This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R0871
Commission Implementing Regulation (EU) 2018/871 of 14 June 2018 amending Regulation (EC) No 474/2006 as regards the list of air carriers which are banned from operating or are subject to operational restrictions within the Union (Text with EEA relevance.)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/871 tal-14 ta' Ġunju 2018 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta' kumpaniji tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/871 tal-14 ta' Ġunju 2018 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta' kumpaniji tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
C/2018/3853
ĠU L 152, 15.6.2018, p. 5–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32006R0474 | Sostituzzjoni | anness A | 16/06/2018 | |
Modifies | 32006R0474 | Sostituzzjoni | anness B | 16/06/2018 |
15.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 152/5 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/871
tal-14 ta' Ġunju 2018
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta' kumpaniji tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' lista Komunitarja ta' kumpanniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni ta' operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpannija tal-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 (2) stabbilixxa l-lista ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni, imsemmija fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
(2) |
F'konformità mal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, ċerti Stati Membri u l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (European Aviation Safety Agency, “EASA”) għaddew l-informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni fil-kuntest tal-aġġornament ta' dik il-lista. L-informazzjoni rilevanti ġiet ikkomunikata wkoll minn pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali. Jenħtieġ li l-lista tiġi aġġornata abbażi ta' dik l-informazzjoni. |
(3) |
Il-Kummissjoni infurmat lill-kumpaniji tal-ajru kollha kkonċernati direttament jew permezz tal-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tagħhom, dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li jiffurmaw il-bażi għal deċiżjoni li timponilhom projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni jew li temenda l-kundizzjonijiet ta' projbizzjoni fuq l-operat imposta fuq kumpanija tal-ajru li tkun inkluża fil-lista. |
(4) |
Il-Kummissjoni tat l-opportunità lill-kumpaniji tal-ajru kkonċernati biex jikkonsultaw id-dokumenti fornuti mill-Istati Membri, biex jissottomettu kummenti bil-miktub u biex jagħmlu preżentazzjoni orali lill-Kummissjoni u lill-Kumitat stabbilit permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/1991 (3) (il-“Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru”). |
(5) |
Il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru rċieva aġġornamenti mingħand il-Kummissjoni dwar il-konsultazzjonijiet konġunti li għaddejjin, fi ħdan il-qafas tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 (4), mal-awtoritajiet kompetenti u mal-kumpaniji tal-ajru tal-Afganistan, tal-Angola, tal-Bolivja, tal-Gambja, tal-Indoneżja, tal-Libja, tan-Nepal, tar-Russja u tal-Venezwela. Il-Kummissjoni pprovdiet ukoll informazzjoni lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar is-sitwazzjoni tas-sikurezza fil-Guinea Ekwatorjali, fil-Każakistan, fl-Indja, fil-Mauritania, fil-Mozambique, fil-Filippini, fit-Tajlandja, fl-Ukrajna u fiż-Żambja. |
(6) |
L-EASA ppreżentat ir-riżultati tal-analiżi tar-rapporti tal-awditjar li twettqet mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (International Civil Aviation Organisation, “ICAO”) fil-qafas tal-Programm Universali ta' Awditjar tas-Sorveljanza tas-Sikurezza tal-ICAO lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru. F'dan il-kuntest, l-Istati Membri ġew mistiedna jagħtu prijorità lill-ispezzjonijiet fir-rampa għall-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati minn pajjiżi terzi li fir-rigward tagħhom ġie identifikat Tħassib Sinifikanti dwar is-Sikurezza mill-ICAO jew li fir-rigward tagħhom l-EASA kkonkludiet li hemm nuqqasijiet sinifikanti fis-sistema ta' sorveljanza tas-sikurezza. Minbarra l-konsultazzjonijiet li wettqet il-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa se tippermetti l-kisba ta' aktar informazzjoni fir-rigward tal-prestazzjoni tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati f'dawk il-pajjiżi terzi. |
(7) |
L-EASA infurmat ukoll lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar ir-riżultati tal-analiżi tal-ispezzjonijiet fir-rampa li twettqu skont il-programm tal-Valutazzjoni tas-Sikurezza tal-Inġenji tal-Ajru Barranin (Safety Assessment of Foreign Aircraft, “SAFA”) f'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (5). |
(8) |
Barra minn hekk, l-EASA infurmat lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar il-proġetti ta' assistenza teknika li twettqu fil-pajjiżi terzi milquta minn miżuri jew monitoraġġ skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005. L-Aġenzija pprovdiet informazzjoni dwar il-pjanijiet u t-talbiet għal aktar assistenza teknika u kooperazzjoni biex titjieb il-kapaċità amministrattiva u teknika tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili, bl-għan li jiġu solvuti n-nuqqasijiet ta' konformità mal-istandards applikabbli tal-avjazzjoni ċivili internazzjonali. L-Istati Membri ġew mistiedna jirrispondu għal talbiet bħal dawn fuq bażi bilaterali b'koordinazzjoni mal-Kummissjoni u mal-EASA. Dwar dan, il-Kummissjoni tenniet is-siwi tal-għoti ta' informazzjoni lill-komunità tal-avjazzjoni internazzjonali, b'mod partikolari permezz tal-bażi tad-data tan-Netwerk ta' Assistenza Kollaborattiva dwar is-Sikurezza (Safety Collaborative Assistance Network, “SCAN”) tal-ICAO, dwar l-assistenza teknika li jagħtu l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha biex titjieb is-sikurezza tal-avjazzjoni fid-dinja kollha. |
(9) |
Il-Eurocontrol aġġorna lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar l-istatus tal-funzjoni ta' twissija tal-SAFA u pprovda l-istatistika attwali għall-messaġġi ta' twissija għal kumpaniji tal-ajru pprojbiti. |
Il-kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni
(10) |
Wara l-analiżi mill-EASA tal-informazzjoni li ħarġet mill-ispezzjonijiet fir-rampa li twettqu fuq l-inġenji tal-ajru tal-kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni u minn spezzjonijiet ta' standardizzazzjoni li twettqu mill-EASA, kif ukoll minn spezzjonijiet u awditjar speċifiċi li twettqu mill-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni, diversi Stati Membri ħadu ċerti miżuri ta' infurzar u infurmaw lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar dawk il-miżuri. Il-Bulgarija infurmat lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar l-azzjonijiet li kienet ħadet fir-rigward tal-kumpanija tal-ajru Bulgaria Air. |
(11) |
L-Istati Membri tennew li kienu lesti jaġixxu kif meħtieġ jekk xi informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza tindika li hemm riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità min-naħa tal-kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni mal-istandards internazzjonali xierqa tas-sikurezza. |
Il-kumpaniji tal-ajru mill-Afganistan
(12) |
Fit-13 ta' Frar 2018, twettqu konsultazzjonijiet tekniċi bejn ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni, tal-EASA u tal-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tar-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan (“ACAA”) u tal-kumpanija tal-ajru Kam Air, b'mod partikolari dwar il-projbizzjoni fuq l-operat attwali imposta fuq il-kumpaniji tal-ajru kollha mill-Afganistan skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
(13) |
