EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018D1787
Council Decision (CFSP) 2018/1787 of 19 November 2018 amending and extending Decision 2010/96/CFSP on a European Union military mission to contribute to the training of Somali security forces
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1787 tad-19 ta' Novembru 2018 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/96/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1787 tad-19 ta' Novembru 2018 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/96/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja
ST/12148/2018/INIT
ĠU L 293, 20.11.2018, p. 9–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Extended validity | 32010D0096 | 19/11/2018 | 31/12/2020 | ||
Modifies | 32010D0096 | Żieda | artikolu 10 paragrafu 7 | 19/11/2018 | |
Modifies | 32010D0096 | Sostituzzjoni | artikolu 1 paragrafu 2 | 19/11/2018 | |
Modifies | 32010D0096 | Sostituzzjoni | artikolu 12 paragrafu 2 | 19/11/2018 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32018D1787R(01) |
20.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 293/9 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1787
tad-19 ta' Novembru 2018
li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/96/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-15 ta' Frar 2010 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/96/PESK (1), li tistabbilixxi missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja. |
(2) |
Fit-12 ta' Diċembru 2016 id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2239 (2) emendat id-Deċiżjoni 2010/96/PESK u estendiet il-missjoni sal-31 ta' Diċembru 2018. |
(3) |
Wara rieżami strateġiku tal-missjoni, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà rrakkomanda li l-mandat tal-missjoni jiġi estiż b'sentejn. |
(4) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/96/PESK tiġi emendata skont dan. |
(5) |
F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża. Id-Danimarka ma tiħux sehem fl-implimentazzjoni ta' din d-Deċiżjoni u għaldaqstant ma tikkontribwixxix għall-finanzjament ta' din il-missjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2010/96/PESK hija emendata kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. Sabiex jinkisbu l-objettivi stabbiliti fil-paragrafu 1, il-missjoni militari tal-UE għandha tiġi skjerata fis-Somalja sabiex tindirizza kemm ir-rafforzament istituzzjonali fis-settur tad-difiża permezz ta' konsulenza strateġika kif ukoll l-appoġġ dirett lill-Armata Nazzjonali Somala permezz ta' taħriġ, konsulenza u gwida. Mill-2019 'il quddiem, il-missjoni militari tal-UE għandha, b'mod partikolari, tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-kapaċità ta' taħriġ proprja tal-Armata Nazzjonali tas-Somalja bil-ħsieb tat-trasferiment tal-attivitajiet ta' taħriġ għall-unitajiet tattiċi ladarba jiġu ssodisfati il-kondizzjonijiet neċessarji; hija għandha tkun ta' gwida għat-taħriġ proprju tas-Somalja u pprovdut mis-Somalja. Il-missjoni militari tal-UE għandha tkun ukoll lesta tipprovdi appoġġ, skont il-mezzi u l-kapaċitajiet tagħha, lil atturi oħra tal-Unjoni fl-implimentazzjoni tal-mandati rispettivi tagħhom fil-qasam tas-sigurtà u tad-difiża fis-Somalja.”; |
(2) |
fl-Artikolu 10, jiżdied il-paragrafu li ġej: “7. L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-missjoni militari tal-UE għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2019 sal-31 ta' Diċembru 2020 għandu jkun ta' EUR 22 980 000. Il-perċentwal tal-ammont ta' referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 għandu jkun ta' 0 % u l-perċentwal imsemmi fl-Artikolu 34(3) ta' dik id-Deċiżjoni għandu jkun ta' 0 %.”; |
(3) |
fl-Artikolu 12, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. Il-mandat tal-missjoni militari tal-UE għandu jintemm fil-31 ta' Diċembru 2020.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, id-19 ta' Novembru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/96/PESK tal-15 ta' Frar 2010 dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja (ĠU L 44, 19.2.2010, p. 16).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2239 tat-12 ta' Diċembru 2016 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/96/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (ĠU L 337, 13.12.2016, p. 16).