informazzjoni f'dan il-mudell.

Għall-iskop ta' dan il-mudell, għandhom jiġu rrapportati biss kontropartijiet li mhumiex inklużi fir-rapporti finanzjarji kkonsolidati.

0010

Isem tal-entità

Ara l-istruzzjonijiet dwar il-kolonna 0010 ta' Z 05.01

0020

Kodiċi

Ara l-istruzzjonijiet dwar il-kolonna 0020 ta' Z 05.01

0030

Grupp jew individwali

Ara l-istruzzjonijiet dwar il-kolonna 0030 ta' Z 05.01

0040

Pajjiż

Ara l-istruzzjonijiet dwar il-kolonna 0040 ta' Z 05.01

0050

Settur

Ara l-istruzzjonijiet dwar il-kolonna 0050 ta' Z 05.01

0060

Tip

It-tip ta' skopertura li ma tidhirx fil-karta bilanċjali għandu jkun wieħed minn dawn li ġejjin skont kif definiti f'FINREP, il-mudell F 09.02:

OBS.1

Impenji ta' self riċevuti

OBS.2

Garanziji finanzjarji riċevuti

OBS.3

Impenji oħra riċevuti

Jekk l-entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali riċevuti minn kontroparti ewlenija jkunu jikkonsistu f'aktar minn wieħed mit-tipi msemmija hawn fuq, kull tip ta' entrata li ma tidhirx fil-karta bilanċjali għandu jiġi rrapportat f'ringiela separata.

0070

Ammont

II.6   Z 06.00 - Assigurazzjoni ta' depożitu (DIS)

II.6.1   Kummenti ġenerali

30.

Dan il-mudell jagħti ħarsa ġenerali lejn l-assigurazzjoni tad-depożiti fi grupp u l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti li tagħhom ikunu membri l-entitajiet ġuridiċi rilevanti.

31.

Kull istituzzjoni ta' kreditu li tkun tal-grupp għandha tiġi rrapportata f'ringiela separata.

II.6.2   Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi

Kolonni

Struzzjonijiet

0010-0020

Entità

0010

Isem tal-Entità

L-isem tal-entità kif irrapportat f'Z 01.00 - Struttura organizzazzjonali (ORG).

0020

Kodiċi

Il-kodiċi tal-entità, kif irrapportat f'Z 01.00 - Struttura organizzazzjonali (ORG).

Dan huwa identifikatur tar-ringiela u jrid ikun uniku għal kull ringiela fil-mudell.

0030

SGD

L-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2014/49/UE

L-isem tal-iSGD rikonoxxuta uffiċjalment li l-entità tkun membru tagħha permezz tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/49/UE. Din għandha tkun l-iSGD fl-Istat Membru ta' inkorporazzjoni tal-entità, bl-esklużjoni ta' SGD oħra li, fi Stati Membri oħra, jistgħu jipprovdu protezzjoni addizzjonali (“top-up”) lill-konsumaturi tal-Entità f'fergħa f'dak l-Istat Membru. Meta istituzzjoni tkun membru ta' IPS li tkun ukoll uffiċjalment rikonoxxuta bħala SGD skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2014/49/UE, l-isem tal-iSGD għandu jkun identiku għall-isem tal-IPS fir-ringiela 050.

L-iSGD għandha tintgħażel, għal kull pajjiż ta' inkorporazzjoni tal-entità, fost dawn li ġejjin:

 

Għall-Awstrija

“Einlagensicherung der Banken und Bankiers GmbH”

“Sparkassen-Haftungs AG”

“Österreichische Raiffeisen-Einlagensicherung eGen”

“Volksbank Einlagensicherung eG”

“Hypo Haftungs-Gesellschaft m.b.H.”

 

Il-Belġju

“Garantiefonds voor financiële diensten/Fonds de garantie pour les services financiers”

 

Il-Bulgarija

“Фондът за гарантиране на влоговете в банките”

 

Il-Kroazja

“Državna agencija za osiguranje štednih uloga i sanaciju banaka”

 

Ċipru

“Σύστημα Εγγύησης των Καταθέσεων και Εξυγίανσης Πιστωτικών και Άλλων Ιδρυμάτων”

 

Ir-Repubblika Ċeka

“Garanční systém finančního trhu”

 

Id-Danimarka

“Garantiformuen”

 

L-Estonja

“Tagastisfond”

 

Il-Finlandja

“Talletussuojarahasto”

 

Franza

“Fonds de Garantie des Dépôts et de Résolution”

 

Il-Ġermanja

“Entschädigungseinrichtung deutscher Banken GmbH”

“Entschädigungseinrichtung des Bundesverbandes Öffentlicher Banken Deutschlands GmbH”

“Sicherungseinrichtung des Deutschen Sparkassen- und Giroverbandes (DSGV-Haftungsverbund)”

“BVR Institutssicherung GmbH”

 

Ġibiltà

“Gibraltar Deposit Guarantee Scheme”

 

Il-Greċja

“Ταμείο Εγγύησης Καταθέσεων και Επενδύσεων”

 

L-Ungerija

“Országos Betétbiztosítási Alap”

 

L-Iżlanda

“Tryggingarsjóður innstæðueigenda og fjárfesta”

 

L-Irlanda

“Irish Deposit Protection Scheme”

 

L-Italja

“Fondo Interbancario di Tutela dei Depositi”

“Fondo di Garanzia dei Depositanti del Credito Cooperativo”

 

Il-Latvja

“Latvijas Noguldījumu garantiju fonds”

 

Il-Liechtenstein

“Einlagensicherungs- und Anlegerentschädigungs-Stiftung SV”

 

Il-Litwanja

“Indėlių ir investicijų draudimas”

 

Il-Lussemburgu

“Fond de garantie des Dépôts Lussemburgu”

 

Malta

“Depositor Compensation Scheme”

 

In-Netherlands

“De Nederlandsche Bank, Depositogarantiestelsel”

 

In-Norveġja

“Bankenes sikringsfond”

 

Il-Polonja

“Bankowy Fundusz Gwarancyjny”

 

Il-Portugall

“Fundo de Garantia de Depósitos”

“Fundo de Garantia do Crédito Agrícola Mútuo”

 

Ir-Rumanija

“Fondul de Garantare a Depozitelor in Sistemul Bancar”

 

Is-Slovakkja

“Fond ochrany vkladov”

 

Is-Slovenja

“Banka Slovenije”

 

Spanja

“Fondo de Garantía de Depósitos de Entidades de Crédito”

 

L-Iżvezja

“Riksgälden”

 

Ir-Renju Unit

“Financial Services Compensation Scheme”

Jekk l-iSGD rikonoxxuta uffiċjalment li tagħha l-entità tkun membru ma tkunx elenkata hawn fuq, għandha tiġi rrapportata taħt “oħrajn”,

0040

Ammont ta' depożiti koperti

L-Artikoli 2(1)(5) u 6(2) tad-Direttiva 2014/49/UE

L-ammont ta' depożiti koperti kif definiti fil-punt (5) tal-Artikolu 2(1), flimkien mal-Artikolu 6, tad-Direttiva 2014/49/UE, kif koperti mill-iSGD fir-ringiela 00030, bl-esklużjoni ta' bilanċi temporanjament għolja kif definiti fl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2014/49/UE.

0050

Skema ta' Protezzjoni Istituzzjonali

L-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

L-isem tal-Iskema ta' Protezzjoni Istituzzjonali, kif imsemmija fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li tagħha l-entità tkun membru. Tirrapporta xejn jekk l-entità ma tkunx membru ta' IPS. Meta istituzzjoni tkun membru ta' IPS li tkun ukoll uffiċjalment rikonoxxuta bħala SGD skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2014/49/UE, l-isem tal-iSGD għandu jkun identiku għall-isem tal-iSGD fir-ringiela 030.

0060

Protezzjoni addizzjonali skont skema kuntrattwali

L-Artikolu 1(3)(a) tad-Direttiva 2014/49/UE

Ammonti ta' depożiti koperti minn skema kuntrattwali fl-Entità.

II.7   Funzjonijiet kritiċi u linji ta' negozju ewlenin

II.7.1   Kummenti ġenerali

32.

L-erba' mudelli ta' din it-taqsima jipprovdu data ewlenija u valutazzjonijiet kwalitattivi tal-impatt, sostitwibbiltà u kritiċità tal-funzjonijiet ekonomiċi provduti mill-grupp, issupplimentati minn immappjar ta' dawk il-funzjonijiet kritiċi ma' linji ta' negozju ewlenin u entitajiet ġuridiċi.

33.

B'mod aktar speċifiku, il-mudelli huma ddedikati għas-suġġetti li ġejjin:

34.

Il-mudell Z 07.01 - Valutazzjoni tal-kritiċità tal-funzjonijiet ekonomiċi (FUNC 1) jidentifika, abbażi ta' indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi, il-funzjonijiet mhux kritiċi u kritiċi mwettqa mill-grupp għal kull Stat Membru li fih ikun attiv il-grupp;

35.

Il-mudell Z 07.02 - Immappjar tal-funzjonijiet kritiċi mal-entità ġuridika (FUNC 2) jimmappja l-funzjonijiet kritiċi identifikati mal-entitajiet ġuridiċi u jivvaluta jekk kull entità ġuridika titqisx jew le materjali għat-twettiq tal-funzjoni kritika;

36.