Matul il-laqgħa, l-ACAA pprovdiet informazzjoni dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni ta' sorveljanza tas-sikurezza msaħħa. Fis-snin preċedenti, l-ACAA rrevokat jew issospendiet aktar Ċertifikati tal-Operaturi tal-Ajru (Air Operator Certificates, “AOC”), bosta inġenji tal-ajru ma tħallewx itiru minħabba li ma kinux ajrunavigabbli u ttieħdu azzjonijiet stretti kontra l-ekwipaġġ tat-titjira li ma kinux qed jikkonformaw mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Barra minn hekk, l-ACAA infurmat li l-linji tal-ajru kollha li kienu rreġistrati fl-Afganistan kienu soġġetti għal proċess ta' ċertifikazzjoni mill-ġdid skont l-istandards internazzjonali. Għalissa żewġ linji tal-ajru biss għandhom AOC validu, Kam Air u Ariana Afghan Airlines. Kam Air ġiet ċertifikata mill-ġdid skont il-qafas leġiżlattiv Afgan dwar l-avjazzjoni u Ariana Afghan Airlines jinsab fil-proċess li jiġi ċertifikat mill-ġdid. L-ACAA tenniet li, fil-limiti ta' ambjent operattiv diffiċli, hija timpenja ruħha li twettaq l-obbligi internazzjonali tagħha fir-rigward tas-sikurezza tal-avjazzjoni. |
(14) |
L-ACAA bdiet timla l-kwestjonarji online għall-Programm Universali ta' Awditjar tas-Sorveljanza tas-Sikurezza – Approċċ ta' Monitoraġġ Kontinwu (USOAP – CMA) tal-ICAO, iżda ma ġiet provduta l-ebda evidenza ta' dan. Ir-Rappreżentant Permanenti tal-Afganistan għall-ICAO qed jinnegozja mal-ICAO biex din tal-aħħar twettaq awditu tal-USOAP malajr kemm jista' jkun. |
(15) |
Il-kumpanija tal-ajru Kam Air ipprovdiet preżentazzjoni dwar l-iżvilupp tal-kumpanija u dwar il-ġestjoni tas-sikurezza fil-kumpanija. F'Settembru 2014, il-Bord Eżekuttiv ta' Kam Air iddeċieda li jikkunsidra mill-ġdid il-pjanijiet ta' strateġija u proċeduri tattiċi fl-operazzjonijiet tiegħu, sabiex ikun f'konformità sħiħa mar-Regolamenti l-ġodda tal-ACAA u mal-Istandards u l-Prattiki Rakkomandati Internazzjonali. Ġie implimentat programm ta' monitoraġġ tad-data tat-titjir u l-kumpanija hija konxja mir-riskji operattivi. Is-sistemi tal-ġestjoni tas-sikurezza u tal-kwalità qegħdin jiġu implimentati. |
(16) |
Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-isforzi li qed isiru mill-ACAA u l-fatt li l-ACAA qed turi impenn biex tikkoopera mal-Kummissjoni, sabiex jiġu pprovduti aġġornamenti dwar l-istatus tal-obbligi tagħha ta' sorveljanza. |
(17) |
Madankollu, il-Kummissjoni tinnota l-isfida tal-ambjent operattiv kontinwa fl-Afganistan u l-konsegwenzi negattivi għall-ACAA rigward l-abbiltà tagħha li taqdi l-obbligi tagħha ta' sorveljanza tas-sikurezza. Il-Kummissjoni se timmonitorja mill-qrib ir-riżultati tal-awditu ppjanat tal-USOAP mill-ICAO. Għalhekk il-Kummissjoni tqis li, fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli, jenħtieġ li l-lista tal-kumpaniji tal-ajru fir-rigward tal-Afganistan li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni ma tiġix emendata, bl-eċċezzjoni tal-kumpaniji tal-ajru Afgani Afghan Jet International Airlines, East Horizon Airlines u Safi Airways li kellhom l-AOC tagħhom revokat u għalhekk ma għadx hemm bżonn li jiġu inklużi fil-lista. |
(18) |
Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, huwa meqjus li jenħtieġ li tiġi emendata l-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni biex jitneħħew il-kumpaniji tal-ajru Afghan Jet International Airlines, East Horizon Airlines u Safi Airways mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. |
Il-kumpaniji tal-ajru mill-Angola
(19) |
F'Novembru 2008 (6), il-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fl-Angola, għajr waħda minnhom, kienu soġġetti għal projbizzjoni sħiħa fuq l-operat, prinċipalment minħabba n-nuqqas ta' kapaċità tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-sorveljanza tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fl-Angola (INAVIC) biex jimplimentaw u jinfurzaw l-istandards internazzjonali tas-sikurezza applikabbli. Saret eċċezzjoni parzjali għall-kumpanija tal-ajru TAAG Angola Airlines. It-TAAG Angola Airlines iddaħħlet fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 (7) u tħalliet topera fl-Unjoni b'parti mill-flotta tagħha. |
(20) |
F'Marzu 2017, l-ICAO wettqet Missjoni ta' Validazzjoni Kkoordinata tal-ICAO (ICAO Coordinated Validation Mission, ICVM) fl-Angola. Abbażi tar-riżultati ta' din il-missjoni, l-ICAO ħabbret li t-tħassib sinifikanti dwar is-sikurezza fiż-żona tal-operazzjonijiet ġie solvut mill-awtoritajiet kompetenti tal-Angola. |
(21) |
Permezz ta' ittra datata t-2 ta' April 2018, l-awtoritajiet kompetenti tal-Angola infurmaw lill-Kummissjoni dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza u r-riżultati tal-ICVM. |
(22) |
Il-Kummissjoni tilqa' l-isforzi li qed jagħmel l-INAVIC u l-fatt li l-INAVIC huwa impenjat biex jinvolvi ruħu fil-konsultazzjonijiet mal-Kummissjoni sabiex jipprovdi aktar informazzjoni dettaljata fir-rigward tal-progress li sar fis-sorveljanza tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tiegħu. |
(23) |
Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għall-projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mill-Angola. |
Il-kumpaniji tal-ajru mill-Bolivja
(24) |
Fit-30 ta' Jannar 2018, saret laqgħa ta' konsultazzjoni teknika bejn ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni, tal-EASA, u ta' Stat Membru u r-rappreżentanti għolja mid-Direttorat Ġenerali tal-Bolivja għall-Avjazzjoni Ċivili (Directorate General of Civil Aviation of Bolivia, “DGAC”). |
(25) |
Il-Kummissjoni kienet talbet lid-DGAC biex jipprovdi lista ta' dokumenti u ta' azzjonijiet li jridu jitlestew. Id-DGAC ipprovda d-dokumentazzjoni meħtieġa kollha fil-ħin u l-EASA pprovdiet analiżi ta' din id-dokumentazzjoni. Il-konklużjoni preliminari kienet li l-proċeduri huma dokumentati sew, iżda li ma kienx possibbli li tiġi vvalutata l-implimentazzjoni korretta reali tagħhom. Jidher li d-DGAC għandu persunal biżżejjed f'termini ta' għadd ta' spetturi; madankollu, kienet meħtieġa aktar informazzjoni biex jiġi vverifikat li kien hemm l-għarfien espert xieraq għall-kompiti speċjalizzati. |
(26) |
Sabiex tikseb idea aktar ċara dwar is-sorveljanza tal-operazzjonijiet tal-ajru, il-Kummissjoni talbet lid-DGAC tal-Bolivja biex jipprovdi pjan dettaljat tal-awditjar u tal-ispezzjonijiet ippjanati fl-2018 u ħarsa ġenerali tal-awditjar u l-ispezzjonijiet li twettqu fl-2016 kif ukoll fl-2017 fuq ħames linji tal-ajru li jittrasportaw il-passiġġieri fuq bażi regolari u mhux regolari. |
(27) |
Din id-dokumentazzjoni addizzjonali ntbagħtet u waslet għand l-EASA. Il-konklużjoni hija li bejn l-2016 u l-2017 kien hemm żieda sinifikanti tar-rata ta' tlestija tal-ispezzjonijiet. Għall-kumpanija tal-ajru Boliviana de Aviacion, l-unika kumpanija tal-ajru Bolivjana li topera fl-Ewropa, 88 % tal-attivitajiet ippjanati tlestew. Id-DGAC tal-Bolivja informa li għas-sena attwali (2018) ġie introdott kunċett għas-Sorveljanza bbażata fuq ir-Riskju. Ġie nnutat li għall-operaturi tal-ajru l-oħra, għalkemm twettqet analiżi tar-riskju, se jkun meħtieġ tisħiħ ulterjuri. |
(28) |
Il-Kummissjoni ħadet nota tal-informazzjoni pprovduta mid-DGAC tal-Bolivja. Il-Kummissjoni tqis li, fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli bħalissa, inkluż l-informazzjoni provduta mid-DGAC tal-Bolivja fil-laqgħa ta' konsultazzjoni teknika tat-30 ta' Jannar 2018, f'dan il-mument, ma hemmx raġunijiet biex tiġi imposta projbizzjoni fuq l-operat jew restrizzjonijiet operattivi fuq il-kumpaniji tal-ajru ċertifikati fil-Bolivja. |
(29) |
Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f'dan il-ħin ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni billi jiġu inklużi l-kumpaniji tal-ajru mill-Bolivja. |
(30) |
L-Istati Membri jridu jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq il-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fil-Bolivja, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
(31) |
Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza tindika li hemm riskji imminenti tas-sikurezza b'konsegwenza ta' nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
Il-kumpaniji tal-ajru mill-Gambja
(32) |
