This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018D1614
Commission Implementing Decision (EU) 2018/1614 of 25 October 2018 laying down specifications for the vehicle registers referred to in Article 47 of Directive (EU) 2016/797 of the European Parliament and of the Council and amending and repealing Commission Decision 2007/756/EC (Text with EEA relevance.)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1614 tal-25 ta' Ottubru 2018 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għar-reġistri tal-vetturi msemmija fl-Artikolu 47 tad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li temenda u tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/756/KE (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1614 tal-25 ta' Ottubru 2018 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għar-reġistri tal-vetturi msemmija fl-Artikolu 47 tad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li temenda u tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/756/KE (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
C/2018/6929
ĠU L 268, 26.10.2018, p. 53–91
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32007D0756 | 16/06/2021 | |||
Modifies | 32007D0756 | Sostituzzjoni | anness appendiċi 1 | 15/11/2018 | |
Modifies | 32007D0756 | Sostituzzjoni | anness appendiċi 2 | 15/11/2018 | |
Modifies | 32007D0756 | Sostituzzjoni | anness appendiċi 6 parti 1 PT 1 | 15/11/2018 | |
Modifies | 32007D0756 | Sostituzzjoni | anness appendiċi 6 parti 4 | 15/11/2018 | |
Modifies | 32007D0756 | Sostituzzjoni | anness punt 3.2.1 | 15/11/2018 | |
Modifies | 32007D0756 | Żieda | anness punt 3.2.3 paragrafu | 15/11/2018 | |
Modifies | 32007D0756 | Sostituzzjoni | anness punt 3.2.5 | 15/11/2018 | |
Modifies | 32007D0756 | Żieda | anness taqsima 3.2 punt 3.2.6 | 15/11/2018 | |
Modifies | 32007D0756 | Sostituzzjoni | anness taqsima 3.3 | 15/11/2018 | |
Implicit repeal | 32011D0107 | 16/06/2021 | |||
Implicit repeal | 32018D1614 | Revoka parzjali | artikolu 2 | 16/06/2021 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32018D1614 | ||||
Corrected by | 32018D1614R(01) | (FR) |
26.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 268/53 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1614
tal-25 ta' Ottubru 2018
li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għar-reġistri tal-vetturi msemmija fl-Artikolu 47 tad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li temenda u tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/756/KE
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 47(2) u (5) tagħha,
Billi:
(1) |
Sabiex tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-vetturi u l-istorja tagħhom, jenħtieġ li l-vetturi jiġu rreġistrati b'numru Ewropew tal-vetturi f'reġistru tal-vetturi. Jenħtieġ li r-regoli għall-istabbiliment tan-numru Ewropew tal-vetturi jiġu armonizzati biex jiżguraw li l-vetturi jiġu rreġistrati bl-istess mod fl-Unjoni kollha. |
(2) |
Attwalment, il-vetturi jiġu rreġistrati f'reġistri nazzjonali tal-vetturi u kull Stat Membru jamministra r-reġistru nazzjonali tal-vetturi tiegħu. Jeħtieġ li jittejjeb l-użu tar-reġistri nazzjonali tal-vetturi u li tiġi evitata r-reġistrazzjoni żejda ta' vettura waħda f'diversi reġistri tal-vetturi, inklużi r-reġistri tal-vetturi ta' pajjiżi terzi konnessi mar-Reġistru Virtwali tal-Vetturi. Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/756/KE (2) tiġi emendata skont dan. |
(3) |
L-analiżi tal-kostijiet u tal-benefiċċji mwettqa mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (“l-Aġenzija”) enfasizzat il-vantaġġi sinifikanti għas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni li jirriżultaw mill-istabbiliment ta' Reġistru Ewropew tal-Vetturi li jissostitwixxi r-reġistri nazzjonali tal-vetturi. |
(4) |
Sabiex jitnaqqsu l-piż amministrattiv u l-kostijiet għall-Istati Membri u għall-partijiet ikkonċernati, jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta speċifikazzjonijiet tekniċi u funzjonali għar-Reġistru Ewropew tal-Vetturi, li se jkun jinkorpora r-reġistri nazzjonali tal-vetturi. |
(5) |
Jenħtieġ li l-Aġenzija tistabbilixxi u tieħu ħsieb ir-Reġistru Ewropew tal-Vetturi, fejn ikun rilevanti b'kooperazzjoni mal-entitajiet nazzjonali tar-reġistrazzjoni. Jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, il-korpi investigattivi, u b'rispons għal kwalunkwe talba leġittima, il-korpi regolatorji, u l-Aġenzija, l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura, kif ukoll dawk il-persuni jew l-organizzazzjonijiet li jirreġistraw il-vetturi jew li jkunu identifikati fir-reġistru jkunu jistgħu jikkonsultaw ir-Reġistru Ewropew tal-Vetturi. |
(6) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jaħtru entità ta' reġistrazzjoni responsabbli għar-reġistrazzjoni tal-vetturi u għall-ipproċessar u għall-aġġornament tal-informazzjoni b'rabta mal-vetturi li dik l-entità tkun irreġistrata fir-Reġistru Ewropew tal-Vetturi. |
(7) |
Jenħtieġ li l-kustodji jimlew applikazzjoni għal reġistrazzjoni bl-informazzjoni meħtieġa u jkunu jistgħu jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom permezz ta' għodda bbażata fuq il-web li tuża formola elettronika armonizzata. Jenħtieġ li l-kustodji jiżguraw li d-data tal-vettura li tiġi ppreżentata lill-entitajiet tar-reġistrazzjoni tkun aġġornata u akkurata. |
(8) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu responsabbli għall-iżgurar tal-kwalità u tal-integrità tad-data tal-vettura li tiġi rreġistrata mill-entità maħtura tar-reġistrazzjoni fir-Reġistru Ewropew tal-Vetturi skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva (UE) 2016/797, filwaqt li jenħtieġ li l-Aġenzija tkun responsabbli għall-iżvilupp u għall-manutenzjoni tas-sistema tal-IT tar-Reġistru Ewropew tal-Vetturi skont din id-Deċiżjoni. |
(9) |
Jenħtieġ li r-Reġistru Ewropew tal-Vetturi jkun reġistru ċentralizzat li jipprovdi interfaċċa armonizzata lill-utenti kollha għall-konsultazzjoni, għar-reġistrazzjoni tal-vetturi u għall-ġestjoni tad-data. |
(10) |
Jeħtieġ li jkun hemm żvilupp u ttestjar tekniku tal-funzjonalitajiet tar-Reġistru Ewropew tal-Vetturi. Madankollu, jenħtieġ li r-Reġistru Ewropew tal-Vetturi jkun operazzjonali fis-16 ta' Ġunju 2021 skont l-Artikolu 47(5) tad-Direttiva (UE) 2016/797. |
(11) |
Sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi tal-Istati Membri, xi reġistri nazzjonali tal-vetturi jintużaw għal skopijiet oħra li mhumiex l-iżgurar tat-traċċabbiltà tal-vetturi u tal-istorja tagħhom. Sabiex ikun hemm lok għall-adattament tar-reġistri nazzjonali li ma jintużawx speċifikament għar-reġistrazzjoni tal-vetturi mal-interfaċċa tar-Reġistru Ewropew tal-Vetturi, jenħtieġ li l-migrazzjoni lejn ir-reġistrazzjoni ċentralizzata tal-vetturi tkun progressiva. Għaldaqstant, wara l-introduzzjoni tar-Reġistru Ewropew tal-Vetturi, jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw il-possibbiltà li jużaw “funzjoni ta' reġistrazzjoni deċentralizzata” sas-16 ta' Ġunju 2024 filwaqt li jenħtieġ li l-funzjonijiet l-oħra jkunu ċentralizzati mis-16 ta' Ġunju 2021. Wara s-16 ta' Ġunju 2024, jenħtieġ li l-Istati Membri kollha jużaw il-funzjoni tar-reġistrazzjoni ċentralizzata biss. |
(12) |
Jenħtieġ li jkun hemm lok biex fir-Reġistru Ewropew tal-Vetturi tkun tista' tiġi rreġistrata informazzjoni addizzjonali speċifika meħtieġa mill-Istati Membri. Jenħtieġ li l-kustodji jipprovdu l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa minn Stat Membru meta jippreżentaw applikazzjoni għal reġistrazzjoni lil dak l-Istat Membru. |
(13) |
Sabiex fil-pajjiżi terzi jiġi ffaċilitat l-użu tal-vetturi rreġistrati fir-Reġistru Ewropew tal-Vetturi, b'mod partikolari dawk li japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija li l-Unjoni Ewropea hija parti kontraenti tagħha, jenħtieġ li d-data rilevanti tar-Reġistru Ewropew tal-Vetturi tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti tal-awtorizzazzjoni f'dawn il-pajjiżi terzi. Għal dak l-iskop, jenħtieġ li l-Aġenzija tiffaċilita l-implimentazzjoni tad-Deċiżjonijiet adottati skont il-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija tad-9 ta' Mejju 1980, kif emendata bil-Protokoll ta' Vilnius tat-3 ta' Ġunju 1999. |
(14) |
Fil-21 ta' Diċembru 2016, l-Aġenzija ħarġet rakkomandazzjoni dwar l-ispeċifikazzjonijiet tar-reġistru nazzjonali tal-vetturi li tindika l-possibbiltajiet ta' titjib tal-użu tar-reġistri nazzjonali tal-vetturi. Fl-14 ta' Diċembru 2017, l-Aġenzija ħarġet rakkomandazzjoni dwar l-ispeċifikazzjonijiet għar-Reġistru Ewropew tal-Vetturi. |
(15) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 51(1) tad-Direttiva (UE) 2016/797, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
KAPITOLU 1
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Deċiżjoni temenda l-ispeċifikazzjonijiet komuni għar-reġistri nazzjonali tal-vetturi u tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u funzjonali għar-Reġistru Ewropew tal-Vetturi.
KAPITOLU 2
REĠISTRI NAZZJONALI TAL-VETTURI
Artikolu 2
Emendi għall-ispeċifikazzjonijiet komuni għar-reġistri nazzjonali tal-vetturi
L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/756/KE huwa emendat skont l-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Irtirar tar-reġistrazzjonijiet żejda
1. Il-kustodju għandu jiżgura li r-reġistrazzjonijiet żejda tal-vetturi skont il-punt 3.2.5(1) tal-Anness tad-Deċiżjoni 2007/756/KE kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/107/UE (3) jiġu rtirati mir-reġistri nazzjonali tal-vetturi fi żmien sena mill-15 ta' Novembru 2018.
2. Il-kustodju għandu jiżgura li r-reġistrazzjonijiet żejda tal-vetturi ta' pajjiżi terzi maħsuba biex joperaw fuq is-sistema ferrovjarja tal-Unjoni u rreġistrati f'reġistru tal-vetturi skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-Anness tad-Deċiżjoni 2007/756/KE u konnessi mar-Reġistru Virtwali tal-Vetturi speċifikat f'dik id-Deċiżjoni jiġu rtirati fi żmien sena mill-15 ta' Novembru 2018.
KAPITOLU 3
REĠISTRU EWROPEW TAL-VETTURI
Artikolu 4
Speċifikazzjonijiet tar-Reġistru Ewropew tal-Vetturi
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u funzjonali tar-Reġistru Ewropew tal-Vetturi għandhom ikunu dawk li ġew stabbiliti fl-Anness II.