Z 07.03 - Immappjar tal-Linji ta' Negozju Ewlenin skont l-entità ġuridika (FUNC 3) jipprovdi lista kompluta ta' linji ta' negozju ewlenin u jimmappjahom mal-entitajiet ġuridiċi;

37.

Il-mudell Z 07.04 - Immappjar tal-funzjonijiet kritiċi mal-linji ta' negozju ewlenin (FUNC 4) jimmappja l-funzjonijiet kritiċi identifikati mal-linji ta' negozju.

38.

Skont il-punt 35 tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, funzjonijiet kritiċi tfisser attivitajiet, servizzi jew operazzjonijiet li t-twaqqif tagħhom fi Stat Membru wieħed jew aktar, iwassal għal tħarbit tas-servizzi li huma essenzjali għall-ekonomija reali jew għal tħarbit tal-istabilità finanzjarja minħabba d-daqs, is-sehem tas-suq, l-interkonnettività esterna u interna, il-kumplessità jew l-attivitajiet transfruntiera ta' istituzzjoni jew grupp, fir-rigward, b'mod partikolari, tas-sostitwibbiltà ta' dawk l-attivitajiet, servizzi jew operazzjonijiet.

39.

Skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/778 (15), funzjoni għandha titqies kritika, meta tkun tissodisfa dawn it-tnejn li ġejjin:

1.

il-funzjoni hija pprovduta minn istituzzjoni lil partijiet terzi li mhumiex affiljati ma' istituzzjoni jew grupp; kif ukoll

2.

in-nuqqas tagħha jwassal għal tfixkil li x'aktarx ikollu impatt negattiv materjali fuq partijiet terzi, iwassal għal kontaġju jew jimmina l-kunfidenza ġenerali tal-parteċipant fis-suq minħabba r-relevanza sistemika tal-funzjoni għal partijiet terzi u r-relevanza sistemika tal-istituzzjoni jew il-grupp biex jipprovdu l-funzjoni.

40.

Skont il-punt (36) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, “linji ta' negozju ewlenin” tfisser linji ta' negozju u servizzi assoċjati li jirrappreżentaw sorsi materjali ta' dħul, profitt jew valur tal-franchise għal istituzzjoni jew għal grupp li tifforma parti minnu l-istituzzjoni.

41.

Għall-finijiet ta' dan il-mudell, funzjonijiet ekonomiċi għandhom jirreferu għall-funzjonijiet elenkati fit-tabella ta' hawn taħt.

42.

Għal kull kategorija ta' funzjonijiet ekonomiċi, tista' tintgħażel funzjoni ekonomika “oħra” jekk il-funzjoni ma tkunx koperta mill-funzjonijiet predefiniti l-oħra.

43.

Il-kontropartijiet imsemmija fir-ringieli minn 0010 sa 0070 u fir-ringieli minn 0080 sa 0150 huma ddefiniti bl-istess mod bħas-setturi ta' kontroparti kif previst f'FINREP, l-Anness V, il-Parti 1, il-Kapitolu 6. “SMEs” tirreferi għall-SMEs kif definiti f'FINREP, l-Anness V, il-Parti 1, il-paragrafu 5, il-punt (i).

ID

Funzjoni ekonomika

Depożiti

It-teħid ta' depożitu għandu jirreferi għall-aċċettazzjoni ta' depożiti minn intermedjarji mhux finanzjarji. Dan ma jinkludix it-teħid b'self minn intermedjarji finanzjarji oħra, li huwa trattat separatament fil-“finanzjament tal-operaturi”.

Id-depożiti jinkludu: i) kontijiet kurrenti/depożiti mil-lum għall-għada, ii) depożiti b'maturità miftiehma, u iii) depożiti mifdija b'notifika, u jeskludu l-ftehimiet ta' riakkwist.

Referenzi: FSB Guidance on Identification of Critical Functions and Critical Shared Services (2013) p. 14; L-Anness II, il-Parti 2, il-punti 9.1, 9.2 u 9.3 tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013.

1.1

Unitajiet domestiċi

1.2

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (SMEs)

1.3

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (non-SMEs)

1.4

Gvernijiet ġenerali

1.5, 1.6, 1.7

Setturi/kontropartijiet oħra (1), (2) u (3)

Għoti ta' self

L-għoti ta' self għandu jirreferi għall-forniment ta' fondi lill-kontropartijiet mhux finanzjarji, bħall-klijenti korporattivi jew klijenti konsumaturi. L-għoti ta' self lill-kontropartijiet finanzjarji huwa attività distinta u huwa vvalutat fil-“finanzjament tal-operaturi”. Is-self jinkludi strumenti ta' dejn miżmuma mill-istituzzjonijiet iżda jeskludi l-istrumenti ta' dejn li huma titoli, irrispettivament mill-klassifikazzjoni ta' kontabbiltà tagħhom (jiġifieri miżmuma sal-maturità jew disponibbli għall-bejgħ).

Referenzi: FSB Guidance on Identification of Critical Functions and Critical Shared Services (2013) p. 17; L-Anness II, il-Parti 2, il-punt 2 tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013.

2.1

Unitajiet domestiċi – Għoti ta' self għal akkwist ta' dar

Għoti ta' self għal akkwist ta' dar ifisser self estiż għal unitajiet domestiċi għall-fini ta' investiment fi djar għall-użu proprju jew għall-kiri, inkluż il-bini u r-ristrutturar tagħhom.

2.2

Unitajiet domestiċi – self ieħor

2.3

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji - SMEs

2.4

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji - non-SMEs

2.5

Gvernijiet Ġenerali

2.6, 2.7, 2.8

Setturi/kontropartijiet oħra (1), (2) u (3)

Servizzi ta' pagament, kontanti, saldu, ikklerjar, kustodja

Referenza: FSB Guidance on Identification of Critical Functions and Critical Shared Services (2013) p. 20.

Il-funzjonijiet ekonomiċi inklużi taħt din il-kappa għandhom jikkonsistu mill-forniment ta' servizzi ta' pagament, kontanti, saldu, ikklerjar u kustodja minn istituzzjoni ta' kreditu, bħala intermedjarja bejn il-klijenti proprji jew bħala intermedjarja bejn klijent u Infrastruttura tas-Swieq Finanzjarji (FMI) waħda jew aktar, jew l-għoti ta' aċċess (indirett) lill-FMIs għal banek oħra. F'konformità mal-FSB Guidance on Identification of Critical Functions and Critical Shared Services, il-funzjoni ta' pagamenti, ikklerjar u settlement hija limitata għal servizzi provduti mill-banek lill-klijenti tagħhom. Din il-kategorija ma tkoprix servizzi provduti minn fornituri ta' FMI (veri u proprji). Għall-fini ta' dan il-mudell, l-FMIs jinkludu sistemi ta' pagament, sistemi ta' saldu tat-titoli, depożitorji ċentrali tat-titoli u kontopartijiet ċentrali (u ma jinkludux repożitorji tat-tranżazzjonijiet).

“Servizz ta' pagament”, “tranżazzjoni ta' pagament” u “sistema ta' pagament” għandhom l-istess sens bħad-definizzjoni tagħhom fl-Artikolu 4(3), (5) u (7), rispettivament tad-DIRETTIVA 2015/2366 dwar is-servizzi ta' pagament fis-suq intern (16).

3.1

Servizzi ta' pagament lill-MFIs

Din ir-ringiela għandha tinkludi servizzi ta' pagament offruti lill-Istituzzjonijiet Finanzjarji Monetarji (MFIs), bl-użu ta' sistemi esterni ta' pagament jew mingħajru. Dan għandu jinkludi wkoll (il-pagamenti relatati ma') servizzi bankarji korrispondenti. L-MFIs għandhom jikkonsistu mill-unitajiet istituzzjonali kollha inklużi fis-sottosetturi: i) il-bank ċentrali; ii) il-korporazzjonijiet li jieħdu depożiti ħlief għall-bank ċentrali; u iii) l-fondi tas-suq monetarju.

3.2

Servizzi ta' pagament lil non-MFIs

Servizzi ta' pagament offruti lill-klijenti, bl-użu ta' sistemi esterni ta' pagament jew mingħajru. Dan għandu jinkludi biss persuni fiżiċi jew ġuridiċi li ma jappartjenux għas-settur tal-MFIs. Il-fornituri tas-servizzi ta' pagament huma wkoll esklużi mis-settur “non-MFIs”.

3.3

Servizzi ta' kontanti

Il-forniment ta' servizzi ta' kontanti lill-klijenti (kemm individwi kif ukoll korporattivi, non-MFIs biss). Dawn is-servizzi jirreferu għal ġbid ta' flus minn ATMs u fil-counters tal-fergħat u ma jinkludux servizzi oħra ta' kontanti (bħal servizzi ta' transitu ta' flus kontanti għall-bejjiegħa bl-imnut fuq skala kbira). Huwa inkluż il-ġbid ta' kontanti b'ċekkijiet u fil-counters tal-fergħat bl-użu ta' formoli bankarji (meta jkunu jistgħu jintużaw il-cards bħala mezz ta' identifikazzjoni).

3.4

Servizzi ta' saldu tat-titoli

Servizzi offruti lill-klijenti għall-konferma, l-ikklerjar u s-saldu ta' tranżazzjonijiet tat-titoli, bl-użu tas-sistemi ta' saldu tat-titoli jew mingħajru. “Saldu” tfisser it-tlestija ta' tranżazzjoni ta' titoli fejn tiġi konkluża bl-għan li jitwettqu l-obbligi tal-partijiet għal dik it-tranżazzjoni permezz tat-trasferiment ta' flus kontanti u/jew titoli.

