This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R1100
Commission Delegated Regulation (EU) 2018/1100 of 6 June 2018 amending the Annex to Council Regulation (EC) No 2271/96 protecting against the effects of extra-territorial application of legislation adopted by a third country, and actions based thereon or resulting therefrom
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1100 tas-6 ta' Ġunju 2018 li jemenda l-Anness għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2271/96 li jipproteġi kontra l-effetti tal-applikazzjoni estraterritorjali tal-leġiżlazzjoni adottata minn pajjiż terz, u l-azzjonijiet ibbażati fuqha jew li jirriżultaw minnha
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1100 tas-6 ta' Ġunju 2018 li jemenda l-Anness għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2271/96 li jipproteġi kontra l-effetti tal-applikazzjoni estraterritorjali tal-leġiżlazzjoni adottata minn pajjiż terz, u l-azzjonijiet ibbażati fuqha jew li jirriżultaw minnha
C/2018/3572
ĠU L 199I, 7.8.2018, pp. 1–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 31996R2271 | Sostituzzjoni | anness | 07/08/2018 |
|
7.8.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 199/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1100
tas-6 ta' Ġunju 2018
li jemenda l-Anness għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2271/96 li jipproteġi kontra l-effetti tal-applikazzjoni estraterritorjali tal-leġiżlazzjoni adottata minn pajjiż terz, u l-azzjonijiet ibbażati fuqha jew li jirriżultaw minnha
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2271/96 tat-22 ta' Novembru 1996 li jipproteġi kontra l-effetti tal-applikazzjoni estraterritorjali tal-leġislazzjoni adottata minn pajjiż terz, u l-azzjonijiet ibbażati fuqha jew li jirriżultaw minnha (1), u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2271/96 jikkumbatti l-effetti tal-applikazzjoni extraterritorjali tal-liġijiet, inklużi regolamenti u strumenti leġislattivi oħra adottati minn pajjiżi terzi, u ta' azzjonijiet ibbażati fuqhom jew li jirriżultaw minnhom, fejn din l-applikazzjoni taffettwa l-interessi ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi fl-Unjoni, involuti fil-kummerċ internazzjonali u/jew fil-moviment tal-kapital u f'attivitajiet kummerċjali relatati bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi. |
|
(2) |
Ir-Regolament jirrikonoxxi li permezz tal-applikazzjoni extraterritorjali tagħhom, strumenti bħal dawn jiksru d-dritt internazzjonali. |
|
(3) |
L-istrumenti ta' pajjiżi terzi li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2271/96 huma speċifikati fl-Anness għal dak ir-Regolament. |
|
(4) |
Fit-8 ta' Mejju 2018, l-Istati Uniti ħabbret li mhux se tibqa' tidderoga l-miżuri restrittivi nazzjonali tagħha marbutin mal-Iran. Xi wħud minn dawk il-miżuri għandhom applikazzjoni extraterritorjali u jikkawżaw effetti negattivi fuq l-interessi tal-Unjoni u l-interessi ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi li jeżerċitaw drittijiet skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
|
(5) |
Jenħtieġ għalhekk li l-Anness ta' dan ir-Regolament jiġi emendat biex jinkludi dawk il-miżuri restrittivi. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2271/96 huwa sostitwit bl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Ġunju 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
ANNESS
LIĠIJIET, REGOLAMENTI U STRUMENTI LEĠISLATTIVI L-OĦRA
Nota: Id-dispożizzjonijiet ewlenin tal-istrumenti inklużi fl-dan l-Anness huma miġbura biss għal skopijiet ta' informazzjoni. Il-ħarsa ġenerali sħiħa tad-dispożizzjonijiet u l-kontenut eżatt tagħhom tista' tinstab fl-istrumenti rilevanti.
PAJJIŻ: L-ISTATI UNITI TAL-AMERKA
L-ATTI
1. “National Defense Authorization Act for Fiscal Year 1993”, Title xvii “Cuban Democracy Act 1992”, sections 1704 and 1706
Il-konformità meħtieġa:
Ir-rekwiżiti huma kkonsolidati fit-Titolu I tal-“Att dwar il-Libertà Kubana u s-Solidarjetà Demokratika tal-1996”, ara iżjed 'l isfel.
Id-danni possibbli għall-interessi tal-UE:
L-obbligazzjonijiet assunti issa ġew inkorporati fl-“Att dwar il-Libertà u s-Solidarjetà Demokratika Kubana tal-1996”, ara iżjed 'l isfel.