Artikolu 5
Entità tar-reġistrazzjoni
1. Kull Stat Membru għandu jaħtar entità tar-reġistrazzjoni, li tkun indipendenti minn kwalunkwe impriża ferrovjarja u li tkun responsabbli għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet u għall-aġġornament tad-data fir-Reġistru Ewropew tal-Vetturi fir-rigward tal-vetturi rreġistrati f'dak l-Istat Membru mill-15 ta' Mejju 2019.
2. Din l-entità tar-reġistrazzjoni tista' tkun il-korp maħtur skont l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni 2007/756/KE. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk l-entitajiet tar-reġistrazzjoni jikkooperaw u jaqsmu l-informazzjoni sabiex jikkomunikaw it-tibdil fir-Reġistru Ewropew tal-Vetturi b'mod li jkun f'waqtu.
3. Fejn l-entità tar-reġistrazzjoni ma tkunx il-korp maħtur skont l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni 2007/756/KE, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra sa mhux iktar tard mill-15 ta' Novembru 2019, dwar l-entità maħtura skont il-paragrafu 1.
Artikolu 6
Reġistrazzjoni ta' vetturi awtorizzati għat-tqegħid fis-suq
1. Il-kustodju għandu jippreżenta applikazzjoni għal reġistrazzjoni permezz tar-Reġistru Ewropew tal-Vetturi lil Stat Membru tal-għażla tiegħu fiż-żona tal-użu tal-vettura.
2. L-entitajiet tar-reġistrazzjoni għandhom jieħdu passi raġonevoli biex jiżguraw l-akkuratezza tad-data rreġistrata fir-Reġistru Ewropew tal-Vetturi.
3. Kull entità tar-reġistrazzjoni għandha tkun tista' twettaq l-estrazzjoni tad-data tar-reġistrazzjonijiet irrekordjati tal-vetturi.
Artikolu 7
Arkitettura tar-Reġistru Ewropew tal-Vetturi
1. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u tieħu ħsieb ir-Reġistru Ewropew tal-Vetturi skont din id-Deċiżjoni.
2. Wara l-migrazzjoni msemmija fl-Artikolu 8, ir-Reġistru Ewropew tal-Vetturi għandu jkun reġistru ċentralizzat u għandu jipprovdi interfaċċa armonizzata lill-utenti kollha għall-konsultazzjoni, għar-reġistrazzjoni tal-vetturi u għall-ġestjoni tad-data.
3. B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jużaw il-funzjoni tar-reġistrazzjoni msemmija fil-punt 2.1.4 tal-Anness II b'mod deċentralizzat sa mhux iktar tard mis-16 ta' Ġunju 2024.
4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Aġenzija mhux iktar tard mill-15 ta' Mejju 2019 dwar jekk ikunux beħsiebhom jużaw il-funzjoni tar-reġistrazzjoni ċentralizzata stabbilita mill-Aġenzija jew jistabbilixxu funzjoni tar-reġistrazzjoni deċentralizzata. Għandhom juru kif qed jippjanaw li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 5 sas-16 ta' Ġunju 2020.
5. Fejn Stat Membru jimplimenta l-funzjoni tar-reġistrazzjoni b'mod deċentralizzat, dan għandu jiżgura l-kompatibbiltà u l-komunikazzjoni mar-Reġistru Ewropew tal-Vetturi. Barra minn hekk, għandu jiżgura li l-funzjoni tar-reġistrazzjoni deċentralizzata tkun operazzjonali skont l-ispeċifikazzjonijiet tar-Reġistru Ewropew tal-Vetturi sa mhux iktar tard mis-16 ta' Ġunju 2021.
6. Fi kwalunkwe ħin, l-Istati Membri jistgħu jimmodifikaw id-deċiżjoni tagħhom li jużaw funzjoni tar-reġistrazzjoni deċentralizzata u minflok jagħżlu li jużaw il-funzjoni tar-reġistrazzjoni ċentralizzata billi jinnotifikawha lill-Aġenzija. Id-deċiżjoni għandha ssir effettiva sitt xhur wara n-notifika.
Artikolu 8
Migrazzjoni mir-reġistri nazzjonali tal-vetturi għar-Reġistru Ewropew tal-Vetturi
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data għall-vetturi rreġistrati tiġi ttrasferita mir-reġistri nazzjonali tal-vetturi għar-Reġistru Ewropew tal-Vetturi u l-migrazzjoni ta' din id-data għandha ssir sas-16 ta' Ġunju 2021. Waqt il-migrazzjoni, l-Aġenzija, flimkien mal-entitajiet tar-reġistrazzjoni, għandha tikkoordina t-tranżizzjoni mir-reġistri nazzjonali rispettivi tal-vetturi għar-Reġistru Ewropew tal-Vetturi u l-Aġenzija għandha tiżgura d-disponibbiltà tal-ambjent tal-IT.
2. L-Aġenzija għandha tara li l-funzjonijiet tar-Reġistru Ewropew tal-Vetturi jkunu disponibbli għall-Istati Membri mhux iktar tard mill-15 ta' Novembru 2020.
3. L-Aġenzija għandha tiddefinixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-interfaċċi mal-funzjoni tar-reġistrazzjoni deċentralizzata u għandha tara li jkunu disponibbli għall-Istati Membri sa mhux iktar tard mis-16 ta' Jannar 2020.
4. Mis-16 ta' Ġunju 2021, l-Istati Membri għandhom jirreġistraw il-vetturi fir-Reġistru Ewropew tal-Vetturi skont l-Artikolu 7.
5. Mis-16 ta' Ġunju 2024, l-Istati Membri għandhom jużaw il-funzjoni tar-reġistrazzjoni ċentralizzata.
KAPITOLU 4
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 9
Tħassir
Id-Deċiżjoni 2007/756/KE titħassar b'effett mis-16 ta' Ġunju 2021.
Artikolu 10
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
It-Taqsimiet 2.2, 2.3, 2.4, 2.5, 3, 4.3 u 5 tal-Anness II u l-Appendiċijiet 1 sa 6 ta' dak l-Anness għandhom japplikaw mis-16 ta' Ġunju 2021.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Ottubru 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/756/KE tad-9 ta' Novembru 2007 li tadotta speċifikazzjoni komuni tar-reġistru nazzjonali tal-vetturi previst fl-Artikoli 14(4) u (5) tad-Direttivi 96/48/KE u 2001/16/KE (ĠU L 305, 23.11.2007, p. 30).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/107/UE tal-10 ta' Frar 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2007/756/KE li tadotta speċifikazzjoni komuni tar-reġistru nazzjonali tal-vetturi (ĠU L 43, 17.2.2011, p. 33).
ANNESS I
L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/756/KE huwa emendat kif ġej:
(1) |
il-punt 3.2.1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “3.2.1. Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Il-formola fl-Appendiċi 4 għandha tintuża għall-applikazzjoni għal reġistrazzjoni. L-entità li tapplika għar-reġistrazzjoni ta' vettura għandha timmarka l-kaxxa “Reġistrazzjoni ġdida”. Għandha timla l-formola u tibgħatha:
|
(2) |
fil-punt 3.2.3, jiżdied il-paragrafu li ġej: “Ir-RE għandha tirreġistra t-tibdil fl-NVR fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta tirċievi fajl komplut ta' applikazzjoni. Ir-RE għandha, qabel ma tiskadi din l-iskadenza, jew tirreġistra l-vettura jew inkella titlob korrezzjoni/kjarifika.”; |
(3) |
il-punt 3.2.5 huwa sostitwit b'dan li ġej: “3.2.5. Awtorizzazzjoni f'diversi Stati Membri
(*1) Id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44)”;" |
(4) |
fit-Taqsima 3.2, jiżdied il-punt 3.2.6 li ġej: “3.2.6. Trasferiment tar-reġistrazzjoni u tibdil tal-EVN
(*2) Id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1).”;" |
(5) |
it-Taqsima 3.3 hija sostitwita b'dan li ġej: “3.3. Drittijiet ta' aċċess Id-drittijiet ta' aċċess għad-data ta' NVR minn Stat Membru partikolari “XX” huma elenkati fit-tabella ta' hawn taħt:
Id-drittijiet tal-aċċess għad-data tal-NVRs jistgħu jiġu estiżi għall-entitajiet rilevanti ta' pajjiż terz jew għal organizzazzjoni intergovernattiva rilevanti meta ftehim internazzjonali li l-Unjoni Ewropea tkun parti kontraenti għalih ikun jipprevedi dan.”; |
(6) |
L-Appendiċijiet 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej: “APPENDIĊI 1 IKKODIFIKAR TAR-RESTRIZZJONIJIET 1. PRINĊIPJI Ir-restrizzjonijiet imsemmija fl-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz skont l-Artikoli 21 sa 26 tad-Direttiva 2008/57/KE jew fl-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u, fejn ikun xieraq, l-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vettura ġdida, skont l-Artikoli 21 u 24 tad-Direttiva (UE) 2016/797 għandhom jiġu assenjati kodiċi armonizzat jew kodiċi nazzjonali. 2. STRUTTURA Kull kodiċi huwa kombinazzjoni ta':
magħqudin flimkien b'tikka (.): [Kategorija].[Tip].[Valur jew speċifikazzjoni]. 3. KODIĊIJIET TA' RESTRIZZJONI
APPENDIĊI 2 STRUTTURA U KONTENUT TAN-NUMRU EWROPEW TA' IDENTIFIKAZZJONI L-Aġenzija għandha tistabbilixxi l-istruttura u l-kontenut tan-Numru Ewropew ta' Identifikazzjoni (EIN), inkluża l-kodifikazzjoni tat-tipi ta' dokumenti kkonċernati, f'dokument tekniku u għandha tippubblika dan id-dokument tekniku fis-sit web tagħha. |
(7) |
il-punt 1 tal-Parti 1 tal-Appendiċi 6 huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. Definizzjoni tal-Immarkar tal-Kustodji tal-Vetturi (VKM) L-Immarkar tal-Kustodji tal-Vetturi (VKM) huwa kodiċi alfabetiku, li jikkonsisti minn tnejn sa ħames ittri (*3). Il-VKM isir fuq kull vettura ferrovjarja, qrib in-Numru Ewropew tal-Vettura. Il-VKM jidentifika l-Kustodju tal-Vettura kif ikun irreġistrat fir-Reġistru Nazzjonali tal-Vetturi. Il-VKM huwa uniku u validu fl-Istati Membri kollha u fil-pajjiżi kollha li jidħlu fi ftehim li jinvolvi l-applikazzjoni tas-sistema tan-numerazzjoni tal-vetturi u tal-VKM kif stabbilit f'din id-Deċiżjoni. (*3) Għall-NMBS/SNCB, l-użu tal-ittra unika B imdawra b'ċirku jista' jitkompla.”" |
(8) |
Il-Parti 4 tal-Appendiċi 6 hija sostitwita b'dan li ġej: “PARTI 4 — IKKODIFIKAR TAL-PAJJIŻI LI FIHOM IL-VETTURI JKUNU RREĠISTRATI (IĊ-ĊIFRI 3-4 U ABBREVJAZZJONI) L-Informazzjoni relatata mal-pajjiżi terzi tingħata għal skopijiet ta' informazzjoni biss.
|
(1) Id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar is-sikurezza ferrovjarja (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 102).