3.5

Servizzi tal-ikklerjar ta' CCPs

Servizzi tal-ikklerjar tat-titoli u tad-derivattivi provduti lill-klijenti. Dan jinkludi wkoll l-għoti ta' aċċess indirett għal Kontroparti Ċentrali (CCP).

3.6

Servizzi ta' kustodja

Il-kustodja u l-amministrazzjoni ta' strumenti finanzjarji għall-klijenti u servizzi relatati mar-rwol ta' kustodja bħall-ġestjoni tal-kollateral u l-kontanti.

3.7, 3.8, 3.9

Servizzi/attivitajiet/funzjonijiet oħra (1), (2) u (3)

Swieq tal-Kapital

L-attivitajiet tas-swieq tal-kapital għandhom jirreferu għall-ħruġ u għan-negozjar ta' titoli, servizzi ta' konsulenza relatati, u servizzi relatati bħal senserija prima u ġenerazzjoni tas-suq.

4.1

Derivattivi miżmuma għan-negozju (OTC)

L-Artikolu 2(5) u (7) tar-REGOLAMENT (UE) Nru 648/2012 (17).

Derivattiva jew kuntratt tad-derivattivi tfisser strument finanzjarju kif stipulat fil-punti minn (4) sa (10) tat-Taqsima C tal-Anness I tad-DIRETTIVA 2014/65/UE (18) kif implimentata mill-Artikoli 38 u 39 tar-REGOLAMENT (KE) Nru 1287/2006.

Derivattiv OTC jew kuntratt tad-derivattivi OTC tfisser kuntratt tad-derivattivi li l-eżekuzzjoni tiegħu ma sseħħx f'suq regolat fis-sens tal-Artikolu 4(1)(21) tad-DIRETTIVA 2014/65/UE jew f'suq ta' pajjiż terz ikkunsidrat bħala ekwivalenti għal suq regolat f'konformità mal-Artikolu 2a tar-REGOLAMENT (UE) Nru 648/2012.

L-ammont li jrid jiġi rreġistrat għandu jinkludi biss id-derivattivi nnegozjati fis-suq OTC.

4.2

Derivattivi miżmuma għan-negozju (mhux OTC)

Id-derivattivi miżmuma għan-negozju, esklużi d-derivattivi OTC miżmuma għan-negozju.

4.3

Swieq sekondarji/Negozjar:

Is-suq sekondarju huwa fejn l-investituri jixtru u jbigħu t-titoli. Din il-funzjoni tapplika għall-portafoll tan-negozjar totali (jiġifieri ekwità, kreditu korporattiv, kreditu sovran).

L-ammont li jrid jiġi rrapportat għandu jinkludi l-valur tat-titoli kkalkulat bħala l-ammont totali ta' titoli fiż-żamma għan-negozju. It-titoli għandhom jiġu rrapportati bil-valur ġust fid-data tar-rapportar.

L-ammont ma għandux jinkludi self, derivattivi u assi mhux negozjabbli (pereż. ir-riċevibbli).

4.4

Swieq primarji/sottoskrizzjoni

Swieq primarji għandha tfisser meta jinħarġu titoli ġodda bi skambju minn kumpaniji, gvernijiet, u gruppi oħra sabiex jinkiseb finanzjament permezz ta' titoli bbażati fuq id-dejn jew fuq l-ekwità (bħal azzjoni ordinarja u privileġġjata, bonds korporattivi, noti, kambjali, bonds tal-gvern). Is-swieq primarji huma ffaċilitati minn gruppi ta' sottoskrizzjoni.

4.5, 4.6, 4.7

Servizzi/attivitajiet/funzjonijiet oħra (1), (2) u (3)

Finanzjament tal-Operaturi

Attivitajiet ta' għoti ta' self u ta' teħid b'self fis-swieq tal-operaturi lill-kontopartijiet finanzjarji u mingħandhom (istituzzjonijiet ta' kreditu u korporazzjonijiet finanzjarji oħra).

5.1

Self meħud

It-teħid b'self fis-swieq tal-operaturi mill-kontropartijiet finanzjarji (inkluż permezz ta' ftehimiet ta' riakkwist, teħid b'self interbankarju, karta kummerċjali, ċertifikati ta' depożiti, fondi tas-suq monetarju, linji ta' kreditu, karta kummerċjali garantita b'assi u depożiti fiduċjarji).

5.2

Derivattivi (assi)

Id-derivattivi kollha b'kontropartijiet finanzjarji miżmuma fuq in-naħa tal-assi tal-karta bilanċjali. Kuntrarjament għal “Swieq Kapitali”, f'“Finanzjament tal-Operaturi”, id-derivattivi jinkludu l-kuntratti kollha tad-derivattivi mal-kontropartijiet finanzjarji (mhux limitati għall-HFT).

5.3

Għoti ta' self

L-għoti ta' self fis-swieq tal-operaturi lill-kontropartijiet finanzjarji (inkluż permezz ta' self ta' retroriakkwist, karta kummerċjali, ċertifikati ta' depożiti, fondi tas-suq monetarju, linji ta' kreditu, karta kummerċjali garantita b'assi, depożiti fiduċjarji).

5.4

Derivattivi (obbligazzjonijiet)

Id-derivattivi kollha b'kontropartijiet finanzjarji miżmuma fuq in-naħa tal-obbligazzjonijiet tal-karta bilanċjali.

5.5, 5.6, 5.7

Tipi oħra ta' prodott (1), (2) u (3)

Kull funzjoni tal-funzjoni ekonomika “Finanzjament tal-operaturi” li mhijiex inkluża f'dan ta' hawn fuq.

II.7.2   Z 07.01 - Valutazzjoni tal-kritiċità tal-funzjonijiet ekonomiċi (FUNC 1): Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi

44.

Dan il-mudell għandu jiġi rrapportat darba għal kull Stat Membru (identifikat bħala “pajjiż”) fejn il-grupp ikun attiv.

45.

Dan ikopri l-funzjonijiet ekonomiċi kollha mwettqa f'dak l-Istat Membru minn kull entità fi grupp, kemm jekk dik il-funzjoni tirrappreżenta funzjoni kritika kif ukoll jekk le.

Ringieli

Struzzjonijiet

0010 - 0380

Funzjonijiet ekonomiċi

Funzjonijiet ekonomiċi kif definiti aktar 'il fuq


Kolonni

Struzzjonijiet

0010

Deskrizzjoni ta' funzjoni ekonomika

Meta l-Funzjoni ekonomika tkun tat-tip “Oħrajn” (Funzjonijiet 1.5 – 1.7, 2.6 -2.8, 3.7 – 3.9, 4.5 – 4.7, 5.5 – 5.7), għandha tingħata deskrizzjoni ta' dik il-funzjoni.

0020

Sehem mis-suq

Stima tas-sehem mis-suq tal-istituzzjoni jew grupp għall-funzjoni ekonomika fil-pajjiż rispettiv. Bħala perċentwal tas-suq totali f'termini ta' ammont monetarju.

0030

Ammont monetarju

Il-kontenut ta' din il-kolonna jiddependi fuq il-Funzjoni ekonomika provduta:

1.

Depożiti

Ammont riportat (inkluż l-imgħax dovut) tad-depożiti aċċettati

Referenzi: FINREP, l-Annessi III u IV, il-mudell F 08.01 u l-Anness V, il-Parti 2, il-paragrafu 97.

2.

Għoti ta' self

Il-valur riportat gross ta' avvanzi u self mhux indebolit u indebolit (inkluż imgħax dovut). L-istokk ta' self jittieħed bħala indikatur għal self mistenni fil-futur.

Referenzi: FINREP, l-Annessi III u IV, il-mudell F 04.04.01 u l-Anness V, il-Parti 1, il-paragrafu 34, il-punt (b)

3.

Servizzi ta' pagament, kontanti, saldu, ikklerjar, kustodja

Bħala regola ġenerali, għandha tiġi rrapportata l-medja tat-tranżazzjonijiet fuq bażi ta' kuljum fis-sena. Jekk ma tkunx disponibbli, tista' tiġi rrapportata medja fuq perjodu iqsar (pereż. ta' ftit xhur).

Għandhom jitqiesu l-miżuri segwenti, b'mod speċifiku fir-rigward tal-funzjonijiet differenti:

Servizz ta' pagament (3.1 sa 3.2): Valur tat-tranżazzjonijiet mibgħuta.

(Referenzi: l-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2015/2366/KE; BĊE/2013/43)

Servizzi ta' kontanti (3.3): Il-valur tat-tranżazzjonijiet mill-ATMs, kif definiti f'BĊE/2013/43, it-Tabella 5a, kif ukoll ġbid ta' flus OTC, kif definit f'BĊE/2014/15, it-Tabella 4.

Servizzi ta' saldu tat-titoli (3.4): Valur ta' trasferimenti ta' titoli pproċessati għan-nom tal-klijenti. Dan jinkludi tranżazzjonijiet saldati permezz ta' sistema ta' saldu tat-titoli jew saldati internament mill-istituzzjonijiet ta' rapportar, u tranżazzjonijiet “mingħajr pagament” (free-of-payment).

Servizzi tal-ikklerjar ta' CCPs (3.5): il-pożizzjonijiet (skopertura) li jieħdu s-CCPs li l-istituzzjoni tkun membru tagħhom mal-istituzzjoni għan-nom tal-klijenti tagħha. Jekk jogħġbok irrapporta l-valur medju ta' kuljum ta' pożizzjonijiet miftuħa relatati mal-attività tal-klijenti fis-CCPs. Jekk ma jkunx disponibbli, tista' tirrapporta l-valuri medji fuq perjodu iqsar (pereż. ta' ftit xhur).