2. “L-att dwar il-libertà Kubana u s-solidarjetà demokratika tal-1996”
Titolu I
Il-konformità meħtieġa:
Biex ikun hemm konformità mal-embargo ekonomiku u finanzjarju fuq Kuba mill-Istati Uniti, billi, fost l-oħrajn, ma jiġux esportati lill-Istati Uniti kwalunkwe oġġetti jew servizzi ta' oriġini Kubana jew trasportati materjali jew oġġetti li joriġinaw minn Kuba kemm direttament kif ukoll permezz ta' pajjiżi terzi, ma tiġix innegozjata merkanzija li hi jew li tinsab jew ittrasportata jew li għaddiet minn ġo Kuba, ma ssirx riesportazzjoni taz-zokkor li joriġina minn Kuba lejn l-Istati Uniti mingħajr ma jkun hemm notifikazzjoni mill-awtorità kompetenti nazzjonali tal-esportatur jew ma jiġux importati għal ġol-Istati Uniti prodotti taz-zokkor mingħajr assigurazzjoni li dawk il-prodotti ma jkunux prodotti ta' Kuba, jiġu ffriżati assi Kubani, u n-negozji finanzjarji ma' Kuba.
Id-danni possibbli għall-interessi tal-UE:
Il-projbizzjoni li titgħabba jew tinħatt merkanzija minn bastiment fi kwalunkwe post ġewwa l-Istati Uniti jew li tiddaħħal ġo port fl-Istati Uniti; iċ-ċaħda li jiġu impurtati kwalunkwe oġġetti jew servizzi li joriġinaw minn Kuba u li jiġi impurtati f'Kuba oġġetti jew servizzi li joriġinaw fl-Istati Uniti, l-imblukkar ta' kummerċ finanzjarju li jinvolvi lil Kuba.
It-Titolu III u t-Titolu IV:
Il-konformità meħtieġa:
Biex jintemm “it-traffikar” fil-proprjetà, li qabel kienet tappartjeni lil persuni tal-Istati Uniti (inklużi l-Kubani li kisbu ċ-ċittadinanza tal-Istati Uniti) u li ġiet esproprjata mir-reġim Kuban. (It-traffikar jinkludi: l-użu, il-bejgħ, it-trasferiment, il-kontroll, l-immaniġġjar u attivitajiet oħrajn għall-benefiċċju ta' persuna).
Id-danni possibbli għall-interessi tal-UE:
Proċedimenti legali fl-Istati Uniti, ibbażati fuq imputabilità li diġà teżisti, kontra ċittadini jew kumpaniji tal-UE involuti fit-traffikar, li jwasslu għal sentenzi/deċiżjonijiet biex jitħallas kumpens (multiplu) lill-parti tal-Istati Uniti. Iċ-ċaħda mid-dħul fl-Istati uniti ta' persuni involuti fit-traffikar, inklużi l-konjuġi, it-tfal minorenni u l-aġenti tagħhom.
3. “Iran Sanctions Act of 1996”
Il-konformità meħtieġa:
|
|
Biex konsapevolment:
|
|
|
Id-danni possibbli għall-interessi tal-UE: Miżuri li jillimitaw l-importazzjonijiet lejn l-Istati Uniti jew akkwist għall-Istati Uniti, projbizzjoni ta' deżinjazzjoni bħala negozjant primarju jew bħala repożitorju ta' fondi tal-Gvern tal-Istati Uniti, iċ-ċaħda tal-aċċess għal self minn istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Uniti jew trasferimenti permezz ta' tali istituzzjonijiet, il-projbizzjoni ta' tranżazzjonijiet f'muniti barranin soġġetti għall-ġurisdizzjoni tal-Istati Uniti, ir-restrizzjonijiet tal-esportazzjoni mill-Istati Uniti, il-projbizzjoni ta' transazzjonijiet ta' proprjetà soġġetti għall-ġurisdizzjoni tal-Istati Uniti, jew ċaħda ta' assistenza minn EXIM-Bank, restrizzjonijiet għall-ħatt l-art u għad-dħul fil-port għall-bastimenti. |
4. “Iran Freedom and Counter-Proliferation Act of 2012”
Il-konformità meħtieġa:
|
|
Biex konsapevolment:
Ċerti eċċezzjonijiet japplikaw skont in-natura tal-kummerċ jew tat-tranżazzjoni u l-livell ta' diliġenza applikata. |
|
|
Id-danni possibbli għall-interessi tal-UE: Miżuri li jillimitaw l-importazzjonijiet lejn l-Istati Uniti jew l-Istati Uniti, projbizzjoni ta' deżinjazzjoni bħala negozjant primarju jew bħala repożitorju ta' fondi tal-Gvern tal-Istati Uniti, iċ-ċaħda tal-aċċess għal self minn istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Uniti jew trasferimenti permezz ta' tali istituzzjonijiet, il-projbizzjoni ta' tranżazzjonijiet f'muniti barranin soġġetti għall-ġurisdizzjoni tal-Istati Uniti, ir-restrizzjonijiet tal-esportazzjoni mill-Istati Uniti, il-projbizzjoni ta' transazzjonijiet ta' proprjetà soġġetti għall-ġurisdizzjoni tal-Istati Uniti, jew rifjut ta' assistenza minn EXIM-Bank, projbizzjonijiet u limitazzjonijiet għall-ftuħ u ż-żamma ta' kontijiet korrispondenti fl-Istati Uniti. |
5. “National Defense Authorization Act for Fiscal Year 2012”
Il-konformità meħtieġa:
|
|
Biex konsapevolment ma titwettaqx jew tiġi ffaċilitata kwalunkwe tranżazzjoni finanzjarja mal-Bank Ċentrali tal-Iran jew istituzzjoni finanzjarja Iranjana deżinjata oħra (tapplika għal istituzzjonijiet finanzjarji barranin). |
|
|
Eċċezzjonijiet għal tranżazzjonijiet marbuta mal-ikel u l-mediċini u għal tranżazzjonijiet marbuta maż-żejt skont ċirkostanzi speċifiċi. |
Id-danni possibbli għall-interessi tal-UE:
Pieni ċivili u kriminali; projbizzjonijiet u limitazzjonijiet għall-ftuħ u ż-żamma ta' kontijiet korrispondenti fl-Istati Uniti.