(2) Id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32).
(3) L-Aġenzija għandha, b'koperazzjoni mal-NSAs, tiddefinixxi l-proċedura għar-rikonoxximent ta' utenti leġittimi.
ANNESS II
1. IL-KONTENUT U L-FORMAT TAD-DATA
Il-kontenut u l-format tad-data tar-Reġistru Ewropew tal-Vetturi (“EVR”) għandhom ikunu kif stabbilit fit-tabella li ġejja.
Tabella 1
Parametri tal-EVR
Numru tal-parametru |
Isem tal-parametru |
Deskrizzjoni |
Format |
Obbligatorju/Fakultattiv |
1 |
Identifikazzjoni tal-vettura |
|
|
|
1.1 |
Numru Ewropew tal-Vettura |
Numru Ewropew tal-Vettura. Kodiċi numeriku ta' identifikazzjoni kif definit fl-Appendiċi 6. |
Ara l-Appendiċi 6 (1) |
Obbligatorju |
1.2 |
Numru preċedenti tal-vettura |
Numru preċedenti (jekk ikun applikabbli, għal vettura nnumerata mill-ġdid) |
|
Obbligatorju (meta jkun applikabbli) |
2 |
Stat Membru ta' Reġistrazzjoni |
|
|
|
2.1 |
Stat Membru ta' Reġistrazzjoni |
L-Istat Membru fejn il-vettura tkun ġiet irreġistrata |
Kodiċi b'żewġ ittri (*1) |
Obbligatorju |
3 |
Stati Membri fejn il-vettura hija awtorizzata |
|
|
|
3.1 |
Iż-żona tal-użu li tirriżulta |
Il-kaxxa timtela awtomatikament mis-sistema abbażi tal-valuri tal-parametru 11.4. |
Test |
Il-kaxxa timtela awtomatikament mis-sistema abbażi tal-valuri tal-parametru 11.4. |
4 |
Kundizzjonijiet addizzjonali |
|
|
|
4.1 |
Kundizzjonijiet addizzjonali applikabbli għall-vettura |
Identifikazzjoni ta' ftehimiet bilaterali jew multilaterali applikabbli bħall-RIV, l-RIC, it-TEN, it-TEN-CW, it-TEN-GE, … |
Test |
Obbligatorju (meta jkun applikabbli) |
5 |
Manifattura |
|
|
|
5.1 |
Sena tal-manifattura |
Is-sena li fiha l-vettura ħarġet mill-fabbrika |
SSSS |
Obbligatorja |
5.2 |
Numru tas-serje tal-manifattura |
In-numru tas-serje tal-manifattura kif immarkat fuq il-qafas tal-vettura. |
Test |
Fakultattiv |
5.3 |
Referenza ERATV |
Identifikazzjoni fl-ERATV tat-tip (jew verżjoni jew varjant) awtorizzat(a) (2) ta' vettura li l-vettura tkun konformi miegħu/magħha. |
Kodiċi(jiet) alfanumeriku/ċi |
Obbligatorja (meta disponibbli) |
5.4 |
Serje |
Identifikazzjoni tas-serje li l-vettura tkun parti minnha. |
Test |
Obbligatorju (meta jkun applikabbli) |
6 |
Referenzi għal Dikjarazzjonijiet tal-verifika “KE” (3) |
|
|
|
6.1 |
Data tad-dikjarazzjoni “KE” |
Data tad-dikjarazzjoni tal-verifika “KE” |
Data (SSSSXXJJ) |
Obbligatorja (meta tkun disponibbli) |
6.2 |
Referenza tad-dikjarazzjoni “KE” |
Referenza għad-dikjarazzjoni tal-verifika “KE” |
Għal vetturi eżistenti: test. Għal vetturi ġodda: kodiċi alfanumeriku abbażi tal-EIN, ara l-Appendiċi 2 |
Obbligatorja (meta tkun disponibbli) |
6.3 |
Korp tal-ħruġ tad-Dikjarazzjoni tal-verifika “KE” (l-applikant) |
|
|
|
6.3.1 |
Isem tal-organizzazzjoni |
|
Test |
Obbligatorju (meta jkun disponibbli) |
6.3.2 |
Numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija |
|
Test |
Obbligatorju (meta jkun disponibbli) |
6.3.3 |
Indirizz |
Indirizz tal-organizzazzjoni, it-triq u n-numru |
Test |
Obbligatorju (meta jkun disponibbli) |
6.3.4 |
Belt |
|
Test |
Obbligatorju (meta jkun disponibbli) |
6.3.5 |
Kodiċi tal-pajjiż |
|
Kodiċi b'żewġ ittri (*1) |
Obbligatorju (meta jkun disponibbli) |
6.3.6 |
Kodiċi postali |
|
Kodiċi alfanumeriku |
Obbligatorju (meta jkun disponibbli) |
6.3.7 |
Indirizz tal-posta elettronika |
|
Posta elettronika |
Obbligatorju (meta jkun disponibbli) |
6.3.8 |
Kodiċi tal-organizzazzjoni |
|
Kodiċi alfanumeriku |
Obbligatorju (meta jkun disponibbli) |
7 |
Sid |
Identifikazzjoni tas-sid tal-vettura |
|
|
7.1 |
Isem tal-organizzazzjoni |
|
Test |
Obbligatorju |
7.2 |
Numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija |
|
Test |
Obbligatorju |
7.3 |
Indirizz |
|
Test |
Obbligatorju |
7.4 |
Belt |
|
Test |
Obbligatorju |
7.5 |
Kodiċi tal-pajjiż |
|
Kodiċi b'żewġ ittri (*1) |
Obbligatorju |
7.6 |
Kodiċi postali |
|
Kodiċi alfanumeriku |
Obbligatorju |
7.7 |
Indirizz tal-posta elettronika |
|
Posta elettronika |
Obbligatorju |
7.8 |
Kodiċi tal-organizzazzjoni |
|
Kodiċi alfanumeriku |
Obbligatorju |
8 |
Kustodju |
Identifikazzjoni tal-kustodju tal-vettura |
|
|
8.1 |
Isem tal-organizzazzjoni |
|
Test |
Obbligatorju |
8.2 |
Numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija |
|
Test |
Obbligatorju |
8.3 |
Indirizz |
|
Test |
Obbligatorju |
8.4 |
Belt |
|
Test |
Obbligatorju |
8.5 |
Kodiċi tal-pajjiż |
|
Kodiċi b'żewġ ittri (*1) |
Obbligatorju |
8.6 |
Kodiċi postali |
|
Kodiċi alfanumeriku |
Obbligatorju |
8.7 |
Indirizz tal-posta elettronika |
|
Posta elettronika |
Obbligatorju |
8.8 |
Kodiċi tal-organizzazzjoni |
|
Kodiċi alfanumeriku |
Obbligatorju |
8.9 |
Immarkar tal-Kustodji tal-Vetturi |
|
Kodiċi alfanumeriku |
Obbligatorju |
9 |
Entità responsabbli għall-manutenzjoni |
Referenza għall-entità responsabbli għall-manutenzjoni |
|
|
9.1 |
Isem tal-organizzazzjoni |
|
Test |
Obbligatorju |
9.2 |
Numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija |
|
Test |
Obbligatorju |
9.3 |
Indirizz |
|
Test |
Obbligatorju |
9.4 |
Belt |
|
Test |
Obbligatorju |
9.5 |
Kodiċi tal-pajjiż |
|
Kodiċi b'żewġ ittri (*1) |
Obbligatorju |
9.6 |
Kodiċi postali |
|
Kodiċi alfanumeriku |
Obbligatorju |
9.7 |
Indirizz tal-posta elettronika |
|
Posta elettronika |
Obbligatorju |
9.8 |
Kodiċi tal-organizzazzjoni |
|
Kodiċi alfanumeriku |
Obbligatorju |
10 |
Status tar-reġistrazzjoni |
|
|
|
10.1 |
Status tar-reġistrazzjoni (ara l-Appendiċi 3) |
|
Kodiċi b'żewġ ċifri |
Obbligatorju |
10.2 |
Data tal-istatus tar-reġistrazzjoni |
Data tal-istatus tar-reġistrazzjoni |
Data (SSSSXXJJ) |
Obbligatorja |
10.3 |
Raġuni tal-istatus tar-reġistrazzjoni |
|
Test |
Obbligatorju (meta jkun applikabbli) |
11 |
|
|
|
|
11.1 |
Isem tal-entità tal-awtorizzazzjoni |
Entità (l-Awtorità Nazzjonali għas-Sikurezza jew l-Aġenzija) li awtorizzat it-tqegħid fis-suq |
Test |
Obbligatorju |
11.2 |
Stat Membru tal-entità tal-awtorizzazzjoni |
Stat Membru tal-entità tal-awtorizzazzjoni |
Kodiċi b'żewġ ittri (*1) |
Obbligatorju |
11.3 |
Numru Ewropew tal-identifikazzjoni (EIN) |
Numru tal-awtorizzazzjoni armonizzat għat-tqegħid fis-servizz, iġġenerat mill-entità tal-awtorizzazzjoni |
Numru tal-awtorizzazzjoni. Għal vetturi ġodda: kodiċi alfanumeriku abbażi tal-EIN, ara l-Appendiċi 2. |
Obbligatorju |
11.4 |
Żona tal-użu |
Kif iddikjarat fl-awtorizzazzjoni maħruġa tal-vetturi. |
Test |
Obbligatorju |
11.5 |
Data tal-awtorizzazzjoni |
|
Data (SSSSXXJJ) |
Obbligatorja |
11.6 |
Awtorizzazzjoni valida sa (jekk speċifikat) |
|
Data (SSSSXXJJ) |
Obbligatorja (meta tkun applikabbli) |
11.7 |
Data tas-sospensjoni tal-awtorizzazzjoni |
|
Data (SSSSXXJJ) |
Obbligatorja (meta tkun applikabbli) |
11.8 |
Data tar-revoka tal-awtorizzazzjoni |
|
Data (SSSSXXJJ) |
Obbligatorja (meta tkun applikabbli) |
11.9 |
Kundizzjonijiet għall-użu tal-vettura u restrizzjonijiet oħra dwar kif tista' tintuża l-vettura |
|
|
|
11.9.1 |
Kundizzjonijiet għall-użu u restrizzjonijiet ikkodifikati |
Kundizzjonijiet għall-użu u restrizzjonijiet dwar kif tista' tintuża l-vettura |
Lista ta' kodiċijiet (ara l-Appendiċi 1). |
Obbligatorji (meta jkunu applikabbli) |
11.9.2 |
Kundizzjonijiet għall-użu u restrizzjonijiet mhux ikkodifikati |
Kundizzjonijiet għall-użu u restrizzjonijiet dwar kif tista' tintuża l-vettura |
Test |
Obbligatorju (meta jkun applikabbli) |
12 |
Kaxxi addizzjonali (6) |
|
|
|
2. ARKITETTURA
2.1. L-arkitettura tal-EVR
2.1.1. Il-funzjoni tat-tiftix u tal-konsultazzjoni tad-data (il-funzjoni tad-DSC)
Il-funzjoni tad-DSC għandha tiġi implimentata mill-Aġenzija permezz ta' għodda ċentralizzata bbażata fuq il-web u permezz ta' interfaċċa għall-komunikazzjoni bejn magna u oħra. Il-funzjoni għandha tippermetti t-tiftix u l-konsultazzjoni tad-data fl-EVR wara l-awtentikazzjoni.