Servizzi ta' kustodja (3.6): L-ammont ta' assi taħt kustodja, bl-użu ta' valur ġust. Bażijiet oħra ta' kejl inkluż valur nominali jistgħu jintużaw jekk ma jkunx disponibbli l-valur ġust. F'dawk il-każijiet li fihom l-istituzzjoni tipprovdi servizzi lill-entitajiet, bħall-intrapriżi għal investiment kollettiv, il-fondi tal-pensjonijiet, l-assi kkonċernati jistgħu jintwerew bil-valur li bih dawn l-entitajiet jirrapportaw l-assi fil-karta bilanċjali tagħhom stess. L-ammonti rrapportati għandhom jinkludu l-imgħax dovut, jekk xieraq.

(Referenza: FINREP, l-Anness III u IV, il-mudell F 22.02, il-kolonna 010)

4.

Swieq tal-Kapital

Ammont nozzjonali - Jiġi indikat biss għad-derivattivi (4.1-4.2): ammont nominali gross tan-negozji kollha konklużi u għadhom mhux issaldati fid-data ta' referenza.

Referenzi: FINREP, l-Anness V, il-Parti 2, il-paragrafu 133 għad-definizzjoni; għad-data FINREP, l-Annessi III; IV u V:

It-total tad-derivattivi (4.1-4.2): Il-mudell F 10.00, il-kolonna 030, ir-ringiela 290.

Id-derivattivi OTC (4.1): Il-mudell F 10.00, il-kolonna 030, ir-ringieli 300 + 310 + 320.

Attivitajiet tas-swieq sekondarji (4.3). Assi tal-valur riportat - il-valur riportat li jrid jiġi rrapportat fuq in-naħa tal-assi tal-karta bilanċjali, inkluż l-imgħax dovut [FINREP: l-Anness V, il-Parti 1, il-paragrafu 27] għal strumenti ta' ekwità u titoli ta' dejn [FINREP: l-Anness V, il-Parti 1, il-paragrafu 31], ikklassifikat bħala “Miżmum għan-Negozju” [FINREP: l-Anness V, il-Parti 1, il-paragrafu 15, il-punt (a) u l-paragrafu 16, il-punt (a)].

Referenza: FINREP: l-Anness III, il-Mudell F 04.01, il-kolonna 010, ir-ringieli 010 + 060 + 120.

Swieq primarji (4.4): Dħul mit-tariffi - Tariffi u kummissjonijiet riċevuti għall-involviment fl-oriġinazzjoni jew il-ħruġ ta' titoli mhux oriġinati jew maħruġa mill-istituzzjoni.

Referenza: FINREP: l-Anness III, IV il-Mudell F 22.01, il-kolonna 010, ir-ringieli 030 + 180.

5.

Finanzjament tal-operaturi

Uża l-valur riportat gross kif definit f'FINREP.

Referenzi: FINREP: l-Anness V, il-Parti 1, il-paragrafu 34, FINREP: l-Anness III, IV, Mudelli:

Teħid b'Self (5.1): Il-mudell F 20.06, il-kolonna 010, ir-ringieli 100 + 110, il-pajjiżi kollha.

Derivattivi (assi) (5.2): Il-mudell F20.04, il-kolonna 010, ir-ringiela 010, il-pajjiżi kollha.

Għoti ta' Self (5.3): Il-mudell F 20.04, il-kolonna 010, ir-ringieli 170 + 180, il-pajjiżi kollha.

Derivattivi (obbligazzjonijiet) (5.4): Il-mudell F 20.06, il-kolonna 010, ir-ringieli 010, il-pajjiżi kollha.

0040

Indikatur numeriku

Il-kontenut ta' din il-kolonna jiddependi fuq il-Funzjoni ekonomika provduta.

1.

Depożiti

L-għadd totali ta' klijenti li ddepożitaw il-valuri rrapportati f'ammont monetarju. Jekk klijent wieħed juża aktar minn prodott/kont ta' depożitu wieħed, il-klijent għandu jiġi kkalkulat darba biss.

2.

Għoti ta' self

Numru totali ta' klijenti. Jekk klijent ikun qed juża aktar minn prodott/kont wieħed, il-klijent għandu jiġi kkalkulat darba biss.

3.

Servizzi ta' pagament, kontanti, saldu, ikklerjar, kustodja

Bħala regola ġenerali, għandhom jiġu rrapportati l-medji tat-tranżazzjonijiet fuq bażi ta' kuljum fis-sena. Jekk ma jkunux disponibbli, jistgħu jiġu rrapportati l-medji fuq perjodu iqsar (pereż. ta' ftit xhur).

Għandhom jintużaw il-miżuri segwenti, b'mod speċifiku fir-rigward tal-funzjonijiet differenti:

Servizzi ta' pagament (3.1-3.2): Għadd ta' tranżazzjonijiet li saru.

Referenzi: l-Artikolu 4(5) tad-Direttiva UE 2015/2366/KE; BĊE/2013/43.

Servizzi ta' kontanti (3.3): In-numru ta' tranżazzjonijiet mill-ATMs, kif definiti f'BĊE/2013/43, it-Tabella 5a, kif ukoll ġbid ta' flus OTC, kif definit f'BĊE/2014/15, it-Tabella 4.

Servizzi ta' saldu tat-titoli (3.4): L-għadd ta' tranżazzjonijiet ta' trasferimenti ta' titoli pproċessati għan-nom tal-klijenti. Dan jinkludi tranżazzjonijiet saldati permezz ta' sistema ta' saldu tat-titoli jew saldati internament mill-grupp jew istituzzjoni ta' rapportar, u tranżazzjonijiet “mingħajr pagament” (free-of-payment).

4.

Swieq tal-Kapital

Għadd ta' kontropartijiet JEW tranżazzjonijiet. Għad-derivattivi (4.1-4.2) u għall-istrumenti tas-swieq sekondarji (4.3), l-għadd totali tal-kontropartijiet. Għas-swieq primarji (4.4), l-għadd totali ta' tranżazzjonijiet sottoskritti.

5.

Finanzjament tal-operaturi

Għadd totali ta' kontropartijiet. Jekk kontroparti oħra jkollha aktar minn kont wieħed u/jew aktar minn tranżazzjoni waħda, il-kontroparti għandha tiġi kkalkulata darba biss.

0050

Impatt fuq is-suq

Impatt stmat ta' waqfien għal għarrieda tal-funzjoni fuq partijiet terzi, swieq finanzjarji u l-ekonomija reali, filwaqt li jitqiesu d-daqs, is-sehem mis-suq fil-pajjiż, l-interkonnettività esterna u interna, il-kumplessità, u l-attivitajiet transfruntiera tal-istituzzjoni.

Din il-valutazzjoni għandha tiġi espressa kwalitattivament bħala “Għoli (H)”, “Medju-Għoli (MH)”, “Medju-Baxx (ML)” jew “Baxx (L)”.

“H” għandha tintgħażel jekk il-waqfien għal għarrieda jkollu impatt kbir fuq is-suq nazzjonali; “MH” jekk l-impatt ikun sinifikanti; “ML” jekk l-impatt ikun materjali, iżda limitat; u “L” jekk l-impatt ikun baxx.

0060

Sostitwibbiltà

L-Artikolu 6(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/778.

Funzjoni titqies bħala sostitwibbli fejn din tista' tiġi sostitwita b'mod aċċettabbli u fi żmien raġonevoli u b'hekk jiġu evitati problemi sistemiċi għall-ekonomija reali u s-swieq finanzjarji. Għandhom jiġu kkunsidrati l-kriterji li ġejjin:

(a)

l-istruttura tas-suq għal dik il-funzjoni u d-disponibbiltà ta' fornituri alternattivi;

(b)

l-abbiltà ta' fornituri oħra f'termini ta' kapaċità, ir-rekwiżiti biex iwettqu l-funzjoni, u ostakli potenzjali għad-dħul jew l-espansjoni;

(c)

l-inċentiv ta' fornituri oħra biex iwettqu dawn l-attivitajiet;

(d)

iż-żmien meħtieġ mill-utenti tas-servizz biex jittrażlokaw għall-fornitur il-ġdid ta' servizzi u l-ispejjeż taċ-ċaqliq, iż-żmien meħtieġ għal kompetituri oħra biex jieħdu f'idejhom il-funzjonijiet u jekk dak iż-żmien huwiex biżżejjed biex jiġi evitat tfixkil sinifikanti skont it-tip ta' servizz.

Din il-valutazzjoni għandha tiġi espressa kwalitattivament bħala “Għoli (H)”, “Medju-Għoli (MH)”, “Medju-Baxx (ML)” jew “Baxx (L)”.

“H” għandha tintgħażel jekk funzjoni tkun tista' faċilment tiġi pprovduta minn bank ieħor taħt kundizzjonijiet paragunabbli fi żmien raġonevoli;

“L” jekk funzjoni ma tkunx tista' tiġi sostitwita faċilment jew f'qasir żmien;

“MH” u “ML” għal każijiet intermedji li jqisu dimensjonijiet differenti (pereż. is-sehem mis-suq, il-konċentrazzjoni tas-suq, il-ħin għas-sostituzzjoni, kif ukoll l-ostakoli ġuridiċi u r-rekwiżiti operazzjonali għad-dħul jew għall-espansjoni)

0070

Funzjoni kritika

F'din il-kolonna għandu jiġi rrapportat jekk, f'dan il-mudell, meta titqies id-data kwantitattiva u l-indikaturi ta' kritiċità, il-funzjoni ekonomika titqiesx kritika fis-suq għall-pajjiż rilevanti.