Fl-2014 u l-2015, l-ispezzjonijiet tas-SAFA mwettqa fir-rigward tal-operaturi Aeolus Air Ltd. u SIPJ (G) Ltd. li t-tnejn għandhom AOC maħruġ mill-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Gambja (Civil Aviation Authority of Gambia, CAAG), urew nuqqasijiet serji fis-sikurezza. |
(33) |
Fl-24 ta' Lulju 2015, l-EASA bagħtet ittra lis-CAAG li kien fiha r-riżultati ta' spezzjoni fir-rampa mwettqa fuq SIPJ (G) Ltd. Barra minn hekk, f'dik l-ittra l-EASA infurmat lis-CAAG li, filwaqt li l-pjanijiet tat-titjira kienu ppreżentati taħt il-kategorija tal-operazzjonijiet ġenerali tal-avjazzjoni u l-ekwipaġġi tat-titjira indikaw li kienu qed joperaw bħala titjiriet tal-Istat, fil-fatt, kien hemm evidenza li l-operazzjonijiet realment kienu ta' natura kummerċjali. |
(34) |
Investigazzjoni ulterjuri żvelat li l-inġenju tal-ajru kkonċernat kien irreġistrat fl-Istati Uniti tal-Amerka. Fir-rigward ta' dan l-inġenju tal-ajru, l-EASA kkuntattjat lill-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili tal-Istati Uniti. L-EASA kkuntattjat formalment ukoll lill-awtoritajiet Gambjani li madankollu ma weġbux. SIPJ (G) Ltd. ma applikatx għal awtorizzazzjoni TCO. |
(35) |
Serje ta' spezzjonijiet tas-SAFA mwettqa fir-rigward tal-operatur tal-ajru SIPJ (G) Ltd. fl-2016 irriżultat f'sejbiet sinifikanti ulterjuri. Fil-każijiet kollha, it-titjiriet kienu iddikjarati bħala avjazzjoni ġenerali. Madankollu, kien hemm indikazzjonijiet li t-titjiriet kienu kummerċjali u kienu ddikjarati bħala avjazzjoni ġenerali sabiex jiġu evitati l-istandards tas-sikurezza tal-ICAO applikabbli u, b'mod aktar speċifiku, ir-rekwiżiti tal-awtorizzazzjoni tat-TCO fl-ispazju tal-ajru tal-Unjoni. |
(36) |
Sabiex tiġi mmonitorajta s-sitwazzjoni mill-qrib, il-Kummissjoni se tibda konsultazzjonijiet tekniċi mal-awtoritajiet tal-Gambja skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006. |
(37) |
L-Istati Membri jridu jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq il-kumpaniji tal-ajru li ġew irreġistrati fil-Gambja skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
(38) |
Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza tindika li jkun hemm riskji imminenti għas-sikurezza minħabba n-nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tieħu azzjoni ulterjuri skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
(39) |
Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mill-Gambja. |
Il-kumpaniji tal-ajru mill-Indoneżja
(40) |
Bejn it-12 u l-21 ta' Marzu 2018, l-Unjoni wettqet żjara ta' valutazzjoni fuq il-post fl-Indoneżja. F'dik iż-żjara ħadu sehem esperti mill-Kummissjoni, mill-EASA u mill-Istati Membri. Iż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni twettqet fl-uffiċċji tad-Direttorat Ġenerali tal-Avjazzjoni Ċivili fl-Indoneżja (“id-DGCA Indoneżjan”) u f'għadd ta' kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fl-Indoneżja, b'mod partikolari Batik Air, biex isir paragun mal-aħħar żjara ta' valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni li saret fl-2016; Wings Air, operatur fl-istess grupp (Lion Group) ta' Batik Air u operatur kbir ta' turbopropijiet (ATR42/72); Sriwijaya Air, l-akbar operatur li għadu fil-lista ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni; TransNusa, bi flotta mħallta ta' fannijiet turbo u turbopropijiet (li kollha huma ċċertifikati taħt CASR-121); Spirit Aviation Sentosa u Susi Air, it-tnejn iċċertifikati taħt CASR-135, b'operazzjonijiet commuter u operazzjonijiet charter. Il-valutazzjoni inkludiet żjarat f'żewġ żoni remoti: bażi ta' TransNusa li tinsab f'Kupang u l-kwartieri ġenerali ta' Susi Air f'Pangandaran. |
(41) |
Matul iż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni nstab li, mill-aħħar żjara ta' valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni fl-2016, id-DGCA mhux biss kien żamm il-kisbiet tal-imgħoddi iżda kien għamel titjib konsiderevoli f'għadd ta' oqsma. Punt ta' rilevanza partikolari kien l-istabbiltà li ntlaħqet mid-DGCA f'termini tal-abbozzar tar-regolamenti nazzjonali dwar l-avjazzjoni u l-maturità ppreżentata fit-twettiq ta' sorveljanza xierqa u effettiva. F'okkażjonijiet preċedenti ġie nnutat li kienu qed jitqiesu jew jiġu adottati mudelli regolatorji differenti, sabiex l-Indoneżja tkun tista' turi konformità mal-istandards tal-ICAO. L-approċċ kien ipprovda nuqqas ta' ċarezza. It-tim tal-UE laqa' d-deċiżjoni tad-DGCA biex jadotta politika ċara għar-rispett tar-regolamenti tal-ICAO u biex, fuq inizjattiva tiegħu, jabbozza r-regolamenti f'konformità mal-aktar emendi reċenti tal-ICAO. |
(42) |
L-esperti setgħu jistabbilixxu li l-attivitajiet ta' sorveljanza, kemm l-awditjar kif ukoll l-ispezzjonijiet, komplew jiġu ppjanati fuq bażi annwali u li l-maġġoranza tal-attivitajiet ta' sorveljanza jitwettqu skont il-pjan. |
(43) |
Id-DGCA jista' jattira biżżejjed persunal, proporzjonat mad-daqs u l-kamp ta' applikazzjoni attwali tal-industrija tal-avjazzjoni li fuqha trid titwettaq is-sorveljanza. Il-persunal żdied b'mod sinifikanti mill-2016 u hemm pjanijiet biex jiġu reklutati aktar riżorsi. Il-persunal intervistat kollu kien ikkwalifikat u nstab li kellu għarfien tajjeb. Il-programmi u l-pjanijiet ta' taħriġ teoretiku tqiesu xierqa. Madankollu, ġie nnutat li għadu meħtieġ taħriġ operattiv ulterjuri tal-ispetturi fir-rigward tar-rappurtar, il-profondità tal-iskrutinju, l-analiżi tal-kawżi ewlenin u l-għeluq tas-sejbiet. |
(44) |
Id-DGCA Indoneżjan seta' juri li jittieħdu miżuri ta' infurzar fejn meħtieġ permezz ta' ittri ta' twissija, sospensjonijiet, revoki u sanzjonijiet finanzjarji. Mill-2017 kien hemm erba' revoki, 11-il sospensjoni u 21 ittra ta' twissija. |
(45) |
Il-Lion Group jikkonsisti f'sitt kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fi tliet Stati differenti u japplika approċċ integrat għall-operazzjonijiet tiegħu u għall-ġestjoni tiegħu tas-sikurezza u l-kwalità. Fi ħdan il-Lion Group, il-Batik Air u l-Wings Air huma żewġ detenturi tal-AOC iċċertifikati fl-Indoneżja. Diġà saret żjara lill-Baltik Air matul iż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni fl-2016, fejn din il-kumpanija wriet li għad għandha sistemi ta' ġestjoni u assigurazzjoni tal-kwalità u tas-sikurezza li jaħdmu sew. L-operatur qed ifittex li jagħmel aktar titjib. Il-Baltik Air qieset l-osservazzjonijiet tat-tim tal-UE fl-2016 u inkorporat titjib mhux obbligatorju speċjalment fil-qasam tal-valutazzjoni tar-riskju għas-sikurezza. Il-Wings Air timpjega ekwipaġġi u persunal professjonali u għandha sistemi fis-seħħ biex tamministra l-operazzjonijiet diversi. Il-maniġment, kemm fil-livell tal-kumpanija tal-ajru individwali kif ukoll fil-livell ta' grupp, jirċievi u jaġixxi fuq l-analiżi u l-informazzjoni tas-sikurezza u tal-kwalità. Il-maniġment jippromulga wkoll l-informazzjoni u l-azzjonijiet korrettivi permezz ta' pubblikazzjonijiet interni, elettroniċi jew b'xi mod ieħor. |
(46) |
Is-Sriwijaya Air hija t-tielet l-akbar operatur fl-Indoneżja. Għandha sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza stabbilita sew. Il-maniġers ta' livell għoli intervistati għandhom apprezzament tajjeb tal-kwistjonijiet rilevanti kif ukoll għarfien tajjeb tas-sistemi li jintużaw għall-ġestjoni tas-sikurezza u għall-kontroll tal-operazzjonijiet fl-ajru u fl-art. Barra mit-testijiet tal-pressjoni tad-demm u t-testijiet għall-alkoħol obbligatorji fil-bidu ta' kull perjodu ta' xogħol (kemm għall-Ekwipaġġ tal-Ajru kif ukoll għall-Ekwipaġġ tal-Kabina), Sriwijaya Air daħħlet fis-seħħ programm tal-ittestjar aleatorju għad-drogi bħala politika tal-kumpanija. Is-Sistema ta' Ġestjoni tal-Kwalità għadha fi stadju bikri minħabba li l-implimentazzjoni tagħha bdiet biss is-sena li għaddiet. Il-persunal kollu fid-Direttorat tal-Kwalità huma awdituri kwalifikati. Jista' jsir titjib fil-qasam tal-Ġestjoni tal-Ajrunavigabbiltà ta' Sriwijaya Air sabiex jinkiseb b'mod faċli l-istatus tal-konformità mal-programm ta' manutenzjoni ta' kwalunkwe inġenju tal-ajru. |
(47) |