6. “Iran Threat Reduction and Syria Human Rights Act of 2012”
Il-konformità meħtieġa:
|
|
Biex konsapevolment:
Fir-rigward ta' (i), hemm eċċezzjonijiet għall-għajnuna umanitarja, il-provvista tal-ikel u prodotti mediċinali, u skont il-livell ta' diliġenza dovuta applikata. |
|
|
Id-danni possibbli għall-interessi tal-UE: Miżuri li jillimitaw l-importazzjonijiet lejn l-Istati Uniti jew l-akkwist għall-Istati Uniti, projbizzjoni ta' deżinjazzjoni bħala negozjant primarju jew bħala repożitorju ta' fondi tal-Gvern tal-Istati Uniti, iċ-ċaħda tal-aċċess għal self minn istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Uniti jew trasferimenti permezz ta' tali istituzzjonijiet, il-projbizzjoni ta' tranżazzjonijiet f'muniti barranin soġġetti għall-ġurisdizzjoni tal-Istati Uniti, ir-restrizzjonijiet tal-esportazzjoni minn proprjetà tal-Istati Uniti, il-projbizzjoni ta' transazzjonijiet soġġetti għall-ġurisdizzjoni tal-Istati Uniti, jew rifjut ta' assistenza minn EXIM-Bank, il-projbizzjonijiet u l-limitazzjonijiet għall-ftuħ u ż-żamma ta' kontijiet korrispondenti fl-Istati Uniti. |
IR-REGOLAMENTI
“Iranian Transactions and Sanctions Regulations”
Il-konformità meħtieġa:
|
|
Li ma jiġux riesportati kwalunkwe merkanzija, teknoloġija, jew servizzi li (a) ikunu ġew esportati mill-Istati Uniti tal-Amerika u (b) ikunu soġġetti għal regoli ta' kontroll fuq l-esportazzjoni fl-Istati Uniti, jekk l-esportazzjoni ssir b'għarfien jew raġuni għal għarfien li huwa speċifikament maħsub biex l-Iran jew il-Gvern tiegħu. |
|
|
Oġġetti sostanzjalment trasformati f'prodott magħmul barra mill-Istati Uniti, u oġġetti inkorporati f'dan it-tip ta' prodott u li jirrappreżentaw inqas minn 10 % tal-valur tiegħu mhumiex soġġetti għall-projbizzjoni. |
Id-danni possibbli għall-interessi tal-UE:
|
|
Impożizzjoni ta' pieni ċivili, multi u priġunerija. |
|
|
►C1 1. 31 CFR◄ (Kodiċi tar-Regolamenti Federali) il-Kapitolu. V (7-1-95 edizzjoni) il-Parti 515 — Regolamenti għall-Kontroll tal-Assi Kubani, subparti B (Projbizzjonijiet), E (Liċenzji, Awtorizzazzjonijiet u Stqarrijiet dwar Regolamenti fuq il-Licenzjar) u G (Pieni) |
Il-konformità meħtieġa:
Il-projbizzjonijiet ġew imsaħħa taħt Titolu I tal-“Cuban Liberty and Democratic Solidarity Act of 1996”, ara aktar 'il fuq. Barra minn dan, tirrikjedi l-kisba ta' liċenzji u/jew awtorizzazzjonijiet dwar l-attivitajiet ekonomiċi li għandhom x'jaqsmu ma' Kuba.
Id-danni possibbli għall-interessi tal-UE:
Multi, qbid, priġunerija f'każi ta' vjolazzjoni.