Irrapporta “Iva” jew “Le”

II.7.3   Z 07.02 - Immappjar tal-funzjonijiet kritiċi skont l-entità ġuridika (FUNC 2): Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi

46.

Dan il-mudell għandu jiġi rrapportat għall-grupp kollu. Huma biss il-funzjonijiet kritiċi identifikati bħala tali f'{Z 07.01;070} (għal kull Stat Membru) li għandhom jiġu rrapportati f'dan il-mudell.

47.

L-ikkombinar ta' valuri rrapportati fil-kolonni 0010, 0020 u 0040 ta' dan il-mudell jifforma kodiċi primarju li jrid ikun uniku għal kull ringiela tal-mudell.

Kolonni

Struzzjonijiet

0010

Pajjiż

Il-pajjiż li l-funzjoni hija kritika għalih, kif irrapportat f'Z 07.01 (FUNC 1)

0020

ID

L-ID tal-funzjonijiet kritiċi kif definiti fil-Kapitolu 2.7.1.4 aktar 'il fuq u msemmija fil-mudell Z 07.01 (FUNC 1)

0030

Isem tal-entità

Isem tal-entità li twettaq il-funzjoni kritika, kif irrapportat f'Z 01.00 (ORG).

Jekk ikun hemm diversi entitajiet li qed iwettqu l-istess funzjonijiet kritiċi fl-istess pajjiż, kull entità għandha tiġi rrapportata f'ringiela separata.

0040

Kodiċi

Il-kodiċi tal-entità li twettaq il-funzjoni kritika, kif irrapportat f'Z 01.00 - Struttura organizzazzjonali (ORG).

0050

Ammont monetarju

Il-kontribuzzjoni, f'ammont monetarju, tal-Entità ġuridika għall-ammont monetarju kif deskritt fil-kolonna 0030 tal-mudell Z 07.01 (FUNC 1)

II.7.4   Z 07.03 - Immappjar tal-Linji ta' Negozju Ewlenin mal-entitajiet ġuridiċi (FUNC 3): Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi

48.

L-ikkombinar ta' valuri rrapportati fil-kolonni 0020, 0040 u 0040 ta' dan il-mudell jifforma kodiċi primarju li jrid ikun uniku għal kull ringiela tal-mudell.

49.

Huma biss l-entitajiet materjali, kif identifikati f'{Z 07.02;0060} li għandhom jiġu rrapportati f'dan il-mudell.

Kolonni

Struzzjonijiet

0010

Linja ta' negozju ewlenija

“Linji ta' negozju ewlenin” skont l-Artikolu 2(1)(36) u l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2014/59/UE.

0020

ID tal-Linja ta' Negozju

ID unika tal-linja ta' negozju li trid tiġi provduta mill-istituzzjoni

0030

Deskrizzjoni

Deskrizzjoni ta' linja ta' negozju ewlenija.

0040

Isem tal-Entità

L-isem tal-Entità kif irrapportat f'Z 01.00 (ORG) li għandha parti jew li hija parti mil-linja ta' negozju ewlenija.

Jekk ikun hemm diversi entitajiet li għandhom jew li huma parti mill-istess linja ta' negozju ewlenija, kull entità għandha tiġi rrapportata f'ringiela separata.

0050

Kodiċi

Il-kodiċi tal-Entità li għandha jew li hija parti mill-istess linja ta' negozju ewlenija, kif irrapportat f'Z 01.00 (ORG).

II.7.5   Z 07.04 - Immappjar tal-funzjonijiet kritiċi mal-linji ta' negozju ewlenin (FUNC 4): Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi

50.

L-ikkombinar ta' valuri rrapportati fil-kolonni 0010, 0020 u 0040 ta' dan il-mudell jifforma kodiċi primarju li jrid ikun uniku għal kull ringiela tal-mudell.

51.

Huma biss il-funzjonijiet kritiċi, kif identifikati f'{Z 07.01;0070} li għandhom jiġu rrapportati f'dan il-mudell.

Kolonni

Struzzjonijiet

0010

Pajjiż

Pajjiż li l-funzjoni hija kritika għalih, kif irrapportat f'Z 07.01 (FUNC 1)

0020

ID tal-funzjoni

L-ID tal-funzjonijiet kritiċi kif definiti fil-Kapitolu 2.7.1.2 aktar 'il fuq u msemmija fil-mudell Z 07.01 (FUNC 1)

0030

Linja ta' negozju ewlenija

Linji ta' negozju ewlenin skont l-Artikolu 2(1)(36) u l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2014/59/UE kif irrapportati fil-mudell Z 07.03 (FUNC 3)

0040

ID tal-Linja ta' Negozju

ID unika tal-linja ta' negozju li trid tiġi provduta mill-istituzzjoni; l-istess ID kif irrapportata fil-mudell Z 07.03 (FUNC 3)

II.8   Z 08.00 - Servizzi kritiċi (SERV)

II.8.1   Struzzjonijiet ġenerali

52.

L-informazzjoni li trid tiġi inkluża f'dan il-mudell għandha tiġi rrapportata darba għall-grupp kollu, telenka s-servizzi kritiċi riċevuti minn kwalunkwe entità fil-grupp, u torbothom mal-funzjonijiet kritiċi provduti mill-grupp.

53.

Servizzi kritiċi għandhom ifissru l-operazzjonijiet, attivitajiet u servizzi sottostanti mwettqa għal unità ta' negozju (servizzi ddedikati) jew entità ġuridika (servizzi kondiviżi) waħda jew aktar fil-grupp li huma meħtieġa biex jipprovdu funzjoni kritika waħda jew aktar. Is-servizzi kritiċi jistgħu jitwettqu minn entitajiet fil-grupp (Servizz Intern) jew jiġu esternalizzati lil fornitur estern (Servizz estern). Servizz għandu jitqies kritiku meta l-waqfien tiegħu jista' jkun ta' xkiel serju għat-twettiq ta' funzjonijiet kritiċi jew jipprevenih għalkollox, peress li dawn huma marbuta b'mod intrinsiku mal-funzjonijiet kritiċi li twettaq l-istituzzjoni għal partijiet terzi.

54.

Is-servizzi li jitwettqu għalkollox internament għal entità ġuridika ma għandhomx jiġu rrapportati f'dan il-mudell.

55.

Servizzi li ma għandhomx impatt materjali fuq il-funzjonijiet kritiċi ma għandhomx jiġu rrapportati f'dan il-mudell.

56.

L-ikkombinar ta' valuri rrapportati fil-kolonni 0030, 0050, 0070 u 0080 ta' dan il-mudell jifforma kodiċi primarju li jrid ikun uniku għal kull ringiela tal-mudell.

II.8.2   Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi

Kolonni

Struzzjonijiet

0005

Identifikatur

0010

Tip ta' servizz

It-tip ta'servizz għandu jkun wieħed mit-tipi ta' servizzi elenkati hawn taħt.

Meta jkun possibbli, għandha tiġi rrapportata s-sottokategorija (identifikazzjoni b'żewġ figuri). Meta ma tkun teżisti l-ebda sottokategorija jew l-ebda sottokategorija ma tiddeskrivi kif suppost is-servizz provdut mill-istituzzjoni, għandha tiġi rrapportata l-kategorija prinċipali (identifikazzjoni b'figura waħda).

1.

L-appoġġ għar-riżorsi umani

1.1.

l-amministrazzjoni tal-persunal, inkluża l-amministrazzjoni tal-kuntratti u tar-remunerazzjoni

1.2.

il-komunikazzjoni interna

2.

It-teknoloġija tal-informazzjoni

2.1.

Hardware tal-IT u tal-komunikazzjoni

2.2.

il-ħżin u l-ipproċessar tad-data

2.3.

infrastruttura oħra tal-IT, stazzjonijiet tax-xogħol, telekomunikazzjonijiet, servers, ċentri tad-data u servizzi relatati

2.4.

l-amministrazzjoni ta' liċenzji tas-software u applikazzjoni tas-software

2.5.

l-aċċess għall-fornituri esterni, b'mod partikolari fornituri tad-data u tal-infrastruttura

2.6.

il-manutenzjoni tal-applikazzjonijiet, inklużi l-manutenzjoni tal-applikazzjoni tas-software u l-flussi tad-data relatati

2.7.

l-iġġenerar tar-rapporti, il-flussi interni tal-informazzjoni u l-bażijiet tad-data

2.8.

l-appoġġ għall-utenti

2.9.

l-irkupru minn emerġenzi u diżastri

3.

L-ipproċessar tat-tranżazzjonijiet, inklużi kwistjonijiet ġuridiċi dwar it-tranżazzjonijiet, b'mod partikolari l-ħasil tal-flus.

4.

Il-forniment jew il-ġestjoni ta' faċilitajiet u proprjetà immobbli u l-faċilitajiet assoċjati

4.1.

bini tal-uffiċċji u mħażen

4.2.

ġestjoni tal-faċilitajiet interni

4.3.

sigurtà u kontroll tal-aċċess

4.4.

ġestjoni tal-portafoll tal-proprjetà immobbli

4.5.

oħrajn; jekk jogħġbok speċifika

5.