TransNusa hija operatur domestiku żgħir. Il-kontroll tal-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà u l-operazzjonijiet instabu li huma sodisfaċenti. L-operatur żviluppa Sistema ta' Ġestjoni tas-Sikurezza li tiffunzjona sew u japplika fuq bażi volontarja Programm għall-Monitoraġġ u għall-Analiżi tad-Data tat-Titjir. Kien hemm evidenza ta' Sistema ta' Ġestjoni tal-Kwalità, li tista' tibbenefika minn titjib ulterjuri. Il-faċilitajiet tal-manutenzjoni tal-linja f'Kupang kienu xierqa għat-tip ta' operazzjonijiet. B'mod ġenerali, TransNusa instabet li tikkonforma mal-istandards applikabbli. |
(48) |
Spirit Aviation Sentosa hija operatur iċċertifikat reċentement u wieħed mill-aktar operaturi tal-ajru żgħar fl-Indoneżja b'AOC tal-CASR-135. Għalkemm l-uffiċċji jinsabu f'Jakarta, l-operazzjonijiet isiru l-aktar f'postijiet rurali f'Papua. Is-Sistema ta' Ġestjoni tas-Sikurezza hija żviluppata sew. Fil-qasam tal-operazzjonijiet, l-organizzazzjoni nstabet li hija sodisfaċenti. Il-qasam tal-ajrunavigabbiltà kontinwa jeħtieġ titjib. |
(49) |
Susi Air hija operatur iċċertifikat taħt is-CASR-135 li jopera prinċipalment flotta ta' Cessna Grand Caravan. Għandha Sistema ta' Ġestjoni tas-Sikurezza fis-seħħ. Il-klassifikazzjoni tal-okkorrenzi, l-identifikazzjoni tal-aktar riskji sinifikanti u l-ġestjoni tal-bidliet isiru fuq bażi manwali fuq sorsi ta' data differenti li mhumiex standardizzati. L-ammont ta' xogħol jidher li huwa eċċessiv għall-għadd ta' persuni ddedikati għall-funzjonijiet tas-Sistema ta' Ġestjoni tas-Sikurezza. Teħtieġ aktar persunal iddedikat u għodod xierqa, speċjalment jekk il-flotta tiżdied kif mistenni. It-tim tal-UE nnota s-sistema b'saħħitha tagħha tal-provvista ta' ekwipaġġ u t-taħriġ ta' standard għoli għall-piloti. F'termini ta' manutenzjoni, il-kumpanija hija stabbilita sew u mgħammra, u hija kapaċi li tappoġġa l-attivitajiet ta' manutenzjoni f'postijiet remoti. Bl-eċċezzjoni tal-manutenzjoni, il-kumpanija nstabet li kellha bżonn aktar persunal f'oqsma oħra. |
(50) |
B'mod ġenerali t-tim tal-UE nnota li jidher li hija preżenti politika ta' rappurtar mhux punittiv fl-operaturi miżjura kollha. |
(51) |
Matul iż-żjarat tal-operaturi, fil-kuntest tas-Sistema ta' Ġestjoni tas-Sikurezza tagħhom, is-Sistema għall-Prevenzjoni tal-Kolliżjonijiet tat-Traffiku - Pariri ta' Riżoluzzjoni (Traffic Collision Avoidance System – Resolution Advisories, “TCAS – RA”) u l-approċċi mhux stabbilizzati ġew elenkati fl-ewwel ħames riskji identifikati. Hemm studji li jindikaw li hemm ħafna inqas okkorrenzi ta' dawn it-tipi ta' avvenimenti bl-użu tal-proċeduri ta' Navigazzjoni Bbażata fuq il-Prestazzjoni (Performance Based Navigation “PBN”). L-approvazzjoni tat-tfassil tal-proċeduri tal-PBN taqa' taħt ir-responsabbiltà tad-DGCA Indoneżjan. Fid-dawl tal-ewwel ħames riskji identifikati, huwa rrakkomandat ħafna li l-awtorità tippromwovi l-użu tal-PBN. Għal dan id-DGCA għandu jinvolvi ruħu mal-partijiet ikkonċernati kollha (eż. l-operaturi tal-ajru, il-fornituri ta' servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru, l-ajruporti) biex jippromwovi l-użu tal-PBN u jipproduċi pjan direzzjonali sod inkluż il-kooperazzjoni u t-taħriġ meħtieġa. |
(52) |
Id-DGCA Indoneżjan u l-kumpaniji tal-ajru Sriwijaya Air, Wings Air u Susi Air dehru għal smigħ quddiem il-Kummissjoni u l-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru fit-30 ta' Mejju 2018. Id-DGCA Indoneżjan ippreżenta l-istruttura organizzattiva attwali tiegħu, inkluż dettalji dwar il-forza tax-xogħol assenjata lid-Direttorat tiegħu tal-Ajrunavigabbiltà u l-Operazzjonijiet tal-Inġenji tal-Ajru, dwar il-baġit disponibbli dejjem jikber għall-kompiti tas-sorveljanza tas-sikurezza u għat-taħriġ tal-ispetturi, kif ukoll dwar ir-riallokazzjoni f'faċilitajiet ġodda u moderni. Id-DGCA Indoneżjan ipprovda d-dettalji tar-riżultati mill-aħħar Missjoni ta' Validazzjoni Kkoordinata tal-ICAO mwettqa f'Ottubru 2017 mill-ICAO li jindikaw marka ta' implimentazzjoni effettiva (IE) ta' 80,34 %. Id-DGCA Indoneżjan ipprovda informazzjoni dwar l-istatus u l-ippjanar tal-implimentazzjoni tan-Navigazzjoni Bbażata fuq il-Prestazzjoni fl-2017 u fl-2018, li wriet li eventwalment għadd sinifikanti ta' ajruporti se jkollhom proċeduri tal-PBN. Fil-preżentazzjoni tiegħu, id-DGCA Indoneżjan ta sommarju tal-azzjonijiet korrettivi meħuda rigward l-osservazzjonijiet li saru mill-esperti waqt iż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni fl-2018. Ġie definit programm imtejjeb fuq il-bażi taż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni fl-2018 u fuq l-ICVM. |
(53) |
Matul is-seduta ta' smigħ, id-DGCA Indoneżjan impenja ruħu li jżomm lill-Kummissjoni infurmata dwar l-azzjonijiet meħuda fir-rigward tal-awditi tal-ICVM imwettqa mill-ICAO fl-Indoneżja u fir-rigward tal-bqija tal-osservazzjonijiet magħmula miż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni fl-2018. Barra minn hekk, id-DGCA Indoneżjan impenja ruħu li jwettaq djalogu kontinwu dwar is-sikurezza, inkluż permezz tal-provvista ta' informazzjoni ta' sikurezza rilevanti u permezz ta' laqgħat addizzjonali, jekk u meta l-Kummissjoni tqis li dan huwa meħtieġ. |
(54) |
Sriwijaya Air hija parti mill-Grupp Sriwijaya Air. Sriwijaya Air ippreżentat il-pjanijiet ta' estensjoni tal-flotta tagħha mis-37 inġenju tal-ajru attwali għal 42 inġenju tal-ajru fl-2021, dettalji dwar il-proċess ta' reklutaġġ tal-piloti u deskrizzjoni tal-oqsma ta' Operazzjonijiet, Taħriġ u Manutenzjoni. Sriwijaya Air ipprovdiet informazzjoni dwar is-Sistema ta' Ġestjoni tas-Sikurezza, il-proċess ta' Analiżi tad-Data tat-Titjira u l-Indikatur tal-Prestazzjoni tas-Sikurezza tagħha. Il-kumpanija ġabret ukoll informazzjoni dwar l-attivitajiet ta' sorveljanza li d-DGCA Indoneżjan wettaq fuq Sriwijaya Air fl-2017 u l-istatus tas-sejbiet li jirriżultaw minn dawn l-attivitajiet, li kollha ġew konklużi. Sriwijaya Air tat preżentazzjoni dwar il-pjan ta' azzjoni korrettiva li ġie żviluppat fuq il-bażi tal-osservazzjonijiet li ħarġu miż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni fl-2018. |
(55) |
Wings Air ippreżentat l-istruttura u l-funzjonament tas-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza tagħha u l-proċessi li stabbilixxiet biex tiżgura s-sikurezza tal-operazzjonijiet tagħha. Matul is-seduta ta' smigħ, Wings Air infurmat ukoll lill-Kummissjoni u lill-Kumitat dwar is-Sikurezza tal-Ajru dwar il-pjan ta' azzjoni korrettiva li ġie żviluppat fuq il-bażi tal-osservazzjonijiet li jirriżultaw miż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni fl-2018. Dan il-pjan jinkludi azzjonijiet korrettivi bbażati fuq analiżi tal-kawżi ewlenin ta' dawn l-osservazzjonijiet. Barra minn hekk, Wings Air ipprovdiet spjegazzjonijiet dwar l-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-kolliżjoni fuq l-art reċenti li kienet tinvolvi wieħed mill-inġenji tal-ajru tagħha, kif ukoll l-azzjonijiet ta' sikurezza li ħadet Wings Air immedjatament wara l-aċċident. |
(56) |
Susi Air ippreżentat l-organizzazzjoni, it-tip ta' attivitajiet u l-varjetà tal-forza tax-xogħol tagħha u pprovdiet dettalji dwar il-proċess ta' reklutaġġ għall-piloti, inkluż it-taħriġ provdut permezz taċ-Ċentru ta' Taħriġ tagħha. Susi Air enfasizzat il-proċess ta' kwalifika diffiċli ħafna, iddeskriviet il-proċeduri tal-kumpanija u l-politiki adottati sabiex jiġu żgurati operazzjonijiet sikuri fiż-żoni remoti f'Papua u pprovdiet dettalji dwar il-manutenzjoni u l-operazzjonijiet. L-e-SMS implimentat jiffaċilita r-rappurtar immedjat tal-okkorrenza li jikkontribwixxi għal kultura ta' sikurezza soda. Susi Air ġabret informazzjoni dwar l-attivitajiet ta' sorveljanza li d-DGCA Indoneżjan wettaq fuq Susi Air fl-2017 u l-istatus tas-sejbiet li tqajmu f'dawk l-okkażjonijiet, li kollha ġew konklużi. Susi Air ippreżentat il-pjan ta' azzjoni korrettiva li ġie żviluppat fuq il-bażi tal-osservazzjonijiet li ħarġu miż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni fl-2018. |
(57) |