Il-funzjoni tad-DSC għandha tipprovdi lill-entitajiet tar-reġistrazzjoni bil-mezzi biex iwettqu l-estrazzjoni tal-valuri tal-parametri fit-tabella 1 tar-reġistrazzjonijiet tal-vetturi li jkunu ġew irrekordjati.
2.1.2. Il-funzjoni tal-ħolqien u tal-amministrazzjoni tal-utenti (il-funzjoni tal-UCA)
Il-funzjoni tal-UCA għandha tiġi implimentata permezz ta' għodda ċentralizzata bbażata fuq il-web stabbilita mill-Aġenzija. Il-funzjoni għandha tippermetti lill-persuni u lill-organizzazzjonijiet jitolbu l-aċċess għad-data tal-EVR u għandha tippermetti lill-entità tar-reġistrazzjoni (“RE”) toħloq l-utenti u tiġġestixxi d-drittijiet ta' aċċess.
2.1.3. Il-funzjoni tal-amministrazzjoni tad-data ta' referenza (il-funzjoni tal-RDA)
Il-funzjoni tal-RDA għandha tiġi implimentata permezz ta' għodda ċentralizzata bbażata fuq il-web stabbilita mill-Aġenzija. Il-funzjoni għandha tippermetti lir-REs u lill-Aġenzija jiġġestixxu d-data ta' referenza komuni.
2.1.4. Il-funzjonijiet tal-applikazzjoni, tar-reġistrazzjoni u tal-ħżin tad-data (il-funzjonijiet tal-ARS)
Il-funzjoni tal-ARS għandha tippermetti lill-kustodji, wara l-awtentikazzjoni, jippreżentaw applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni jew għal aġġornament ta' reġistrazzjoni eżistenti lir-RE magħżula, permezz ta' għodda bbażata fuq il-web li tippreżenta l-formola elettronika armonizzata (ara l-Appendiċi 4). Din il-funzjoni għandha tippermetti wkoll lir-RE tirreġistra d-data tar-reġistrazzjoni. Is-sett ta' reġistrazzjonijiet għal Stat Membru partikolari għandu jissejjaħ ir-reġistru tal-vetturi ta' dak l-Istat Membru.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw il-funzjoni tal-ARS ċentralizzata (C-ARS) ipprovduta mill-Aġenzija jew jistgħu jimplimentaw il-funzjoni tal-ARS awtonomament b'mod deċentralizzat. F'dan il-każ tal-aħħar, l-Istat Membru u l-Aġenzija għandhom jiżguraw il-kompatibbiltà u l-komunikazzjoni bejn il-funzjonijiet tal-ARS deċentralizzati (D-ARS) u l-funzjonijiet ċentralizzati (DSC, UCA u RDA).
Il-funzjoni tal-ARS ċentralizzata għandha tipprovdi r-riżervazzjoni minn qabel u l-ġestjoni tan-numri tal-vetturi. Il-proċess tar-riżervazzjoni minn qabel għandu jippermetti li l-informazzjoni meħtieġa timtela minn qabel fil-formola elettronika mill-applikant jew mill-kustodju.
2.2. Utilizzabbiltà
Il-funzjonijiet tal-EVR għandhom ikunu aċċessibbli għall-utenti bl-iktar brawżers tal-web li jintużaw is-soltu u bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni.
2.3. Disponibbiltà
Bħala regola ġenerali, l-EVR għandu jkun disponibbli b'mod permanenti, b'mira ta' disponibbiltà tas-sistema ta' 98 %.
Madankollu, fil-każ li jkun hemm ħsara barra l-ħinijiet tax-xogħol — mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-07.00 sat-20.00, Ħin tal-Ewropa Ċentrali — ix-xogħol biex is-servizz jerġa' jkun operattiv għandu jsir fil-jum tax-xogħol ta' wara li jkun hemm il-ħsara. In-nuqqas ta' disponibbiltà tas-sistema għandu jkun minimu matul il-manutenzjoni.
2.4. Livell ta' servizz
Matul il-ħinijiet tax-xogħol għandu jiġi pprovdut appoġġ lill-utenti, permezz ta' Punt ta' Kuntatt għall-Għajnuna fir-rigward ta' kwistjonijiet marbuta mal-użu tas-sistema, u lir-REs fir-rigward tal-funzjonament tas-sistema.
L-Aġenzija għandha tipprovdi ambjent tal-ittestjar għall-EVR.
2.5. Kontroll tat-tibdil
L-Aġenzija għandha tistabbilixxi proċess ta' ġestjoni tal-kontroll tat-tibdil għall-EVR.
2.6. Integrità tad-data
L-EVR għandu jiżgura integrità xierqa tad-data.
2.7. Kontroll minn qabel
Is-sistema tal-EVR għandha tipprovdi kontrolli awtomatiċi tad-data li tiddaħħal fil-formola elettronika, inklużi kontrolli fir-rigward tar-reġistrazzjonijiet tal-vetturi fl-EVR, kontroll tal-kompletezza u kontroll tal-format tad-data li tiddaħħal.
2.8. Faċilitazzjoni tal-użu fl-Unjoni ta' vetturi rreġistrati f'pajjiżi terzi
L-Aġenzija tista' timplimenta l-funzjoni tad-DSC biex tippermetti lill-entitajiet rilevanti fil-pajjiżi terzi jkollhom aċċess għal data xierqa tal-EVR meta ftehim internazzjonali li l-Unjoni Ewropea tkun parti kontraenti għalih ikun jipprevedi dan.
L-Aġenzija tista' tippermetti l-użu tal-funzjonijiet tal-EVR mill-entitajiet fil-pajjiżi terzi meta ftehim internazzjonali li l-Unjoni Ewropea tkun parti kontraenti għalih ikun jipprevedi dan.
3. MODALITÀ TAT-TĦADDIM
3.1. Użu tal-EVR
L-EVR jista' jintuża għal skopijiet bħal:
— |
il-kontroll jekk vettura tkunx irreġistrata kif suppost u x'inhu l-istatus tar-reġistrazzjoni; |
— |
l-irkupru ta' informazzjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq, inklużi l-entità tal-awtorizzazzjoni, iż-żona tal-użu, il-kundizzjonijiet għall-użu u restrizzjonijiet oħra; |
— |
l-irkupru tar-referenza għat-tip awtorizzat tal-vettura li l-vettura tikkonforma miegħu; |
— |
l-identifikazzjoni tal-kustodju, tas-sid jew tal-entità responsabbli għall-manutenzjoni. |
3.2. Reġistrazzjoni tal-vetturi
3.2.1. Regoli ġenerali
1. |
Vettura, wara l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u qabel ma titħaddem, għandha tiġi rreġistrata fl-EVR fuq talba tal-kustodju. Il-kustodju għandu jimla l-formola elettronika u jippreżenta l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni lil Stat Membru wieħed tal-għażla tiegħu fiż-żona tal-użu. Fuq talba tal-applikant jew tal-kustodju, l-Istat Membru magħżul għar-reġistrazzjoni tal-vettura għandu joffri proċeduri għar-riżervazzjoni minn qabel ta' numru tal-vettura jew ta' firxa ta' numri tal-vetturi. |
2. |
Għal vettura partikolari, tista' teżisti biss reġistrazzjoni valida waħda fl-EVR. Vettura mingħajr reġistrazzjoni valida ma tistax titħaddem. |
3. |
Malli ssir ir-reġistrazzjoni, il-vettura tiġi assenjata numru Ewropew tal-vettura (EVN) mir-RE fl-Istat Membru tar-reġistrazzjoni. L-EVN għandu jikkonforma mar-regoli stabbiliti fl-Appendiċi 6. F'każ li l-applikant jew il-kustodju — fuq talba tagħhom — jirċievu numru tal-vettura rriżervat minn qabel, dak in-numru tal-vettura għandu jintuża għall-ewwel reġistrazzjoni. |
4. |
L-EVN jista' jitbiddel fil-każijiet speċifikati fil-punti 3.2.2.8 u 3.2.2.9. |
5. |
Fil-każ ta' vetturi li jidħlu fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni minn pajjiżi terzi u li jkunu rreġistrati f'reġistru tal-vetturi li ma jkunx konformi ma' dan l-Anness jew li jkunx konness mal-EVR, il-kustodju għandu jippreżenta l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni lill-ewwel Stat Membru fejn ikun maħsub li l-vettura titħaddem fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni. |
6. |
Il-vetturi ferrovjarji li jitqiegħdu fis-servizz għall-ewwel darba f'pajjiż terz u li jkunu maħsuba biex jintużaw fl-Unjoni bħala parti mill-flotta ta' vaguni tas-sistema ferrovjarja komuni ta' 1 520 mm, ma għandhomx jiġu rreġistrati fl-EVR. Madankollu, skont l-Artikolu 47(7) tad-Direttiva (UE) 2016/797, għandu jkun possibbli li tiġi rkuprata l-informazzjoni dwar il-kustodju tal-vettura kkonċernata, dwar l-entità responsabbli għall-manutenzjoni tagħha u dwar ir-restrizzjonijiet fuq kif il-vettura tista' tintuża. |
7. |
Meta ftehim internazzjonali li l-Unjoni Ewropea tkun parti kontraenti għalih ikun jipprevedi dan, fil-każ ta' vetturi li jidħlu fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni minn pajjiżi terzi u li jkunu rreġistrati f'reġistru tal-vetturi konness mal-EVR (permezz tal-funzjoni tad-DSC), b'konformità ma' dan l-Anness, dawn għandhom jiġu rreġistrati biss f'dak ir-reġistru tal-vetturi. |
8. |
Għal kull vettura, l-EVR għandu jkun fih ir-referenzi tal-awtorizzazzjonijiet kollha li ngħataw lill-vettura u tal-pajjiżi kollha li mhumiex Stati Membri li fihom il-vettura tiġi ammessa fit-traffiku internazzjonali skont l-Appendiċi G tal-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija, u l-kundizzjonijiet korrispondenti għall-użu u restrizzjonijiet oħra. |
9. |
Ir-RE għandha tieħu passi raġonevoli biex tiżgura mill-akkuratezza tad-data rreġistrata fl-EVR. Għal dan l-għan, ir-RE tista' titlob informazzjoni mingħand RE oħrajn, partikolarment meta l-kustodju li jkun qed japplika għal reġistrazzjoni jkun stabbilit fi Stat Membru ieħor. Ir-RE tista' tiddeċiedi li tissospendi r-reġistrazzjoni ta' vettura f'każijiet li jkunu ġġustifikati debitament. |
10. |
Jekk l-NSA jew l-Aġenzija jikkunsidraw li hemm każ iġġustifikat għal sospensjoni ta' reġistrazzjoni ta' vettura skont l-Artikolu 54 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/545 (7), dawn għandhom jitolbu lill-entità tar-reġistrazzjoni biex tissospendiha. L-entità tar-reġistrazzjoni għandha tissospendi r-reġistrazzjoni mingħajr dewmien kif issir tali talba. |
11. |
Il-kustodju għandu jippreżenta l-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni permezz tal-formola elettronika bbażata fuq il-web lir-RE kompetenti. Il-formola bbażata fuq il-web u d-dashboard għandhom ikunu disponibbli bħala parti mill-funzjoni tal-ARS u għandhom ikunu aċċessibbli wara l-awtentikazzjoni. |
12. |
L-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni jistgħu jikkonċernaw vettura waħda jew lista ta' vetturi. |
13. |
F'xi każijiet ta' reġistrazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li d-dokumenti ta' prova jiġu mehmuża b'mod elettroniku mal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni; għal dak l-għan, ir-RE għandha tippubblika l-lista ta' dokumenti ta' prova meħtieġa f'kull każ ta' reġistrazzjoni. |
14. |
Minbarra d-data msemmija fit-Tabella 1, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu kaxxi addizzjonali li jridu jiġu pprovduti fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni; għal dak l-għan, ir-RE għandha tippubblika l-lista ta' tali kaxxi. |
15. |
L-EVR għandu jipprovdi lill-kustodju u lir-RE bil-possibbiltà li jirrieżaminaw fis-sistema l-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni u d-data mehmuża relatata tagħhom, u għandu jipprovdi l-irrekordjar tar-reġistrazzjonijiet u t-tibdil fir-reġistrazzjonijiet bl-informazzjoni relatata ma' dan it-tibdil. |
16. |
Ir-RE għandha tirreġistra d-data fl-EVR fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta tirċievi applikazzjoni kompluta. Ir-RE għandha, qabel ma tiskadi dik l-iskadenza, jew tirreġistra l-vettura jew inkella titlob korrezzjoni/kjarifika. |
17. |
Il-kustodju għandu jkun jista' jirrieżamina l-progress tal-applikazzjonijiet tiegħu permezz ta' dashboard ibbażat fuq il-web. |
18. |
L-EVR għandu jinnotifika lill-kustodju u lir-RE bi kwalunkwe tibdil fl-istatus tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni. |
3.2.2. Każijiet ta' reġistrazzjoni
Il-każijiet ta' reġistrazzjoni huma speċifikati hawn taħt. Jekk ikun applikabbli, każijiet ta' reġistrazzjoni differenti jistgħu jiġu amalgamati f'applikazzjoni waħda għal reġistrazzjoni ta' vettura.