Servizzi ġuridiċi u funzjonijiet ta' konformità:

5.1.

appoġġ ġuridiku korporattiv

5.2.

servizzi ġuridiċi tan-negozju u tranżazzjonali

5.3.

appoġġ għall-konformità

6.

Servizzi relatati mat-Teżor

6.1.

koordinazzjoni, amministrazzjoni u ġestjoni tal-attività tat-Teżor

6.2.

koordinazzjoni, amministrazzjoni u ġestjoni tar-rifinanzjament tal-entità, inkluża l-ġestjoni tal-kollateral

6.3.

funzjoni ta' rapportar, b'mod partikolari fir-rigward ta' proporzjonijiet regolatorji ta' likwidità

6.4.

koordinazzjoni, amministrazzjoni u ġestjoni ta' programmi ta' finanzjament fuq terminu medju u twil, u r-rifinanzjament ta' entitajiet fi grupp

6.5.

koordinazzjoni, amministrazzjoni u ġestjoni ta' rifinanzjament, b'mod partikolari kwistjonijiet fuq terminu qasir

7.

Ġestjoni kummerċjali/tal-assi

7.1.

ipproċessar tal-operazzjonijiet: qbid tal-iskambji kummerċjali, tfassil, twettiq, manutenzjoni tal-prodotti kummerċjali

7.2.

konferma, saldu, pagament

7.3.

ġestjoni tal-pożizzjoni u tal-kontropartijiet, fir-rigward tar-rappurtar tad-data u relazzjonijiet mal-kontropartijiet

7.4.

ġestjoni tal-pożizzjoni (riskju u rikonċiljazzjoni)

8.

Ġestjoni u valwazzjoni tar-riskju

8.1.

linja ċentrali jew tan-negozju jew ġestjoni tar-riskju relatata mat-tip ta' riskju

8.2.

l-iġġenerar tar-rapport dwar ir-riskju

9.

Il-kontabbiltà

9.1.

rapportar statutorju u regolatorju

9.2.

valwazzjoni, b'mod partikolari ta' pożizzjonijiet fis-suq

9.3.

rapportar dwar il-ġestjoni

10.

Immaniġġjar tal-kontanti

0020-0030

Id-destinatarju tas-servizzi

L-Entità tal-grupp li tirċievi s-servizz kritiku rrapportat fil-kolonna 0010 minn entità fi grupp oħra jew il-fornitur estern irrapportati fil-kolonni 0040-0050.

0020

Isem tal-entità

Irid ikun differenti mill-isem elenkat fil-kolonna 0040.

0030

Kodiċi

Identifikatur uniku tal-entità ġuridika fil-kolonna 0020 kif irrapportat fil-mudell Z 01.00 (ORG)

Irid ikun differenti mill-identifikatur irrapportat fil-kolonna 0050.

0040-0050

Fornitur tas-servizz

L-entità legali (interna jew esterna) li tipprovdi s-servizz kritiku rrapportat fil-kolonna 0010 lil entità fi grupp.

0040

Isem tal-entità

Irid ikun differenti mill-isem elenkat fil-kolonna 0020.

0050

Kodiċi

Identifikatur uniku tal-entità ġuridika fil-kolonna 0020. Irid ikun differenti mill-identifikatur elenkat fil-kolonna 0030.

Meta l-fornitur tas-servizz ikun entità fi grupp, il-kodiċi għandu jkun l-istess bħal dak irrapportat fil-mudell Z 01.00 (ORG).

Meta l-fornitur tas-servizz ma jkunx entità fi grupp, il-kodiċi ta' dik l-entità għandu jkun:

għall-istituzzjonijiet, il-kodiċi alfanumeriku LEI b'20 figura;

għal entitajiet oħra, il-kodiċi għandu jkun il-kodiċi alfanumeriku LEI b'20 figura, jew jekk ma jkunx disponibbli, kodiċi b'kodifikazzjoni uniformi applikabbli fl-Unjoni, jew jekk ma jkunx disponibbli, kodiċi nazzjonali.

Il-kodiċi għandu jkun uniku u użat b'mod konsistenti fil-mudelli kollha.

0060

Parti mill-grupp

“Iva” – jekk is-servizz huwa provdut minn entità fi grupp (“Interna”)

“Le” – jekk is-servizz huwa provdut minn entità mhux fi grupp (“esterna”)

0070-0080

Funzjoni kritika

Il-funzjoni kritika li, f'każ ta' waqfien tas-servizz kritiku, it-twettiq tagħha jġarrab xkiel serju jew ikun ipprevenut għalkollox. Hija waħda mill-funzjonijiet ivvalutati bħala kritiċi fil-mudell Z 07.01 (FUNC 1).

0070

Pajjiż

L-Istat Membru li l-funzjoni hija kritika għalih, kif irrapportat f'Z 07.01 (FUNC 1)

0080

ID

L-ID tal-funzjonijiet kritiċi kif definiti fil-Kapitolu 2.7.1.4 aktar 'il fuq u msemmija fil-mudell Z 07.01 (FUNC 1)

0090

Ħin stmat għas-sostitwibbiltà

Il-ħin stmat meħtieġ biex fornitur jiġi sostitwit b'ieħor sa livell paragunabbli fir-rigward tal-oġġett, il-kwalità u l-kost tas-servizz riċevut.

Irrapporta wieħed minn dawn il-valuri li ġejjin:

“ġurnata sa ġimgħa” meta ż-żmien għas-sostituzzjoni ma jkunx aktar minn ġimgħa;

“ġimgħa sa xahar” meta ż-żmien għas-sostituzzjoni jkun aktar minn ġimgħa iżda mhux aktar minn xahar;

“xahar sa 6 xhur” meta ż-żmien għas-sostituzzjoni jkun aktar minn xahar iżda mhux aktar minn 6 xhur;

“6 sa 12-il xahar” meta ż-żmien għas-sostituzzjoni jkun aktar minn 6 xhur iżda mhux aktar minn sena;

“aktar minn sena” meta ż-żmien għas-sostituzzjoni jkun aktar minn sena.

0100

Ħin stmat għall-aċċess għall-kuntratti

Ħin stmat meħtieġ biex tinkiseb l-informazzjoni li ġejja dwar il-kuntratt li jirregola s-servizz wara talba mill-awtorità ta' riżoluzzjoni:

id-durata tal-kuntratt

il-partijiet fil-kuntratt (il-parti awtriċi u l-fornitur, il-persuni ta' kuntatt) u l-ġurisdizzjoni tagħhom.

in-natura tas-servizz (jiġifieri deskrizzjoni qasira tan-natura tat-tranżazzjoni bejn il-partijiet, inklużi l-prezzijiet)

jekk l-istess servizz jistax jiġi offrut minn kwalunkwe fornitur intern/estern ieħor (u jiġu identifikati kandidati potenzjali)

il-ġurisdizzjoni tal-kuntratt

id-dipartiment inkarigat mit-trattament tal-operazzjonijiet prinċipali koperti mill-kuntratt

il-penali prinċipali inklużi fil-kuntratt f'każ ta' sospensjoni jew dewmien fil-pagamenti

x'jiskatta terminazzjoni bikrija u ż-żmien permess għat-terminazzjoni

appoġġ operazzjonali wara t-terminazzjoni

ir-rilevanza f'termini ta' funzjonijiet kritiċi u linji ta' negozju

Irrapporta wieħed minn dawn il-valuri li ġejjin:

Ġurnata

Minn ġurnata sa ġimgħa

Aktar minn ġimgħa

l-ebda kuntratt li jirregola s-servizz

0110

Liġi regolatorja

Il-kodiċi ISO tal-kodiċi tal-pajjiż li l-kuntratt ikun irregolat mil-liġi tiegħu.

0120

Kuntratt b'validità għal riżoluzzjoni

Jirrifletti l-valutazzjoni dwar jekk il-kuntratt jistax jitkompla u jiġi trasferit f'riżoluzzjoni.

Il-valutazzjoni għandha tqis, fost fatturi oħra:

kull klawżola li tintitola kontroparti biex tittermina l-kuntratt unikament minħabba riżoluzzjoni, miżuri ta' intervent bikri jew xenarji ta' inadempjenza indiretta minkejja li l-obbligi sostantivi jibqgħu jitwettqu;

kull klawżola li tintitola kontroparti biex tibdel it-termini tas-servizz jew tal-ipprezzar unikament minħabba riżoluzzjoni, intervent bikri jew xenarji ta' inadempjenza indiretta minkejja li l-obbligi sostantivi jibqgħu jitwettqu;

ir-rikonoxximent, fil-kuntratt, tad-drittijiet ta' sospensjoni tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni.

Irrapporta wieħed minn dawn il-valuri li ġejjin:

 

“Iva” – jekk il-valutazzjoni tal-kuntratt tkun waħda ta' kuntratt b'validità għal riżoluzzjoni

 

“Le” – jekk il-valutazzjoni tal-kuntratt ma tkunx waħda ta' kuntratt b'validità għal riżoluzzjoni

 

“Mhux ivvalutat” – jekk ma tkun saret l-ebda valutazzjoni

II.9   Z 09.00 – Servizzi FMI Kritiċi - Fornituri u Utenti - Immappjar ma' Funzjonijiet Kritiċi

II.9.1   Kummenti ġenerali

57.