Il-Kummissjoni tinnota b'sodisfazzjon li, b'reazzjoni għall-aċċidenti li seħħew fl-imgħoddi, id-DGCA Indoneżjan iddefinixxa ħames oqsma ta' prijorità għal azzjoni mtejba, żviluppa miżuri ta' mitigazzjoni xierqa u informa lill-kumpaniji tal-ajru kollha dwarhom. Dawn l-oqsma ta' prijorità jinkludu l-ħruġ mir-runway. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tħeġġeġ lid-DGCA Indoneżjan biex iwettaq b'mod sistematiku analiżi tal-kawżi ewlenin meta jseħħu inċidenti jew aċċidenti serji, u biex jiżgura li l-kumpaniji tal-ajru Indoneżjani kollha jagħmlu l-istess ħaġa. |
(58) |
Il-Kummissjoni tinnota b'sodisfazzjon il-pjan ta' azzjoni dwar l-użu aċċellerat tal-kapaċitajiet tal-PBN li ġie żviluppat mid-DGCA Indoneżjan, b'mod konformi mar-rakkomandazzjonijiet tar-rapport ta' valutazzjoni tas-sikurezza tal-Unjoni, u tenfasizza l-importanza tal-implimentazzjoni effettiva ta' dan il-pjan ta' azzjoni. |
(59) |
Il-Kummissjoni tieħu nota tad-disponibbiltà tad-DGCA Indoneżjan biex ikompli l-prattika attwali li jospita esperti barranin fi ħdan id-Direttorat tiegħu tal-Ajrunavigabbiltà u l-Operazzjonijiet tal-Inġenji tal-Ajru, sabiex jikkowċja l-ispetturi tiegħu għal spezzjonijiet dejjem aktar effettivi tal-industrija tal-avjazzjoni Indoneżjana, u tad-disponibbiltà tiegħu li jinvesti f'tali kkowċjar. |
(60) |
Il-Kummissjoni tenfasizza l-importanza essenzjali għall-awtoritajiet Indoneżjani li jiġi żgurat li l-kapaċitajiet tas-sorveljanza tas-sikurezza tad-DGCA Indoneżjan ikollhom dejjem riżorsi biżżejjed biex ilaħħqu b'mod effettiv mad-daqs tal-industrija tal-avjazzjoni Indoneżjana, b'mod partikolari fid-dawl tat-tkabbir mistenni tagħha. Il-Kummissjoni tieħu nota tal-impenn tal-gvern Indoneżjan f'dan ir-rigward. |
(61) |
Abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli bħalissa, inkluż ir-riżultati taż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni f'Marzu 2018, u s-seduta ta' smigħ fil-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru, huwa meqjus li hemm biżżejjed evidenza ta' konformità mal-istandards u l-prattiki rakkomandati ta' sikurezza internazzjonali applikabbli min-naħa tad-DGCA Indoneżjan u l-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fl-Indoneżja. |
(62) |
Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 huwa meqjus li l-lista tal-Unjoni tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat ġewwa l-Unjoni jenħtieġ li tiġi emendata biex jitneħħew il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati fl-Indoneżja mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. |
(63) |
L-Istati Membri jridu jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq il-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fl-Indoneżja, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
(64) |
Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza tindika li hemm riskji imminenti tas-sikurezza b'konsegwenza ta' nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tieħu azzjoni ulterjuri b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
Il-kumpaniji tal-ajru mil-Libja
(65) |
Fl-20 ta' April 2018, saret laqgħa teknika bejn ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni, tal-EASA, ta' Stat Membru, ir-rappreżentanti tal-gvern Libjan u l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Libja (“LYCAA”). |
(66) |
Matul din il-laqgħa, l-LYAA pprovdiet informazzjoni aġġornata dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni Korrettiva tal-ICAO, fl-oqsma li għalihom l-LYCAA qed tfittex assistenza teknika u dwar pjan direzzjonali lejn it-tneħħija tal-projbizzjoni tal-UE. L-LYCAA tenniet l-impenn tagħha biex twettaq l-obbligi internazzjonali tagħha fir-rigward tas-sikurezza tal-avjazzjoni. L-LYCAA infurmat li kienet qed taħdem b'mod intensiv fuq dan u li s-sitwazzjoni tjiebet b'mod sinifikanti. |
(67) |
Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-isforzi li qed isiru mill-LYCAA u l-fatt li l-LYCAA qed turi impenn biex tikkoopera mal-Kummissjoni, sabiex jiġu pprovduti aġġornamenti dwar l-istatus tal-obbligi tagħha ta' sorveljanza. Madankollu, il-preżentazzjoni li għamlet l-LYCAA pprovdiet biss informazzjoni limitata u nstabet li ma kinitx dettaljata biżżejjed. Barra minn hekk, l-ambjent operattiv fil-Libja għadu kkumplikat ħafna. Fit-30 ta' April 2018, il-Kummissjoni bagħtet ittra lil-LYCAA biex titlob għal informazzjoni teknika addizzjonali. |
(68) |
L-aħħar awditjar tal-ICAO twettaq fl-2007 u l-Implimentazzjoni Effettiva kienet ta' 28,86 %. L-LYCAA qed taħdem fuq il-Pjan ta' Azzjoni Korrettiva. Il-Kummissjoni tirrakkomanda lil-Libja biex tospita awditu tal-USOAP tal-ICAO bħala pass importanti lejn it-tneħħija tal-projbizzjoni attwali fuq il-kumpaniji tal-ajru Libjani. Barra minn hekk, huwa importanti li d-diffikultajiet operattivi li jirriżultaw mis-sitwazzjoni tas-sikurezza kkumplikata jiġu riżolti b'mod sodisfaċenti. Għalhekk il-Kummissjoni tagħti parir lil-LYCAA biex tikkonċentra fuq l-iżgurar ta' awditu tal-USOAP tal-ICAO. Sadanittant tista' tinkiseb informazzjoni prezzjuża dwar is-sikurezza mill-operaturi barranin li jistgħu jiddeċiedu li jerġgħu jibdew l-operazzjonijiet tagħhom lejn il-Libja. |
(69) |
Il-Kummissjoni tqis li, abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli bħalissa, inkluż l-informazzjoni pprovduta mil-LYCAA fil-laqgħa teknika tal-20 ta' April 2018, ma jenħtieġx li tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru mil-Libja li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni. |
(70) |
Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista tal-Unjoni tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għall-projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mil-Libja. |
Il-kumpaniji tal-ajru min-Nepal
(71) |
Fid-19 ta' Jannar 2018 saret laqgħa teknika bejn ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni, tal-EASA, ta' Stat Membru u tal-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tan-Nepal (Civil Aviation Authority of Nepal, “CAAN”). Is-CAAN ġiet mistiedna Brussell sabiex taġġorna lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni mtejba tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza fis-sistema tal-avjazzjoni tan-Nepal. |
(72) |
L-aħħar darba li l-Kummissjoni organizzat laqgħa mas-CAAN kienet f'Novembru 2014. Fi Frar 2014 twettqet żjara ta' valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni, li kkonfermat l-implimentazzjoni baxxa tal-istandards internazzjonali ta' sikurezza. Skont ir-Rapport Finali taż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni ta' Frar 2014, tqajmu għadd ta' osservazzjonijiet fir-rigward tar-regolamenti, tal-proċeduri u tal-prattiki tas-CAAN fil-qasam tal-ħruġ tal-liċenzji tal-persunal. |
(73) |
Matul il-laqgħa fid-19 ta' Jannar 2018, is-CAAN ipprovdiet informazzjoni dwar l-azzjonijiet meħuda sabiex jiġi żviluppat qafas leġiżlattiv nazzjonali li jikkonforma mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza u biex titjieb is-sistema ta' sorveljanza tas-sikurezza fin-Nepal, inkluż il-passi li saru fir-rigward tal-prevenzjoni tal-aċċidenti. Matul il-laqgħa l-Kummissjoni talbet għal informazzjoni addizzjonali mingħand is-CAAN. |
(74) |
Permezz ta' ittra datata t-2 ta' Marzu 2018, is-CAAN ippreżentat lill-Kummissjoni l-evidenza tal-ħidma li saret biex tingħata risposta għall-osservazzjonijiet taż-żjara ta' valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni ta' Frar 2014. |
(75) |
Is-CAAN ipprovdiet ukoll, inter alia, informazzjoni dwar is-sorveljanza annwali u l-pjan ta' awditjar regolatorju għall-2017, il-Programm ta' Sorveljanza tas-Sikurezza propost għall-2018, il-Lista ta' Kontroll tal-Analiżi tal-Lakuni fil-Programm ta' Sikurezza tal-Istat, flimkien mal-Politika ta' Sikurezza tal-Istat, u status tal-implimentazzjoni tas-Sistema ta' Ġestjoni tas-Sikurezza (Safety Management System, SMS) għall-operaturi tal-ajru tan-Nepal. |
(76) |