3.2.2.1.
Il-kaxxi obbligatorji kollha elenkati fit-Tabella 1 għandha jimtlew, flimkien ma' kwalunkwe kaxxa addizzjonali meħtieġa mill-Istat Membru skont il-punt 3.2.1.14.
L-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati mill-kustodju lir-RE ta' Stat Membru fiż-żona tal-użu tal-vettura fejn tkun qed tintalab ir-reġistrazzjoni.
Għall-vetturi li jidħlu fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni minn pajjiżi terzi skont il-punt 3.2.1.5, l-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati lir-RE tal-ewwel Stat Membru fejn ikun maħsub li l-vettura titħaddem. F'dak il-każ, l-applikazzjoni għandha tinkludi minn tal-inqas l-informazzjoni dwar l-identifikazzjoni tal-kustodju, l-entità responsabbli għall-manutenzjoni u r-restrizzjonijiet dwar kif tista' tintuża l-vettura.
3.2.2.2.
L-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati mill-kustodju lir-RE tal-Istat Membru fejn tkun irreġistrata l-vettura. Għandhom jimtlew biss il-parametri fit-Tabella 1 li jridu jiġu aġġornati.
3.2.2.3.
Jekk il-kustodju ta' vettura jinbidel, hija r-responsabbiltà tal-kustodju rreġistrat attwalment li jinforma lir-RE fi żmien xieraq, sabiex din tal-aħħar tkun tista' taġġorna l-EVR. Il-kustodju preċedenti għandu jitneħħa mir-reġistrazzjoni tal-EVR u għandhom jitneħħewlu r-responsabbiltajiet tiegħu biss meta l-kustodju l-ġdid ikun irrikonoxxa l-aċċettazzjoni tal-istatus ta' kustodju. Jekk fid-data ta' dereġistrazzjoni tal-kustodju rreġistrat attwalment, l-ebda kustodju ġdid ma jkun aċċetta l-istatus ta' kustodju, ir-reġistrazzjoni tal-vettura għandha tiġi sospiża.
3.2.2.4.
Meta tinbidel l-ECM ta' vettura, il-kustodju għandu jinforma lir-RE fi żmien xieraq, sabiex din tal-aħħar tkun tista' taġġorna l-EVR. L-ECM preċedenti għandha tgħaddi d-dokumentazzjoni tal-manutenzjoni lill-kustodju jew lill-ECM il-ġdida. L-ECM preċedenti jitneħħewlha r-responsabbiltajiet tagħha meta din titneħħa mir-reġistrazzjoni tal-EVR. Jekk fid-data ta' dereġistrazzjoni tal-ECM preċedenti l-ebda entità ġdida ma tkun irrikonoxxiet l-aċċettazzjoni tagħha tal-istatus ta' ECM, ir-reġistrazzjoni tal-vettura tiġi sospiża.
3.2.2.5.
Meta jinbidel is-sid tal-vettura, il-kustodju għandu jinforma lir-RE fi żmien xieraq, sabiex din tal-aħħar tkun tista' taġġorna l-EVR.
3.2.2.6.
L-istatus il-ġdid (8) u r-raġuni għall-istatus għandhom jimtlew. Id-data tal-istatus għandha timtela awtomatikament mill-EVR.
Vettura li r-reġistrazzjoni tagħha tkun ġiet sospiża ma tistax titħaddem fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni.
Attivazzjoni mill-ġdid ta' reġistrazzjoni wara sospensjoni tirrikjedi l-eżami mill-ġdid mir-RE tal-kundizzjonijiet li kkawżaw is-sospensjoni, u jekk ikun applikabbli, b'koordinazzjoni mal-NSA li tkun talbet is-sospensjoni.
3.2.2.7.
L-istatus il-ġdid (8) u r-raġuni għall-istatus għandhom jimtlew. Id-data tal-istatus timtela awtomatikament mis-sistema.
Vettura li r-reġistrazzjoni tagħha tkun ġiet irtirata ma tistax titħaddem fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni b'tali reġistrazzjoni.
3.2.2.8.
L-EVN għandu jitbiddel meta ma jirriflettix il-kapaċità tal-interoperabbiltà jew il-karatteristiki tekniċi skont l-Appendiċi 6 minħabba modifiki tekniċi fil-vettura. Tali modifiki tekniċi jistgħu jirrikjedu awtorizzazzjoni ġdida għat-tqegħid fis-suq u, fejn ikun xieraq, awtorizzazzjoni ġdida għat-tip ta' vettura, skont l-Artikoli 21 u 24 tad-Direttiva (UE) 2016/797. Il-kustodju għandu jinforma lir-RE tal-Istat Membru fejn tkun irreġistrata l-vettura b'dak it-tibdil u, jekk ikun applikabbli, bl-awtorizzazzjoni l-ġdida għat-tqegħid fis-suq. Dik ir-RE għandha tassenja EVN ġdid lill-vettura.
It-tibdil tal-EVN jikkonsisti minn reġistrazzjoni ġdida tal-vettura u rtirar sussegwenti tar-reġistrazzjoni l-qadima.
3.2.2.9.
L-EVN jista' jitbiddel fuq talba tal-kustodju permezz ta' reġistrazzjoni ġdida tal-vettura minn Stat Membru differenti fiż-żona tal-użu u permezz tal-irtirar sussegwenti tar-reġistrazzjoni l-qadima.
3.2.3. Notifika awtomatika tat-tibdil
Wara t-tibdil ta' punt wieħed jew iktar fir-reġistrazzjoni, is-sistema tal-IT tal-EVR għandha tibgħat notifika awtomatika bil-posta elettronika lill-kustodju u lill-NSAs ikkonċernati għaż-żona tal-użu tal-vettura, li tinfurmahom dwar it-tibdil, meta jkunu nkitbu biex jirċievu tali notifiki.
Wara t-tibdil ta' kustodju jew ta' sid jew ta' ECM, is-sistema tal-IT tal-EVR għandha tibgħat notifika awtomatika bil-posta elettronika lill-kustodju preċedenti u lill-kustodju l-ġdid jew lis-sid preċedenti u lis-sid il-ġdid jew lill-ECM preċedenti u lill-ECM il-ġdida, rispettivament.
Kustodju jew sid jew ECM jew korp li joħroġ dikjarazzjoni “KE” jistgħu jagħżlu li jkunu inklużi biex jirċievu notifiki awtomatiċi bil-posta elettronika li jinfurmawhom dwar it-tibdil fir-reġistrazzjonijiet li huma identifikati fihom.
3.2.4. Rekords storiċi
Id-data kollha fl-EVR għandha tinżamm għal 10 snin mid-data tal-irtirar ta' reġistrazzjoni ta' vettura. Minn tal-inqas, id-data għandha tkun disponibbli onlajn għall-ewwel tliet snin. Wara tliet snin, id-data tista' tiġi arkivjata. Jekk fi kwalunkwe żmien matul il-perjodu ta' 10 snin, tinbeda investigazzjoni li tinvolvi vettura jew vetturi, id-data marbuta ma' dawk il-vetturi għandha tinżamm anke wara l-perjodu ta' 10 snin jekk dan ikun meħtieġ mill-korpi investigattivi msemmija fl-Artikolu 22 tad-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) jew mill-ġurisdizzjonijiet nazzjonali.
Wara l-irtirar ta' reġistrazzjoni ta' vettura, l-ebda wieħed min-numri tar-reġistrazzjoni assenjati lill-vettura ma għandu jiġi assenjat lil xi vettura oħra għal 100 sena mid-data meta tiġi rtirata r-reġistrazzjoni tal-vettura.
Għandu jinżamm rekord ta' kwalunkwe tibdil fid-data fl-EVR.
3.3. Ġestjoni tal-utenti
3.3.1. Talba tal-utent
Kwalunkwe persuna jew organizzazzjoni għandha tkun tista' titlob aċċess għall-EVR permezz ta' formola bbażata fuq il-web (parti mill-funzjoni ċentralizzata tal-UCA) mir-RE kompetenti fejn tinsab il-persuna jew l-organizzazzjoni.
Ir-RE għandha tivvaluta t-talba u, jekk ikun xieraq, toħloq kont tal-utent għal min jagħmel it-talba u tassenja d-drittijiet xierqa ta' aċċess skont il-punti 3.3.2 u 3.3.3.