Dan il-mudell jidentifika l-attivitajiet, il-funzjonijiet jew is-servizzi ta' kklerjar, pagamenti, saldu tat-titoli u kustodja, li jekk jitwaqqfu jista' jkun hemm xkiel serju fit-twettiq ta' funzjoni kritika waħda jew aktar jew it-twettiq jista' jiġi pprevenut għalkollox.

58.

Dan il-mudell għandu jiġi rrapportat darba għall-grupp kollu jew għall-istituzzjoni kollha.

59.

Għandhom jiġu rrapportati biss l-Infrastrutturi tas-Swieq Finanzjarji li l-waqfien tagħhom ikun ta' xkiel serju għat-twettiq ta' funzjoni kritika, jew jipprevenih.

II.9.2   Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi

Kolonni

Struzzjonijiet

0010-0020

Utent

Entità fi grupp li tuża servizzi ta' pagamenti, kustodja, saldu, ikklerjar jew ta' repożitorju tat-tranżazzjonijiet, kif irrapportat f'Z 01.00 - Struttura organizzazzjonali (ORG).

0010

Isem tal-Entità

L-isem tal-Entità li tuża servizzi ta' pagamenti, kustodja, saldu, ikklerjar jew ta' repożitorju tat-tranżazzjonijiet, kif irrapportat f'Z 01.00 - Struttura organizzazzjonali (ORG).

Għandhom jiġu rrapportati biss l-entitajiet identifikati bħala li jipprovdu funzjonijiet kritiċi f'Z 07.02.

0020

Kodiċi

Il-kodiċi tal-Entità li tuża servizzi ta' pagamenti, kustodja, saldu, ikklerjar jew ta' repożitorju tat-tranżazzjonijiet, kif irrapportat f'Z 01.00 - Struttura organizzazzjonali (ORG).

0030-0040

Funzjoni kritika

Funzjoni kritika mwettqa mill-entità, li t-twettiq tagħha jista' jġarrab xkiel jew jiġi pprevenut mill-waqfien tal-aċċess għas-servizz ta' pagamenti, kustodja, saldu, ikklerjar jew ta' repożitorju tat-tranżazzjonijiet

0030

Pajjiż

Pajjiż li l-funzjoni hija kritika għalih, kif irrapportat f'Z 07.01 (FUNC 1)

0040

ID

L-ID tal-funzjonijiet kritiċi kif definiti fil-Kapitolu 2.7.1.4 aktar 'il fuq u msemmija fil-mudell Z 07.01 (FUNC 1)

0050-0080

Infrastruttura tas-Swieq Finanzjarji (FMI)

Referenza: CPMI, Principles for financial market infrastructures

Sistema multilaterali fost l-istituzzjonijiet finanzjarji parteċipanti, inkluż l-operatur tas-sistema, użata għall-finijiet ta' reġistrar, ikklerjar, jew saldu ta' pagament, titoli, derivattivi, jew tranżazzjonijiet finanzjarji oħra.

0050

Tip ta' Sistema

Irrapporta wieħed minn dawn il-valuri li ġejjin

“PS”

Sistema ta' Pagament

“(I) CSD” –

(International) Central Securities Depository (Depożitorju Ċentrali tat-Titoli (Internazzjonali)), inklużi (I)CSD li jipprovdu servizzi ta' saldu (internament jew esternalizzati)

“SSS”

Securities Settlement System (Sistema ta' Saldu tat-Titoli) mingħajr kustodja

“CCP-Securities”

Central Counterparty for Securities Clearing (Kontroparti Ċentrali għall-Ikklerjar tat-Titoli)

“CCP-Derivatives”

Central Counterparty for Derivatives Clearing (Kontroparti Ċentrali għall-Ikklerjar tad-Derivattivi)

“TR”

Repożitorju tat-Tranżazzjonijiet

“Oħrajn”

meta t-tip ta' sistema tal-FMI ma tikkorrispondi għall-ebda tip predefinit imsemmi hawn fuq

“NA”

meta Servizzi kritiċi ta' pagamenti, ikklerjar, saldu jew kustodja jiġu pprovduti minn entità li mhijiex Infrastruttura tas-Swieq Finanzjarji msemmija hawn fuq, pereżempju banek depożitarji.

0060

Isem

Isem kummerċjali tal-Infrastruttura tas-Swieq Finanzjarji

Meta “NA” tiġi rrapportata fil-kolonna 0050, din il-kolonna għandha titħalla vojta

0070

Kodiċi FMI

Il-kodiċi tal-FMI. Meta disponibbli, il-kodiċi għandu jkun il-kodiċi alfanumeriku LEI b'20 figura. Meta l-LEI ma jkunx disponibbli, kodiċi b'kodifikazzjoni uniformi applikabbli fl-Unjoni, jew jekk ma jkunx disponibbli, kodiċi nazzjonali.

Meta “NA” tiġi rrapportata fil-kolonna 0050, din il-kolonna għandha titħalla vojta.

0080

Modalità tal-parteċipazzjoni

Irrapporta wieħed minn dawn il-valuri li ġejjin:

“Diretta”

f'każ ta' Sħubija Diretta jew Parteċipazzjoni Diretta

“Indiretta”

f'każ ta' Sħubija Indiretta jew Parteċipazzjoni Indiretta

“NA”

meta fil-kolonna 0050, tiġi rrapportata “NA”.

0090

Isem

L-isem kummerċjali tal-Intermedjarju meta “Indiretta” jew “NA” jiġu rrapportati fil-kolonna 0080.

Meta tiġi rrapportata “Diretta” fil-kolonna 0080, għandha tiġi rrapportata “NA” (għal Mhux Applikabbli (Not Applicable)).

L-Intermedjarju jista' jkun jew parti mill-istess grupp tal-entità li tirrapporta jew inkella istituzzjoni ta' kreditu oħra mhux relatata ma' dak il-grupp.

Intermedjarju jista' jkun ditta li tipprovdi servizzi ta' kklerjar, pagamenti, saldu tat-titoli u/jew kustodja lil ditti oħra (speċjalment meta tiġi rrapportata “NA” fil-kolonna 0050); jista' jkun membru dirett ta' FMI waħda jew aktar u jipprovdi aċċess indirett għas-servizzi offruti minn FMI bħal din (speċjalment meta tiġi rrapportata “Indiretta” fil-kolonna 0080).

0100

Kodiċi

Il-kodiċi tal-intermedjarju. Meta disponibbli, il-kodiċi għandu jkun il-kodiċi alfanumeriku LEI b'20 figura. Meta l-LEI ma jkunx disponibbli, kodiċi b'kodifikazzjoni uniformi applikabbli fl-Unjoni, jew jekk ma jkunx disponibbli, kodiċi nazzjonali.

Meta tiġi rrapportata “Diretta” fil-kolonna 0090, għandha tiġi rrapportata “NA” (għal Mhux Applikabbli (Not Applicable)).

0110

Deskrizzjoni tas-servizz

Deskrizzjoni tas-servizz jekk it-Tip ta' Sistema rrapportat fil-kolonna 050 ikun “Oħrajn” jew “NA”.

0120

Liġi Regolatorja

Identifikazzjoni ISO 3166-1 alpha-2 tal-pajjiż li l-liġi tiegħu tirregola l-aċċess għall-FMI.

F'każ ta' Sħubija Diretta jew Parteċipazzjoni Diretta, hija l-Liġi Regolatorja tal-kuntratt bejn l-Infrastruttura tas-Swieq Finanzjarji u l-Utent li trid tiġi rrapportata. F'każ ta' Sħubija Indiretta jew Parteċipazzjoni Indiretta, hija l-Liġi Regolatorja tal-kuntratt bejn l-Istituzzjoni Rappreżentattiva u l-Utent li trid tiġi rrapportata.

II.10   Sistemi ta' Informazzjoni Kritiċi

II.10.1   Kummenti ġenerali

60.

Din it-taqsima tikkonsisti fil-mudelli li ġejjin:

Z 10.01 - Sistemi ta' informazzjoni kritiċi (Informazzjoni Ġenerali) (CIS 1), li telenka s-sistemi ta' informazzjoni kritiċi kollha fil-grupp;

Z 10.02 - Immappjar ta' sistemi ta' informazzjoni (CIS 2), li timmappja s-sistemi ta' informazzjoni kritiċi mal-entitajiet tal-utenti fil-grupp u l-funzjonijiet kritiċi.

61.

Sistema ta' Informazzjoni Kritika (“CIS” - Critical Information System) għandha tinftiehem bħala software jew applikazzjoni tal-IT li tappoġġa servizz kritiku u li l-waqfien tagħha jkun ta' xkiel serju għat-twettiq ta' funzjoni kritika jew jipprevenih.

62.

Dawn il-mudelli għandhom jiġu rrapportati għall-grupp kollu.

II.10.2   Z 10.01 - Sistemi ta' informazzjoni kritiċi (Informazzjoni Ġenerali) (CIS 1): Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi

63.

Il-valur irrapportat fil-kolonna 0010 ta' dan il-mudell jifforma kodiċi primarju li jrid ikun uniku għal kull ringiela tal-mudell.

Kolonni

Struzzjonijiet

0010 - 0040

Sistema ta' Informazzjoni Kritika

0010

Kodiċi ta' Identifikazzjoni tas-Sistema

Il-kodiċi ta' identifikazzjoni tas-sistema huwa akronimu stabbilit mill-istituzzjoni li jidentifika s-sistema ta' informazzjoni kritika b'mod inekwivokabbli.

Dan huwa identifikatur tar-ringiela u għandu jkun uniku għal kull ringiela fil-mudell.