Abbażi tal-informazzjoni disponibbli bħalissa, jidher li s-CAAN għamlet ċertu livell ta' progress fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Madankollu, bħalissa ma hemmx biżżejjed evidenza ta' appoġġ u vverifikata biex f'dan l-istadju jiġi garantit tnaqqis tar-restrizzjonijiet operattivi fuq il-kumpaniji tal-ajru min-Nepal. Fil-fatt, it-titjib allegat jeħtieġ li jiġi vverifikat qabel ma tkun tista' tittieħed deċiżjoni fondata sew fir-rigward tat-tneħħija possibbli tal-projbizzjoni fuq il-kumpaniji tal-ajru min-Nepal. F'dan ir-rigward, jista' jkun hemm il-ħsieb li ssir żjara ta' valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni fin-Nepal. |
(77) |
Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għall-projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru min-Nepal. |
Il-kumpaniji tal-ajru mir-Russja
(78) |
Matul dan l-aħħar perjodu, il-Kummissjoni, l-EASA u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri komplew jimmonitorjaw mill-qrib il-prestazzjoni tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fir-Russja u li joperaw fl-Unjoni, inkluż permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq ċerti kumpaniji tal-ajru Russi f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
(79) |
Fis-26 ta' April 2018, ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni, tal-EASA u ta' Stat Membru, iltaqgħu mar-rappreżentanti tal-Aġenzija Federali tat-Trasport tal-Ajru Russa (Federal Air Transport Agency, “FATA”). L-għan ta' din il-laqgħa kien li jsir rieżami tal-prestazzjoni tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru Russi abbażi tar-rapporti tal-SAFA dwar l-ispezzjoni fir-rampa għall-perjodu bejn id-9 ta' April 2017 u t-8 ta' April 2018 u li jiġu identifikati każijiet li jistħoqqilhom attenzjoni speċjali. Din il-laqgħa ntużat ukoll biex il-Kummissjoni tiġi infurmata dwar il-miżuri speċifiċi ta' sorveljanza tas-sikurezza li qed tieħu l-FATA fil-kuntest tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA tal-2018. |
(80) |
Matul il-laqgħa, il-Kummissjoni għamlet rieżami aktar fid-dettall tar-riżultati tal-SAFA ta' disa' kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fir-Russja. Filwaqt li ma ġie identifikat l-ebda tħassib fuq il-bażi tal-ispezzjonijiet fir-rampa, l-FATA infurmat lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet ta' sorveljanza tas-sikurezza tagħha fuq dawk il-kumpaniji tal-ajru u dwar il-miżuri ta' infurzar li ttieħdu kontra tnejn minn dawn il-kumpaniji tal-ajru. |
(81) |
Fir-rigward tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA tal-2018, l-FATA infurmat lill-Kummissjoni dwar il-miżuri addizzjonali meħuda biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-ajru matul dan l-avveniment. |
(82) |
Abbażi tal-informazzjoni disponibbli bħalissa, inkluż l-informazzjoni pprovduta mill-FATA fil-laqgħa ta' konsultazzjoni teknika tas-26 ta' April 2018, jitqies li ma hemm l-ebda nuqqas ta' kapaċità jew rieda min-naħa tal-FATA biex tindirizza n-nuqqasijiet tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fir-Russja. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kinitx meħtieġa seduta ta' smigħ quddiem il-Kummissjoni u l-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni Russi jew ta' kwalunkwe kumpanija tal-ajru ċċertifikata fir-Russja. |
(83) |
Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f'dan l-istadju, ma hemmx raġunijiet biex temenda l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni biex tinkludi l-kumpaniji tal-ajru mir-Russja. |
(84) |
L-Istati Membri jridu jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-kumpaniji tal-ajru mir-Russja mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 965/2012. Jekk dawk l-ispezzjonijiet jindikaw riskju imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tkun obbligata tieħu azzjoni kontra l-kumpaniji tal-ajru mir-Russja, skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
Il-kumpaniji tal-ajru mill-Venezwela
(85) |
Fis-6 ta' Marzu 2017, il-kumpanija tal-ajru Avior Airlines, iċċertifikata fil-Venezwela, applikat għal awtorizzazzjoni tat-TCO mingħand l-EASA. L-EASA vvalutat dik l-applikazzjoni u kkonkludiet li valutazzjoni ulterjuri mhux se tirriżulta fil-ħruġ ta' awtorizzazzjoni tat-TCO lill-Avior Airlines u li din il-kumpanija tal-ajru ma ssodisfatx ir-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (UE) Nru 452/2014. Għalhekk, fl-4 ta' Ottubru 2017, l-EASA rrifjutat l-applikazzjoni tat-TCO lill-Avior Airlines minħabba raġunijiet ta' sikurezza. |
(86) |
Fl-14 ta' Novembru 2017, kemm l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Venezwela (“INAC”) u kemm l-Avior Airlines dehru għal smigħ quddiem il-Kummissjoni u l-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
(87) |
L-informazzjoni disponibbli dakinhar tas-seduta tas-smigħ, ibbażata fuq il-valutazzjoni tal-awtorizzazzjoni tat-TCO tal-EASA, l-ispezzjonijiet fir-rampa mwettqa mill-Istati membri u l-informazzjoni provduta mill-INAC u mill-Avior Airlines, uriet li jenħtieġ li l-INAC tiżviluppa aktar il-kapaċità ta' spezzjoni tagħha fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru li hija risponsabbli għalihom, u li l-Avior Airlines ma kinitx kapaċi li tindirizza n-nuqqasijiet tagħha fir-rigward tas-sikurezza. |
(88) |
Għalhekk, il-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat ġewwa l-Unjoni ġiet emendata u l-kumpanija tal-ajru Avior Airlines ġiet inkluża fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 (8). |
(89) |
L-informazzjoni disponibbli bħalissa, ibbażata fuq is-sejbiet tal-ispezzjoni tas-SAFA, turi li hemm evidenza vverifikata ta' nuqqasijiet serji fis-sikurezza min-naħa tal-Avior Airlines. La l-Avior Airlines u lanqas l-INAC mhuma kapaċi li jindirizzaw dawk in-nuqqasijiet fis-sikurezza, kif intwera, inter alia, mill-pjanijiet ta' azzjoni korrettiva mhux xierqa u insuffiċjenti li l-Avior Airlines qed tippreżenta bħala tweġiba għas-sejbiet identifikati matul l-ispezzjonijiet tas-SAFA, u mill-fatt li l-proporzjon medju tas-SAFA tal-kumpaniji tal-ajru Venezwelani mar għall-agħar minn Ottubru 2017. |
(90) |
Sabiex tiġi mmonitorajta s-sitwazzjoni mill-qrib, il-Kummissjoni se tkompli l-konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet mill-Venezwela skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006. |
(91) |
L-Istati Membri jridu jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq il-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fil-Venezwela, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
(92) |
Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza tindika li jkun hemm riskji imminenti għas-sikurezza minħabba n-nuqqas ta' konformità mal-standards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tieħu azzjoni ulterjuri skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
(93) |
Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mill-Venezwela. |
(94) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru. |
(95) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 474/2006 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Anness A huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament; |
(2) |
L-Anness B huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Ġunju 2018.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Violeta BULC
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 14).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/1991 tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili (ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta' trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni ta' operar fil-Komunità kif jissemma fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [traduzzjoni mhux uffiċjali] (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 8).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta' Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 296, (25.10.2012, p. 1).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1131/2008 tal-14 ta' Novembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' trasportaturi bl-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità, il-premessi dwar l-Angola (8) sa (11).