3.3.2. Drittijiet ta' aċċess
Id-drittijiet ta' aċċess għad-data tal-EVR huma elenkati fit-tabella ta' hawn taħt:
Tabella 2
Entità |
Drittijiet ta' qari |
Drittijiet ta' aġġornament |
Ir-RE tal-Istat Membru “XX” |
Id-data kollha |
Id-data kollha fir-reġistru tal-vetturi tal-Istat Membru “XX” |
NSA |
Id-data kollha |
L-ebda |
Aġenzija |
Id-data kollha |
L-ebda |
Kustodju |
Id-data kollha dwar il-vetturi li huwa kustodju tagħhom |
L-ebda |
ECM |
Id-data kollha, għajr ir-referenzi tas-sid, dwar il-vetturi li għalihom huwa ECM |
L-ebda |
Sid |
Id-data kollha dwar il-vetturi li huwa sid tagħhom |
L-ebda |
Impriża ferrovjarja |
Id-data kollha, għajr ir-referenzi tas-sid, abbażi ta' numru wieħed jew iktar tal-vetturi |
L-ebda |
Amministratur tal-infrastruttura |
Id-data kollha, għajr ir-referenzi tas-sid, abbażi ta' numru wieħed jew iktar tal-vetturi |
L-ebda |
Il-korp investigattiv imsemmi fl-Artikolu 22 tad-Direttiva (UE) 2016/798 u l-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) |
Id-data kollha dwar il-vetturi li qed jiġu kkontrollati jew ivverifikati |
L-ebda |
Korp tal-ħruġ tad-dikjarazzjoni tal-verifika “KE” (l-applikant) |
Id-data kollha dwar il-vetturi li għalihom huwa l-korp tal-ħruġ tad-dikjarazzjoni tal-verifika “KE” (l-applikant), għajr ir-referenzi tas-sid |
L-ebda |
Utent leġittimu ieħor rikonoxxut mill-NSA jew mill-Aġenzija (11) |
Irid jiġi definit kif xieraq, durata possibbilment limitata, għajr ir-referenzi tas-sid |
L-ebda |
Id-drittijiet tal-aċċess għad-data tal-EVR jistgħu jiġu estiżi għall-entitajiet rilevanti ta' pajjiż terz jew għal organizzazzjoni intergovernattiva rilevanti meta ftehim internazzjonali li l-Unjoni Ewropea tkun parti kontraenti għalih ikun jipprevedi dan.
3.3.3. Drittijiet oħra
Il-kustodji għandhom ikunu jistgħu jippreżentaw l-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni.
Kull organizzazzjoni għandha tkun tista' tippreżenta xi tibdil fid-data tagħha stess miżmuma fid-data ta' referenza (ara t-Taqsima 3.4).
3.3.4. Sigurtà
L-awtentikazzjoni tal-utenti għandha ssir permezz ta' username u password. Fil-każ tal-kustodji (l-applikanti għal reġistrazzjoni tal-vetturi) u tar-REs, l-awtentikazzjoni għandha tipprovdi l-livell ta' assigurazzjoni “sostanzjali” msemmi fil-punt 2.2.1 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1502 (12).
3.3.5. Protezzjoni tad-data
Il-ġestjoni tad-data fl-EVR għandha ssir skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) u skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.
3.4. Data ta' referenza
Sabiex tiġi ggarantita l-armonizzazzjoni tal-input tad-data fil-proċess tar-reġistrazzjoni, l-EVR għandu juża d-data ta' referenza. Id-data ta' referenza tal-EVR għall-parametri fit-Tabella 1 għandha tkun disponibbli għall-kustodji fil-formola elettronika armonizzata permezz tal-funzjoni tal-ARS.
3.4.1. Aġġornament tad-data ta' referenza
L-Aġenzija għandha żżomm id-data ta' referenza aġġornata u disponibbli f'għodda ċentrali (parti mill-funzjoni tal-RDA) b'kollaborazzjoni mar-REs.
Kwalunkwe organizzazzjoni li jkun inżamm rekord tagħha fid-data ta' referenza għandha tkun tista' tippreżenta t-tibdil fid-data tagħha permezz ta' interfaċċa bbażata fuq il-web.
Wara applikazzjoni għal reġistrazzjoni, ir-RE għandha tiżgura li jinżamm rekord tad-data tal-organizzazzjoni fid-data ta' referenza b'allokazzjoni ta' kodiċi tal-organizzazzjoni mill-Aġenzija jew, jekk diġà jkun inżamm rekord tagħha, għandha tiżgura li d-data ta' referenza tiġi aġġornata bid-data l-ġdida ppreżentata mill-kustodju.
3.4.2. Kodiċijiet tal-organizzazzjonijiet
3.4.2.1.
Kodiċi tal-organizzazzjoni huwa identifikatur uniku, li jikkonsisti minn erba' karattri alfanumeriċi li għandhom jiġu assenjati mill-Aġenzija lil organizzazzjoni waħda.
3.4.2.2.
Għal kull wieħed mill-erba' karattri alfanumeriċi, jistgħu jintużaw kwalunkwe ittra mis-26 ittra tal-alfabett ISO 8859-1 jew kwalunkwe numru minn żero sa disgħa. L-ittri jinkitbu b'ittri kapitali.
3.4.2.3.
Kwalunkwe organizzazzjoni li taċċessa l-EVR jew tiġi identifikata fih għandha tiġi assenjata kodiċi tal-organizzazzjoni.
L-Aġenzija għandha tippubblika l-proċedura għall-ħolqien u għall-allokazzjoni tal-kodiċijiet tal-organizzazzjonijiet u żżommha aġġornata.
Firxa ta' kodiċijiet li jridu jiġu allokati biss lil kumpaniji fl-ambitu tat-TAP u tat-TAF TSI għandhom jiġu speċifikati fil-Linji Gwida tal-EVR.
3.4.2.4.
L-Aġenzija għandha tara li l-lista ta' kodiċijiet tal-organizzazzjonijiet tkun disponibbli pubblikament fis-sit web tagħha.
4. VETTURI EŻISTENTI
4.1. Numru tal-vettura
1. |
Il-vetturi li diġà jkollhom numru bi 12-il ċifra għandhom iżommu n-numru attwali tagħhom. In-numru bi 12-il ċifra għandu jiġi rreġistrat kif inhu mingħajr l-ebda modifika. |
2. |
Għall-vetturi mingħajr numru bi 12-il ċifra (14), għandu jiġi allokat numru bi 12-il ċifra (skont l-Appendiċi 6) fl-EVR. Is-sistema tal-IT tal-EVR għandha tikkollega dan l-EVN man-numru tal-vettura attwali. Għall-vetturi li jintużaw fit-traffiku internazzjonali, għajr dawk irriżervati għal użu storiku, in-numru bi 12-il ċifra jitwaħħal fiżikament mal-vettura stess fi żmien perjodu ta' sitt snin wara l-allokazzjoni fl-EVR. Għall-vetturi li jintużaw fit-traffiku domestiku u għal dawk irriżervati għal użu storiku, it-twaħħil fiżiku tan-numru bi 12-il ċifra huwa volontarju. |
4.2. Proċedura għall-migrazzjoni mir-reġistri nazzjonali tal-vetturi (NVRs) għall-EVR
L-entità li qabel kienet responsabbli għar-reġistrazzjoni tal-vettura għandha tara li l-informazzjoni kollha tkun disponibbli għar-RE tal-pajjiż fejn tkun tinsab.
Il-vetturi eżistenti għandhom jiġu rreġistrati biss minn wieħed mill-Istati Membri li ġejjin:
— |
l-Istat Membru fejn ikunu ġew awtorizzati l-ewwel darba għat-tqegħid fis-servizz skont l-Artikoli 21 sa 26 tad-Direttiva 2008/57/KE; |
— |
l-Istat Membru fejn ikunu ġew irreġistrati wara li jkunu ġew awtorizzati skont l-Artikoli 21 sa 25 tad-Direttiva (UE) 2016/797; |
— |
fil-każ ta' reġistrazzjonijiet ittrasferiti fl-NVR ta' Stat Membru ieħor, minn tali Stat Membru. |
4.3. Sistemi eżistenti
L-NVR standard, il-magna tat-traduzzjoni u s-sistemi tar-Reġistru Virtwali tal-Vetturi msemmija fid-Deċiżjoni 2007/756/KE ma għandhomx jitkomplew.
5. LINJI GWIDA
Sabiex jiġu ffaċilitati l-implimentazzjoni u l-użu ta' dan l-Anness, l-Aġenzija għandha tippubblika linji gwida u żżommhom aġġornati.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jippubblikaw linji gwida u jżommuhom aġġornati, b'mod partikolari billi jiddeskrivu l-politika tagħhom dwar il-lingwi inkluż permezz ta' dispożizzjonijiet dwar il-komunikazzjoni.
(*1) Il-kodiċijiet huma dawk ippubblikati uffiċjalment u aġġornati fis-sit web tal-Unjoni fil-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali. Fil-każ tal-awtorità multinazzjonali tas-sikurezza, Channel Tunnel Intergovernmental Commission, għandu jintuża l-kodiċi tal-pajjiż CT. Fil-każ tal-Aġenzija, għandu jintuża l-kodiċi tal-pajjiż UE.
(1) Il-vetturi ferrovjarji mqiegħda fis-servizz għall-ewwel darba fl-Estonja, fil-Latvja jew fil-Litwanja maħsuba għall-użu 'l barra mill-Unjoni Ewropea bħala parti mill-flotta ta' vaguni tas-sistema ferrovjarja komuni ta' 1 520 mm, għandhom jiġu rreġistrati kemm fl-EVR kif ukoll fil-Bażi tad-Data tal-Informazzjoni tal-Kunsill għat-Trasport Ferrovjarju tal-Commonwealth ta' Stati Indipendenti. F'dan il-każ, is-sistema ta' numerazzjoni bi tmien ċifri tista' tiġi applikata minflok is-sistema ta' numerazzjoni speċifikata fl-Appendiċi 6.
(2) Għal tipi ta' vetturi awtorizzati skont l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1) u l-Artikolu 24 tad-Direttiva (UE) 2016/797.
(3) Irid ikun possibbli li jiġu speċifikati r-referenzi għad-Dikjarazzjoni tal-verifika “KE” tas-subsistema tal-vetturi ferrovjarji u tas-subsistema tas-CCS
(4) Irid ikun possibbli li tiġi speċifikata d-data għall-awtorizzazzjonijiet kollha mogħtija lill-vettura.
(5) L-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq mogħtija skont il-Kapitolu V tad-Direttiva (UE) 2016/797 jew l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz mogħtija skont il-Kapitolu V tad-Direttiva 2008/57/KE jew skont ir-reġimi ta' awtorizzazzjoni eżistenti qabel it-traspożizzjoni tad-Direttiva 2008/57/KE.
(6) Fejn ikun xieraq, kaxxi addizzjonali kif imsemmi fil-punt 3.2.1.14.
(7) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/545 tal-4 ta' April 2018 li jistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi għall-awtorizzazzjoni ta' vetturi ferrovjarji u għall-proċess tal-awtorizzazzjoni tat-tip ta' vetturi ferrovjarji skont id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 90, 6.4.2018, p. 66).
(8) Kif stabbilit fl-Appendiċi 3.
(9) Id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar is-sikurezza ferrovjarja (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 102).
(10) Id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32).
(11) L-Aġenzija għandha, b'koperazzjoni mal-NSAs, tiddefinixxi l-proċedura għar-rikonoxximent ta' utenti leġittimi.
(12) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1502 tat-8 ta' Settembru 2015 li jistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi u proċeduri minimi għal-livelli ta' assigurazzjoni għall-mezzi ta' identifikazzjoni elettronika skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern (ĠU L 235, 9.9.2015, p. 7).
(13) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(14) Mingħajr preġudizzju għan-nota (1) f'qiegħ il-paġna tat-Tabella 1.
APPENDIĊI 1
IKKODIFIKAR TAR-RESTRIZZJONIJIET
1. PRINĊIPJI
Ir-restrizzjonijiet imsemmija fl-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandhom jiġu assenjati kodiċi armonizzat jew kodiċi nazzjonali.
2. STRUTTURA
Kull kodiċi huwa kombinazzjoni ta':
— |
kategorija ta' restrizzjoni, |
— |
tip ta' restrizzjoni, |
— |
valur jew speċifikazzjoni, |
magħqudin flimkien b'tikka (.):
[Kategorija].[Tip].[Valur jew speċifikazzjoni].