0020

Isem tas-sistema

L-isem kummerċjali jew intern tas-sistema.

0030

Tip ta' Sistema

Irrapporta wieħed minn dawn il-valuri li ġejjin:

“Custom-Built Software For Business Support” (Software personalizzat għall-appoġġ għan-negozju)

Applikazzjonijiet li ġew żviluppati skont l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati tan-negozju. Setgħu ġew żviluppati internament jew permezz ta' kuntratturi esterni, iżda dejjem għall-fini ta' appoġġ għan-negozju.

“Software Purchased As-Is” (Software mixtri kif inhu)

Applikazzjonijiet akkwistati fis-suq, tipikament mibjugħa jew liċenzjati minn bejjiegħ, li ma ġewx immodifikati f'termini ta' personalizzazzjoni skont in-negozju tal-organizzazzjoni. Applikazzjonijiet li kienu soġġetti għal mekkaniżmi ta' konfigurazzjoni normali huma inklużi f'din il-kategorija.

“Software Purchased With Custom Modifications” (Software akkwistat b'modifiki personalizzati)

Applikazzjonijiet akkwistati fis-suq iżda f'każijiet li fihom il-bejjiegħ (jew ir-rappreżentant tiegħu) ikun ħoloq verżjoni speċifika għall-kuntest ta' dik l-installazzjoni. Din il-verżjoni partikolari hija kkaratterizzata minn bidliet fil-prestazzjoni tal-applikazzjoni, karatteristiċi ġodda jew minn żidiet ta' plug-ins mhux standard żviluppati skont in-negozju tal-organizzazzjoni.

“Application/External Portal” (Applikazzjoni/Portal Estern)

Portals esterni jew applikazzjonijiet provduti minn partijiet terzi, tipikament imsieħba, għall-aċċess għas-servizzi offruti minnhom. Is-soltu dawn ikunu barra l-ambitu tal-ġestjoni tas-sistemi ta' informazzjoni mill-organizzazzjoni, u l-installazzjoni, il-manutenzjoni u l-ġestjoni tagħhom issir mill-imsieħeb innifsu. Applikazzjonijiet bħal dawn spiss ikunu f'għamla ta' portals (aċċessibbli permezz tal-Internet jew ta' netwerks privati), u minkejja li ma jkunux jaqgħu fl-ambitu tas-servizzi ta' ġestjoni tas-sistemi ta' informazzjoni tal-organizzazzjoni, dawn ikunu importanti (jew kritiċi) għal xi funzjonijiet tan-negozju.

0040

Deskrizzjoni

Deskrizzjoni tal-iskop prinċipali tas-sistema ta' informazzjoni fil-kuntest tan-negozju.

0050 - 0060

Entità fi Grupp Responsabbli mis-Sistema

0050

Isem tal-entità

Isem tal-entità ġuridika responsabbli mis-sistema fil-grupp.

Din hija l-entità responsabbli mill-akkwist, żvilupp, integrazzjoni, modifika, operazzjoni, manutenzjoni u rtirar ta' sistema ta' informazzjoni u hija kontributur ewlieni fl-iżvilupp ta' speċifikazzjonijiet ta' disinn tas-sistema biex ikun żgurat li l-ħtiġijiet operazzjonali tal-utent u tas-sigurtà jkunu dokumentati, ittestjati u implimentati.

0060

Kodiċi

Il-kodiċi tal-entità ġuridika responsabbli mis-sistema fil-grupp, kif irrapportat f'Z 01.00 - Struttura organizzazzjonali (ORG).

II.10.3   Z 10.02 - Immappjar ta' sistemi ta' informazzjoni (CIS 2): Struzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi

64.

L-ikkombinar ta' valuri rrapportati fil-kolonni 0010, 0030, 0040 u 0050 ta' dan il-mudell jifforma kodiċi primarju li jrid ikun uniku għal kull ringiela tal-mudell.

Kolonni

Struzzjonijiet

0010

Kodiċi ta' Identifikazzjoni tas-Sistema

Il-Kodiċi ta' identifikazzjoni tas-sistema ta' informazzjoni, kif irrapportat fil-kolonna 010 tal-mudell Z 10.01 (CIS 1).

0020-0030

Utent tal-Entità fi Grupp tas-Sistema

L-entità li tuża s-sistema fil-grupp (“utent”). Jaf ikun hemm diversi utenti, f'liema każ għandhom jiġu rrapportati diversi ringieli għall-istess sistema ta' informazzjoni.

0020

Isem tal-entità

L-isem tal-entità tal-utent, kif irrapportat f'Z 01.00 (ORG).

0030

Kodiċi

Il-kodiċi tal-entità tal-utent, kif irrapportat f'Z 01.00 (ORG)

0040

Servizz kritiku

L-identifikatur tas-servizz kritiku, kif irrapportat f'Z 08.00 (il-kolonna 0005) appoġġat mis-sistema. Is-servizz kritiku jista' jkun minnu nnifsu servizz tal-IT, jew tip ieħor ta' servizz appoġġat mis-sistema ta' informazzjoni (pereżempju pproċessar ta' tranżazzjonijiet).

0050-0060

Funzjoni kritika

Il-funzjoni kritika li tiġi serjament imxekkla jew ipprevenuta għalkollox minn waqfien fis-servizz appoġġat mis-sistema ta' informazzjoni. Jaf ikun hemm diversi funzjonijiet kritiċi, f'liema każ għandhom jiġu rrapportati diversi ringieli għall-istess sistema ta' informazzjoni.

0050

Pajjiż

Pajjiż li l-funzjoni hija kritika għalih, kif irrapportat f'Z 07.01 (FUNC 1)

0060

ID

L-ID tal-funzjonijiet kritiċi kif definiti fil-Kapitolu 2.7.1.4 aktar 'il fuq u msemmija fil-mudell Z 07.01 (FUNC 1)


(1)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta' istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1).

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta' Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta' banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn (ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012, (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(5)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(6)  Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).

(7)  Commission Recommendation of 6 May 2003 concerning the definition of micro, small and medium-sized enterprises (notified under document number C(2003) 1422) (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Settembru 2013 dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (riformulazzjoni) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 1).

(9)  Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).

(10)  Id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar skemi ta' garanzija tad-depożiti (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 149).

(11)  Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

(12)  Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

(13)  Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 1998 dwar finalità ta' settlement fis-sistemi ta' settlement ta' pagamenti u titoli (ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45).

(14)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1401 tat-23 ta' Mejju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għal metodoloġiji u prinċipji dwar il-valwazzjoni tal-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn derivattivi (ĠU L 228, 23.8.2016, p. 7).

(15)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/778 tat-2 ta' Frar 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward taċ-ċirkustanzi u l-kondizzjonijiet li taħthom il-ħlas ta' kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post jista' jkun parzjalment jew kompletament differit, u l-kriterji għad-determinazzjoni tal-attivitajiet, is-servizzi u l-operazzjonijiet fir-rigward ta' funzjonijiet kritiċi, u għad-determinazzjoni tal-linji ta' negozju u servizzi assoċjati fir-rigward tal-linji tan-negozju ewlenin (ĠU L 131, 20.5.2016, p. 41).

(16)  Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar is-servizzi ta' pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).

(17)  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).

(18)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).


ANNESS III

Formola Unika tal-Punti ta' Data

L-entrati ta' data kollha stabbiliti fl-Anness I għandhom jiġu trasformati f'formola unika tal-punti ta' data li tkun il-bażi għal sistemi uniformi tal-IT tal-istituzzjonijiet u tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni.

Il-formola unika tal-punti ta' data għandha tissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(a)

tipprovdi rappreżentazzjoni strutturata tal-entrati ta' data kollha stabbiliti fl-Anness I;

(a)

tidentifika l-kunċetti kollha ta' negozju stabbiliti fl-Anness I;

(b)

tipprovdi dizzjunarju ta' data li jidentifika t-tikketti tat-tabelli, it-tikketti ordinati, it-tikketti tal-assi, it-tikketti tad-dominji, it-tikketti tad-dimensjonijiet u t-tikketti tal-membri;

(c)

tipprovdi metrika li tiddefinixxi l-proprjetà jew l-ammont ta' punti tad-data;

(d)

tipprovdi definizzjonijiet ta' punti tad-data li huma espressi bħala kompożizzjoni ta' karatteristiċi li jidentifikaw b'mod univokali l-kunċett finanzjarju;

(e)

tinkludi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti kollha li huma neċessarji għall-iżvilupp ta' soluzzjonijiet tal-IT għar-rapportar li jipproduċu data uniformi għall-ippjanar ta' riżoluzzjoni.


ANNESS IV

Regoli ta' Validazzjoni

L-entrati ta' data kollha stabbiliti fl-Anness I għandhom ikunu soġġetti għal regoli ta' validazzjoni li jiżguraw il-kwalità u l-konsistenza tad-data. Ir-regoli ta' validazzjoni għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

(a)

jiddefinixxu r-relazzjonijiet loġiċi bejn punti tad-data rilevanti;

(b)

jinkludu filtri u prekundizzjonijiet li jiddefinixxu sett ta' data li għalih tapplika regola ta' validazzjoni;

(c)

jivverifikaw il-konsistenza tad-data rrapportata;

(d)

jivverifikaw il-preċiżjoni tad-data rrapportata;

(e)

jistabbilixxu valuri prestabbiliti li għandhom japplikaw meta l-informazzjoni rilevanti ma tkunx ġiet irrapportata.


Top