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 619/2009 tat-13 ta' Lulju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità, il-premessi dwar l-Angola (54) sa (62). Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/963 tas-16 ta' Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni, il-premessi dwar l-Angola (12) sa (17).
(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 787/2007 tal-4 ta' Lulju 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' trasportaturi bl-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan il-Komunità, il-premessi dwar il-Venezwela (70) sa (81).
ANNESS I
ANNESS A
LISTA TA' KUMPANIJI TAL-AJRU LI HUMA PPROJBITI MILLI JOPERAW FL-UNJONI, B'XI EĊĊEZZJONIJIET (1)
Isem l-entità legali tal-kumpanija tal-ajru kif indikat fuq l-AOC tagħha (u l-isem kummerċjali tagħha, jekk dan ikun differenti) |
In-numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (“l-AOC”) jew tal-Liċenzja tal-Operat |
Deżinjatur bi tliet ittri tal-ICAO |
L-Istat tal-Operatur |
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
AVIOR AIRLINES |
ROI-RNR-011 |
ROI |
Il-Venezwela |
BLUE WING AIRLINES |
SRBWA-01/2002 |
BWI |
Is-Suriname |
IRAN ASEMAN AIRLINES |
FS-102 |
IRC |
Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran |
IRAQI AIRWAYS |
001 |
IAW |
L-Iraq |
MED-VIEW AIRLINE |
MVA/AOC/10-12/05 |
MEV |
In-Niġerja |
AIR ZIMBABWE (PVT) LTD |
177/04 |
AZW |
Iż-Żimbabwe |
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Afganistan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom |
|
|
Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan |
ARIANA AFGHAN AIRLINES |
AOC 009 |
AFG |
Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan |
KAM AIR |
AOC 001 |
KMF |
Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan |
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Angola responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, ħlief TAAG Angola Airlines li jinsabu fl-Anness B, fosthom |
|
|
Ir-Repubblika tal-Angola |
AEROJET |
AO 008-01/11 |
TEJ |
Ir-Repubblika tal-Angola |
AIR GICANGO |
009 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
AIR JET |
AO 006-01/11-MBC |
MBC |
Ir-Repubblika tal-Angola |
AIR NAVE |
017 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
AIR26 |
AO 003-01/11-DCD |
DCD |
Ir-Repubblika tal-Angola |
ANGOLA AIR SERVICES |
006 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
DIEXIM |
007 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
FLY540 |
AO 004-01 FLYA |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
GIRA GLOBO |
008 |
GGL |
Ir-Repubblika tal-Angola |
HELIANG |
010 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
HELIMALONGO |
AO 005-01/11 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
MAVEWA |
016 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Angola |
SONAIR |
AO 002-01/10-SOR |
SOR |
Ir-Repubblika tal-Angola |
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Kongo responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom |
|
|
Ir-Repubblika tal-Kongo |
AERO SERVICE |
RAC06-002 |
RSR |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
CANADIAN AIRWAYS CONGO |
RAC06-012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
EMERAUDE |
RAC06-008 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
EQUAFLIGHT SERVICES |
RAC 06-003 |
EKA |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
EQUAJET |
RAC06-007 |
EKJ |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
EQUATORIAL CONGO AIRLINES S.A. |
RAC 06-014 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
MISTRAL AVIATION |
RAC06-011 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
TRANS AIR CONGO |
RAC 06-001 |
TSG |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (DRC) responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom |
|
|
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
AIR FAST CONGO |
409/CAB/MIN/TVC/0112/2011 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
AIR KASAI |
409/CAB/MIN/TVC/0053/2012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
AIR KATANGA |
409/CAB/MIN/TVC/0056/2012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
AIR TROPIQUES |
409/CAB/MIN/TVC/00625/2011 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
BLUE AIRLINES |
106/CAB/MIN/TVC/2012 |
BUL |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
BLUE SKY |
409/CAB/MIN/TVC/0028/2012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
BUSY BEE CONGO |
409/CAB/MIN/TVC/0064/2010 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
COMPAGNIE AFRICAINE D'AVIATION (CAA) |
409/CAB/MIN/TVC/0050/2012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
CONGO AIRWAYS |
019/CAB/MIN/TVC/2015 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
DAKOTA SPRL |
409/CAB/MIN/TVC/071/2011 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
DOREN AIR CONGO |
102/CAB/MIN/TVC/2012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
GOMAIR |
409/CAB/MIN/TVC/011/2010 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
KIN AVIA |
409/CAB/MIN/TVC/0059/2010 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
KORONGO AIRLINES |
409/CAB/MIN/TVC/001/2011 |
KGO |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
MALU AVIATION |
098/CAB/MIN/TVC/2012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
MANGO AIRLINES |
409/CAB/MIN/TVC/009/2011 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
SERVE AIR |
004/CAB/MIN/TVC/2015 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
SERVICES AIR |
103/CAB/MIN/TVC/2012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
SWALA AVIATION |
409/CAB/MIN/TVC/0084/2010 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
TRANSAIR CARGO SERVICES |
409/CAB/MIN/TVC/073/2011 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
WILL AIRLIFT |
409/CAB/MIN/TVC/0247/2011 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Djibouti responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom |
|
|
Il-Djibouti |
DAALLO AIRLINES |
Mhux magħruf |
DAO |
Il-Djibouti |
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Guinea Ekwatorjali responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom |
|
|
Il-Guinea Ekwatorjali |
CEIBA INTERCONTINENTAL |
2011/0001/MTTCT/DGAC/SOPS |
CEL |
Il-Guinea Ekwatorjali |
CRONOS AIRLINES |
2011/0004/MTTCT/DGAC/SOPS |
Mhux magħruf |
Il-Guinea Ekwatorjali |
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Eritrea responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom |
|
|
L-Eritrea |
ERITREAN AIRLINES |
AOC No 004 |
ERT |
L-Eritrea |
NASAIR ERITREA |
AOC No 005 |
NAS |
L-Eritrea |
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Gaboniża responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, ħlief Afrijet u SN2AG li jinsabu fl-Anness B, fosthom |
|
|
Ir-Repubblika Gaboniża |
AFRIC AVIATION |
010/MTAC/ANAC-G/DSA |
EKG |
Ir-Repubblika Gaboniża |
ALLEGIANCE AIR TOURIST |
007/MTAC/ANAC-G/DSA |
LGE |
Ir-Repubblika Gaboniża |
NATIONALE REGIONALE TRANSPORT (N.R.T) |
008/MTAC/ANAC-G/DSA |
NRG |
Ir-Repubblika Gaboniża |
SKY GABON |
009/MTAC/ANAC-G/DSA |
SKG |
Ir-Repubblika Gaboniża |
SOLENTA AVIATION GABON |
006/MTAC/ANAC-G/DSA |
SVG |
Ir-Repubblika Gaboniża |
TROPICAL AIR-GABON |
011/MTAC/ANAC-G/DSA |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Gaboniża |
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Kirgiża responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom |
|
|
Ir-Repubblika Kirgiża |
AIR BISHKEK (ex EASTOK AVIA) |
15 |
EAA |
Ir-Repubblika Kirgiża |
AIR MANAS |
17 |
MBB |
Ir-Repubblika Kirgiża |
AVIA TRAFFIC COMPANY |
23 |
AVJ |
Ir-Repubblika Kirgiża |
CENTRAL ASIAN AVIATION SERVICES (CAAS) |
13 |
CBK |
Ir-Repubblika Kirgiża |
HELI SKY |
47 |
HAC |
Ir-Repubblika Kirgiża |
AIR KYRGYZSTAN |
03 |
LYN |
Ir-Repubblika Kirgiża |
MANAS AIRWAYS |
42 |
BAM |
Ir-Repubblika Kirgiża |
S GROUP INTERNATIONAL (ex S GROUP AVIATION) |
45 |