3. KODIĊIJIET TA' RESTRIZZJONI
1. |
Il-kodiċijiet ta' restrizzjoni armonizzati għandhom ikunu applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Il-lista tal-kodiċijiet ta' restrizzjoni armonizzati għas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni għandha tinżamm aġġornata mill-Aġenzija u għandha tiġi ppubblikata fis-sit web tagħha. Jekk NSA tqis li jeħtieġ li jiżdied kodiċi ġdid fil-lista ta' kodiċijiet ta' restrizzjoni armonizzati, din għandha titlob lill-Aġenzija tevalwa l-inklużjoni ta' dak il-kodiċi l-ġdid. Fejn ikun xieraq, l-Aġenzija għandha tevalwa t-talba, b'konsultazzjoni ma' NSAs oħra. Fejn ikun xieraq, l-Awtorità għandha tinkludi kodiċi ta' restrizzjoni ġdid fil-lista. |
2. |
L-Aġenzija għandha żżomm il-lista tal-kodiċijiet ta' restrizzjoni nazzjonali aġġornata. L-użu tal-kodiċijiet ta' restrizzjoni nazzjonali għandu jkun limitat għal dawk ir-restrizzjonijiet li jirriflettu karatteristiki partikolari tas-sistema ferrovjarja eżistenti ta' Stat Membru u li x'aktarx ma jiġux applikati bl-istess tifsira fi Stati Membri oħra.
Għal tipi ta' restrizzjonijiet li mhumiex indikati fil-lista msemmija fil-punt 1, l-NSA għandha titlob lill-Aġenzija tinkludi kodiċi ġdid fil-lista ta' kodiċijiet ta' restrizzjoni nazzjonali. Fejn ikun xieraq, l-Aġenzija għandha tevalwa t-talba, b'konsultazzjoni ma' NSAs oħra. Jekk ikun xieraq, l-Awtorità għandha tinkludi kodiċi ta' restrizzjoni ġdid fil-lista. |
3. |
Il-kodiċi ta' restrizzjoni għall-awtoritajiet multinazzjonali għas-sikurezza għandu jiġi trattat bħala kodiċi ta' restrizzjoni nazzjonali. |
4. |
L-użu ta' restrizzjonijiet mhux ikkodifikati għandu jkun limitat għal dawk ir-restrizzjonijiet li minħabba n-natura partikolari tagħhom, x'aktarx ma jiġux applikati għal diversi tipi ta' vetturi.
L-Aġenzija għandha żżomm lista unika ta' kodiċijiet ta' restrizzjoni għall-EVR, ir-Reġistru Ewropew ta' Tipi ta' Vetturi Awtorizzati msemmi fl-Artikolu 48 tad-Direttiva (UE) 2016/797, il-punt uniku ta' servizz u l-Bażi tad-Data tal-Interoperabbiltà u tas-Sikurezza tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea. |
5. |
Fejn ikun rilevanti, l-Aġenzija tista' tikkoordina l-proċess ta' armonizzazzjoni tal-kodiċijiet ta' restrizzjoni ma' organizzazzjoni intergovernattiva rilevanti meta ftehim internazzjonali li l-Unjoni Ewropea tkun parti kontraenti għalih ikun jipprevedi dan. |
APPENDIĊI 2
STRUTTURA U KONTENUT TAN-NUMRU EWROPEW TA' IDENTIFIKAZZJONI
L-Aġenzija għandha tistabbilixxi l-istruttura u l-kontenut tan-numru Ewropew ta' identifikazzjoni (EIN), inkluża l-kodifikazzjoni tat-tipi ta' dokumenti kkonċernati, f'dokument tekniku u għandha tippubblika dan id-dokument tekniku fis-sit web tagħha.
APPENDIĊI 3
IKKODIFIKAR TAL-ISTATUS TAR-REĠISTRAZZJONI
Kodiċi |
Status tar-reġistrazzjoni (1) |
Raġuni tal-istatus tar-reġistrazzjoni |
Deskrizzjoni |
00 |
Valida |
Mhux applikabbli |
Il-vettura jkollha reġistrazzjoni valida. |
10 |
Sospiża |
Mhux applikabbli |
Ir-reġistrazzjoni tal-vettura tiġi sospiża fuq talba tal-kustodju jew permezz ta' deċiżjoni tal-NSA tal-Istat Membru ta' reġistrazzjoni jew tar-RE. Il-kodiċi ma jridx jintuża iktar. |
11 |
Sospiża |
Mhux applikabbli |
Ir-reġistrazzjoni tal-vettura tiġi sospiża fuq talba tal-kustodju. Il-vettura tkun destinata biex tinżamm f'maħżen waqt li tkun għadha taħdem bħala riżerva mhux attiva jew strateġika. |
12 |
Sospiża |
Trid tiġi speċifikata mill-kustodju u jinżamm rekord fil-parametru 10.3. |
Ir-reġistrazzjoni tal-vettura tiġi sospiża fuq talba tal-kustodju. Raġuni oħra. |
13 |
Sospiża |
Trid tiġi speċifikata mill-NSA tal-Istat Membru ta' reġistrazzjoni u jinżamm rekord fil-parametru 10.3. |
Ir-reġistrazzjoni tal-vettura tiġi sospiża fuq talba tal-NSA tal-Istat Membru ta' reġistrazzjoni. |
14 |
Sospiża |
Trid tiġi speċifikata mir-RE u jinżamm rekord fil-parametru 10.3. |
Ir-reġistrazzjoni tal-vettura tiġi sospiża permezz ta' deċiżjoni tar-RE. |
20 |
Irtirata |
Mhux applikabbli |
Ir-reġistrazzjoni tal-vettura tiġi rtirata fuq talba tal-kustodju. Ikun magħruf li l-vettura tkun ġiet irreġistrata mill-ġdid b'numru differenti, sabiex tkompli tintuża fis-sistema ferrovjarja (kollha jew parti minnha) tal-Unjoni. Il-kodiċi ma jridx jintuża iktar. |
21 |
Irtirata |
Mhux applikabbli |
Ir-reġistrazzjoni tal-vettura tiġi rtirata fuq talba tal-kustodju. Ikun magħruf li l-vettura tkun ġiet irreġistrata mill-ġdid b'EVN differenti minħabba modifiki tekniċi fil-vettura. Ara l-punt 3.2.2.8. |
22 |
Irtirata |
Mhux applikabbli |
Ir-reġistrazzjoni tal-vettura tiġi rtirata fuq talba tal-kustodju. Ikun magħruf li l-vettura tkun ġiet irreġistrata mill-ġdid b'EVN differenti u minn Stat Membru differenti fiż-żona tal-użu. Ara l-punt 3.2.2.9. |
30 |
Irtirata |
Trid tiġi speċifikata mill-kustodju u jinżamm rekord fil-parametru 10.3. |
Ir-reġistrazzjoni tal-vettura tiġi rtirata fuq talba tal-kustodju. Ir-reġistrazzjoni tal-vettura biex taħdem fuq in-netwerk ferrovjarju tal-Unjoni ntemmet mingħajr reġistrazzjoni mill-ġdid magħrufa. |
31 |
Irtirata |
Mhux applikabbli |
Ir-reġistrazzjoni tal-vettura tiġi rtirata fuq talba tal-kustodju. Il-vettura tkun destinata biex tkompli tintuża bħala vettura ferrovjarja 'l barra mis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni. |
32 |
Irtirata |
Mhux applikabbli |
Ir-reġistrazzjoni tal-vettura tiġi rtirata fuq talba tal-kustodju. Il-vettura tkun destinata għall-irkupru ta' kostitwenti/moduli/parts tal-bdil interoperabbli ewlenin jew għall-bini ewlieni mill-ġdid. |
33 |
Irtirata |
Mhux applikabbli |
Ir-reġistrazzjoni tal-vettura tiġi rtirata fuq talba tal-kustodju. Il-vettura tkun ġiet skrappjata u tkun intremiet għall-materjali (inklużi l-partijiet tal-bdil ewlenin) tar-riċiklaġġ. |
34 |
Irtirata |
Mhux applikabbli |
Ir-reġistrazzjoni tal-vettura tiġi rtirata fuq talba tal-kustodju. Il-vettura tkun destinata li tkun “vettura ferrovjarja kkonservata u storika” li titħaddem fuq netwerk segregat, jew għal wiri statiku, 'il barra mis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni. |
Użu tal-kodiċijiet
Il-kodiċijiet u r-raġuni għandhom ikunu bbażati biss fuq l-informazzjoni pprovduta lir-RE mill-entità li titlob għat-tibdil fl-istatus tar-reġistrazzjoni.
(1) Din it-tabella tistabbilixxi l-istatus tar-reġistrazzjoni ta' reġistrazzjoni kompluta biss.
APPENDIĊI 5
GLOSSARJU
Akronimu/Abbrevjazzjoni |
Definizzjoni |
Aġenzija |
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji stabbilita bir-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) |
Applikant |
Persuna fiżika jew ġuridika li titlob awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' vettura |
Żona tal-użu ta' vettura |
Netwerk jew netwerks fi Stat Membru jew fi grupp ta' Stati Membri li fih/fihom ikun maħsub li vettura tintuża, kif imsemmi fl-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2016/797 |
Funzjoni tal-ARS |
Funzjonijiet tal-Applikazzjoni, tar-Reġistrazzjoni u tal-Ħżin tad-data |
ATMF |
Regoli Uniformi li jirrigwardaw l-Ammissjoni Teknika ta' Materjal tal-Ferroviji li jintuża fit-Traffiku Internazzjonali (ATMF — l-Appendiċi G tal-COTIF) |
Entità tal-awtorizzazzjoni |
Entità (l-NSA jew l-Aġenzija) li awtorizzat it-tqegħid fis-suq tal-vettura |
Awtorizzazzjoni |
Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq |
Funzjoni tas-C-ARS |
Funzjoni (ċentralizzata) tal-Applikazzjoni, tar-Reġistrazzjoni u tal-Ħżin tad-data (ARS) |
COTIF |
Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija |
Funzjoni tad-D-ARS |
Funzjoni (deċentralizzata) tal-Applikazzjoni, tar-Reġistrazzjoni u tal-Ħżin tad-data (ARS) |
Funzjoni tad-DSC |
Funzjoni tat-Tiftix u tal-Konsultazzjoni tad-Data |
ECM |
Entità Responsabbli għall-Manutenzjoni |
EIN |
Numru Ewropew ta' identifikazzjoni |
EVN |
Numru Ewropew tal-vettura |
EVR |
Reġistru Ewropew tal-Vetturi, kif imsemmi fl-Artikolu 47 tad-Direttiva (UE) 2016/797 |
ERATV |
Reġistru Ewropew ta' Tipi ta' Vetturi Awtorizzati, kif imsemmi fl-Artikolu 48 tad-Direttiva (UE) 2016/797 |
GDPR |
Ir-Regolament (UE) 2016/679 |
ISO |
Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni |
IT |
Teknoloġija tal-Informazzjoni |
NSA |
Awtorità Nazzjonali għas-Sikurezza |
NVR |
Reġistru nazzjonali tal-Vetturi, kif imsemmi fl-Artikolu 47 tad-Direttiva (UE) 2016/797 |
OTIF |
Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija |
Funzjoni tal-RDA |
Funzjoni tal-Amministrazzjoni tad-Data ta' Referenza |
RE |
Entità tar-Reġistrazzjoni, jiġifieri l-korp maħtur minn kull Stat Membru skont din id-Deċiżjoni |
RIC |
Regolamenti li jirregolaw l-użu reċiproku tal-vaguni u tal-vaguni tal-brejk fit-traffiku internazzjonali |
RIV |
Regolamenti li jikkonċernaw l-użu reċiproku tal-vaguni tal-merkanzija fit-traffiku internazzjonali |
TAF (TSI) |
Applikazzjonijiet Telematiċi għall-Merkanzija (TSI) |
TAP (TSI) |
Applikazzjonijiet Telematiċi għall-Passiġġieri (TSI) |
TSI |
Speċifikazzjoni Teknika ta' Interoperabbiltà |
Funzjoni tal-UCA |
Funzjoni tal-Ħolqien u tal-Amministrazzjoni tal-Utenti |
VKM |
Immarkar tal-Kustodji tal-Vetturi |
VKMR |
Reġistru tal-Immarkar tal-Kustodji tal-Vetturi |
VVR |
Reġistru Virtwali tal-Vetturi, kif definit fid-Deċiżjoni 2007/756/KE |
(1) Ir-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 1).