IND |
Ir-Repubblika Kirgiża |
SKY BISHKEK |
43 |
BIS |
Ir-Repubblika Kirgiża |
SKY KG AIRLINES |
41 |
KGK |
Ir-Repubblika Kirgiża |
SKY WAY AIR |
39 |
SAB |
Ir-Repubblika Kirgiża |
TEZ JET |
46 |
TEZ |
Ir-Repubblika Kirgiża |
VALOR AIR |
07 |
VAC |
Ir-Repubblika Kirgiża |
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Liberja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja. |
|
|
Il-Liberja |
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Libja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom |
|
|
Il-Libja |
AFRIQIYAH AIRWAYS |
007/01 |
AAW |
Il-Libja |
AIR LIBYA |
004/01 |
TLR |
Il-Libja |
BURAQ AIR |
002/01 |
BRQ |
Il-Libja |
GHADAMES AIR TRANSPORT |
012/05 |
GHT |
Il-Libja |
GLOBAL AVIATION AND SERVICES |
008/05 |
GAK |
Il-Libja |
LIBYAN AIRLINES |
001/01 |
LAA |
Il-Libja |
PETRO AIR |
025/08 |
PEO |
Il-Libja |
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tan-Nepal responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom |
|
|
Ir-Repubblika tan-Nepal |
AIR DYNASTY HELI. S. |
035/2001 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
AIR KASTHAMANDAP |
051/2009 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
BUDDHA AIR |
014/1996 |
BHA |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
FISHTAIL AIR |
017/2001 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
GOMA AIR |
064/2010 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
HIMALAYA AIRLINES |
084/2015 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
MAKALU AIR |
057A/2009 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
MANANG AIR PVT LTD |
082/2014 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
MOUNTAIN HELICOPTERS |
055/2009 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
MUKTINATH AIRLINES |
081/2013 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
NEPAL AIRLINES CORPORATION |
003/2000 |
RNA |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
SAURYA AIRLINES |
083/2014 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
SHREE AIRLINES |
030/2002 |
SHA |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
SIMRIK AIR |
034/2000 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
SIMRIK AIRLINES |
052/2009 |
RMK |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
SITA AIR |
033/2000 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
TARA AIR |
053/2009 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
YETI AIRLINES DOMESTIC |
037/2004 |
NYT |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta' São Tomé u Príncipe responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom |
|
|
São Tomé u Príncipe |
AFRICA'S CONNECTION |
10/AOC/2008 |
ACH |
São Tomé u Príncipe |
STP AIRWAYS |
03/AOC/2006 |
STP |
São Tomé u Príncipe |
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta' Sierra Leone responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom |
|
|
Is-Sjerra Leone |
AIR RUM, LTD |
MHUX MAGĦRUF |
RUM |
Is-Sjerra Leone |
DESTINY AIR SERVICES, LTD |
MHUX MAGĦRUF |
DTY |
Is-Sjerra Leone |
HEAVYLIFT CARGO |
MHUX MAGĦRUF |
Mhux magħruf |
Is-Sjerra Leone |
ORANGE AIR SIERRA LEONE LTD |
MHUX MAGĦRUF |
ORJ |
Is-Sjerra Leone |
PARAMOUNT AIRLINES, LTD |
MHUX MAGĦRUF |
PRR |
Is-Sjerra Leone |
SEVEN FOUR EIGHT AIR SERVICES LTD |
MHUX MAGĦRUF |
SVT |
Is-Sjerra Leone |
TEEBAH AIRWAYS |
MHUX MAGĦRUF |
Mhux magħruf |
Is-Sjerra Leone |
Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sudan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom |
|
|
Ir-Repubblika tas-Sudan |
ALFA AIRLINES SD |
54 |
AAJ |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
BADR AIRLINES |
35 |
BDR |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
BLUE BIRD AVIATION |
11 |
BLB |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
ELDINDER AVIATION |
8 |
DND |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
GREEN FLAG AVIATION |
17 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
HELEJETIC AIR |
57 |
HJT |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
KATA AIR TRANSPORT |
9 |
KTV |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
KUSH AVIATION CO. |
60 |
KUH |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
NOVA AIRWAYS |
46 |
NOV |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
SUDAN AIRWAYS CO. |
1 |
SUD |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
SUN AIR |
51 |
SNR |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
TARCO AIR |
56 |
TRQ |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
(1) Il-kumpaniji tal-ajru mniżżlin fl-Anness A jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand kumpanija tal-ajru li mhijiex soġġetta għal projbizzjoni fuq l-operat, sakemm jitħarsu l-istandards rilevanti tas-sikurezza.
ANNESS II
ANNESS B
LISTA TA' KUMPANIJI TAL-AJRU LI HUMA SOĠĠETTI GĦAL RESTRIZZJONIJIET OPERATTIVI FL-UNJONI (1)
Isem l-entità legali tal-kumpanija tal-ajru kif muri fuq l-AOC tagħha (u l-isem kummerċjali tagħha, jekk dan ikun differenti) |
In-numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (“l-AOC”) |
Deżinjatur bi tliet ittri tal-ICAO |
L-Istat tal-Operatur |
It-tip ta' inġenju tal-ajru li huwa soġġett għal restrizzjoni |
Il-marka jew il-marki tar-reġistrazzjoni u, meta jkun disponibbli, in-numru jew in-numri tas-serje tal-kostruzzjoni tal-inġenju tal-ajru li huwa soġġett għal restrizzjoni |
L-Istat tar-reġistrazzjoni |
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
(5) |
(6) |
(7) |
TAAG ANGOLA AIRLINES |
001 |
DTA |
Ir-Repubblika tal-Angola |
Il-flotta kollha ħlief għal: inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B737-700, inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B777-200, inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B777-300 u inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B777-300ER. |
Il-flotta kollha ħlief għal: inġenji tal-ajru fil-flotta tal-Boeing B737-700, kif jissemma fl-AOC; inġenji tal-ajru fil-flotta tal-Boeing B777-200, kif jissemma fl-AOC; inġenji tal-ajru fil-flotta tal-Boeing B777-300, kif jissemma fl-AOC; u inġenji tal-ajru fil-flotta tal-Boeing B777-300ER, kif jissemma fl-AOC. |
Ir-Repubblika tal-Angola |
AIR SERVICE COMORES |
06-819/TA-15/DGACM |
KMD |
Il-Komoros |
Il-flotta kollha ħlief għal: LET 410 UVP. |
Il-flotta kollha ħlief għal: D6-CAM (851336). |
Il-Komoros |
AFRIJET BUSINESS SERVICE (2) |
002/MTAC/ANAC-G/DSA |
ABS |
Ir-Repubblika Gaboniża |
Il-flotta kollha ħlief għal: 2 inġenji tal-ajru tat-tip Falcon 50, 2 inġenji tal-ajru tat-tip Falcon 900. |
Il-flotta kollha ħlief għal: TR-LGV; TR-LGY; TR-AFJ; TR-AFR. |
Ir-Repubblika Gaboniża |
NOUVELLE AIR AFFAIRES GABON (SN2AG) |
003/MTAC/ANAC-G/DSA |
NVS |
Ir-Repubblika Gaboniża |
Il-flotta kollha ħlief għal: inġenju tal-ajru wieħed (1) tat-tip Challenger CL-601, inġenju tal-ajru wieħed (1) tat-tip HS-125-800. |
Il-flotta kollha ħlief għal: TR-AAG, ZS-AFG. |
Ir-Repubblika Gaboniża; Ir-Repubblika tal-Afrika t'Isfel |
IRAN AIR |
FS100 |
IRA |
Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran |
L-inġenji tal-ajru kollha tat-tip Fokker F100 u tat-tip Boeing B747 |
L-inġenji tal-ajru tat-tip Fokker F100 kif jissemma fl-AOC; l-inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B747 kif jissemma fl-AOC |
Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran |
AIR KORYO |
GAC-AOC/KOR-01 |
KOR |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea |
Il-flotta kollha ħlief għal: 2 inġenji tal-ajru tat-tip TU- 204. |
Il-flotta kollha ħlief għal: P-632, P-633. |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea |
(1) Il-kumpaniji tal-ajru mniżżlin fl-Anness B jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand kumpanija tal-ajru li mhijiex soġġetta għal projbizzjoni fuq l-operat, sakemm jitħarsu l-istandards rilevanti tas-sikurezza.
(2) Il-kumpanija Afrijet titħalla tuża biss l-inġenji tal-ajru speċifiċi msemmija għal-livell attwali ta' operazzjonijiet tagħha fl-Unjoni.