APPENDIĊI 6
PARTI “0”
Identifikazzjoni tal-vettura
Kummenti ġenerali
Dan l-Appendiċi jiddeskrivi n-numru Ewropew tal-vettura u l-immarkar relatat li jsir b'mod viżibbli fuq il-vettura biex tkun tista' tiġi identifikata b'mod uniku u permanenti waqt it-tħaddim. L-Appendiċi ma jiddeskrivix numri oħra jew immarkar ieħor li eventwalment jitnaqqxu jew jitwaħħlu b'mod permanenti fuq ix-xażì jew fuq il-komponenti prinċipali tal-vettura waqt il-kostruzzjoni tagħha.
In-numru Ewropew tal-vettura u l-abbrevjazzjonijiet relatati
Kull vettura ferrovjarja għandha tirċievi numru li jikkonsisti minn 12-il ċifra (li jissejjaħ in-numru Ewropew tal-vettura (EVN)) bl-istruttura li ġejja:
Grupp ta' vetturi ferrovjarji |
Kapaċità tal-interoperabbiltà u tip ta' vettura [żewġ ċifri] |
Pajjiż li fih il-vettura tkun irreġistrata |
Karatteristiċi tekniċi |
Numru tas-serje |
Ċifra ta' kontroll |
[żewġ ċifri] |
[erba' ċifri] |
[tliet ċifri] |
[ċifra waħda] |
||
Vaguni tal-merkanzija |
00 sa 09 10 sa 19 20 sa 29 30 sa 39 40 sa 49 80 sa 89 [dettalji fil-parti 6] |
01 sa 99 [dettalji fil-parti 4] |
0000 sa 9999 [dettalji fil-parti 9] |
000 sa 999 |
0 sa 9 [dettalji fil-parti 3] |
Vetturi tal-passiġġieri rmonkati |
50 sa 59 60 sa 69 70 sa 79 [dettalji fil-parti 7] |
0000 sa 9999 [dettalji fil-parti 10] |
000 sa 999 |
||
Vetturi ferrovjarji u unitajiet ferrovjarji ta' trazzjoni f'formazzjoni fissa jew definita minn qabel |
90 sa 99 [dettalji fil-parti 8] |
0000000 sa 8999999 [it-tifsira ta' dawn iċ-ċifri tiġi definita mill-Istati Membri, eventwalment bi ftehim bilaterali jew multilaterali] |
|||
Vetturi speċjali |
9000 sa 9999 [dettalji fil-parti 11] |
000 sa 999 |
F'pajjiż partikolari, is-seba' ċifri tal-karatteristiki tekniċi u n-numru tas-serje huma biżżejjed biex vettura tiġi identifikata b'mod uniku mill-gruppi ta' vetturi tal-passiġġieri rmonkati u ta' vetturi speċjali (1).
L-immarkar alfabetiku jikkompleta n-numru:
(a) |
l-abbrevjazzjoni tal-pajjiż li fih tkun irreġistrata l-vettura (dettalji fil-parti 4); |
(b) |
Immarkar tal-Kustodji tal-Vetturi (dettalji fil-parti 1); |
(c) |
l-abbrevjazzjonijiet tal-karatteristiki tekniċi (dettalji fil-parti 12 għall-vaguni tal-merkanzija u fil-parti 13 għall-vetturi tal-passiġġieri rmonkati). |
PARTI 1
Immarkar tal-Kustodji tal-Vetturi
1. Definizzjoni tal-Immarkar tal-Kustodji tal-Vetturi (VKM)
L-Immarkar tal-Kustodji tal-Vetturi (VKM) huwa kodiċi alfabetiku, li jikkonsisti minn żewġ ittri sa ħames ittri (2). Il-VKM għandu jitqiegħed fuq kull vettura ferrovjarja, qrib l-EVN. Il-VKM għandu jidentifika lill-kustodju kif irreġistrat fl-EVR.
Il-VKM għandu jkun uniku u validu fil-pajjiżi kollha koperti b'din id-Deċiżjoni u fil-pajjiżi kollha li jidħlu fi ftehim li jinvolvi l-applikazzjoni tas-sistema tan-numerazzjoni tal-vetturi u l-VKM kif deskritt f'din id-Deċiżjoni.
Il-VKM għal kustodju li jkollu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu fi Stat Kontraenti tal-OTIF li mhux fl-UE jrid jintalab mis-Segretarjat Ġenerali tal-OTIF.
2. Format tal-Immarkar tal-Kustodji tal-Vetturi
Il-VKM għandu jkun rappreżentazzjoni tal-isem sħiħ jew tal-abbrevjazzjoni tal-kustodju, jekk ikun possibbli b'mod rikonoxxibbli. Tista' tintuża kwalunkwe waħda mis-26 ittra tal-alfabett ISO 8859-1. L-ittri fil-VKM għandhom jinkitbu b'ittri kapitali. L-ittri li ma jirrappreżentawx l-ewwel ittri ta' kelmiet f'isem il-kustodju jistgħu jinkitbu b'ittri żgħar. Sabiex jiġi kkontrollat li jkunu uniċi, l-ittri żgħar għandhom jitqiesu daqslikieku nkitbu b'ittri kapitali.
L-ittri jista' jkun fihom sinjali dijakritiċi (3). Is-sinjali dijakritiċi li jintużaw minn dawk l-ittri għandhom jiġu injorati sabiex jiġi kkontrollat li l-ittri jkunu uniċi.
Għall-vetturi ta' kustodji b'residenza f'pajjiż li ma jużax l-alfabett Latin, tista' tiġi applikata traduzzjoni tal-VKM fl-alfabett ta' dak il-pajjiż wara l-VKM li tkun isseparata minnu b'linja djagonali (“/”). Dan il-VKM tradott għandu jiġi injorat għal skopijiet ta' pproċessar tad-data.
3. Dispożizzjonijiet dwar l-allokazzjoni tal-Immarkar tal-Kustodji tal-Vetturi
Kustodju jista' jiġi assenjat iktar minn VKM wieħed, f'każ li:
— |
il-kustodju jkollu isem formali b'iktar minn lingwa waħda; |
— |
il-kustodju jkollu raġuni valida li jagħmel distinzjoni bejn flotot separati ta' vetturi fl-organizzazzjoni tiegħu. |
Jista' jinħareġ VKM wieħed għal grupp ta' kumpaniji:
— |
li jappartjenu lil struttura korporattiva waħda (eż. struttura ta' azjenda); |
— |
li jappartjenu lil struttura korporattiva waħda li tkun ħatret u tat mandat lil organizzazzjoni waħda f'din l-istruttura biex tieħu ħsieb il-kwistjonijiet kollha f'isem l-oħrajn kollha; |
— |
li jkunu taw mandat lil entità ġuridika waħda separata biex tieħu ħsieb il-kwistjonijiet kollha f'isimhom. F'dak il-każ l-entità ġuridika għandha tkun il-kustodju. |
4. Ir-Reġistru tal-Immarkar tal-Kustodji tal-Vetturi u l-proċedura għall-allokazzjoni
Ir-reġistru tal-VKM għandu jkun pubbliku u għandu jiġi aġġornat f'ħin reali.
Applikant għandu jitlob VKM lill-NSA tal-Istat Membru fejn l-applikant ikollu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu. Dik l-NSA għandha tikkontrolla l-applikazzjoni u mbagħad tgħaddiha lill-Aġenzija. VKM jista' jintuża biss wara li jiġi ppubblikat mill-Aġenzija.
Il-kustodju ta' VKM għandu jinforma lill-awtorità nazzjonali kompetenti meta jtemm l-użu ta' VKM, u l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tgħaddi l-informazzjoni lill-Aġenzija. Imbagħad, il-VKM għandu jiġi rrevokat hekk kif il-kustodju jkun ta prova li l-immarkar ikun tbiddel fuq il-vetturi kollha kkonċernati. Il-VKM ma għandux jerġa' jinħareġ għal 10 snin, sakemm ma jerġax jinħareġ għad-detentur oriġinali jew fuq talba ta' detentur ieħor.
Il-VKM jista' jiġi ttrasferit lil detentur ieħor, li jkun is-suċċessur legali tad-detentur oriġinali. Meta d-detentur tal-VKM ibiddel ismu għal isem li ma jkunx jixbah lill-VKM, il-VKM għandu jibqa' validu.
F'każ li jkun hemm tibdil tal-kustodju li jinvolvi tibdil tal-VKM, il-vaguni tal-merkanzija kkonċernati għandhom jiġu mmarkati bil-VKM il-ġdid fi żmien tliet xhur mid-data tar-reġistrazzjoni tat-tibdil tal-kustodju fl-EVR. F'każ ta' inkonsistenza bejn il-VKM immarkat fuq il-vettura u d-data rreġistrata fl-EVR, tgħodd ir-reġistrazzjoni fl-EVR.
PARTI 2
Mhux użata
PARTI 3
Regoli għall-istabbiliment taċ-ċifra ta' kontroll (iċ-ċifra 12)
Iċ-ċifra ta' kontroll għandha tiġi stabbilita bil-mod li ġej:
— |
iċ-ċifri fil-pożizzjonijiet biż-żewġ tan-numru bażiku (meta wieħed jgħodd mil-lemin) jittieħdu bil-valur deċimali tagħhom; |
— |
iċ-ċifri fil-pożizzjonijiet bil-fard tan-numru bażiku (meta wieħed jgħodd mil-lemin) jiġu mmultiplikati bi tnejn; |
— |
imbagħad, tiġi stabbilita s-somma fformata miċ-ċifri f'pożizzjoni biż-żewġ u miċ-ċifri kollha li jikkostitwixxu l-prodotti parzjali miksuba mill-pożizzjonijiet bil-fard; |
— |
tinżamm iċ-ċifra tal-unitajiet ta' din is-somma; |
— |
il-komplement meħtieġ biex iċ-ċifra tal-unitajiet tkun 10 tifforma ċ-ċifra ta' kontroll; jekk din iċ-ċifra tal-unitajiet tkun żero, iċ-ċifra ta' kontroll għandha tkun żero wkoll. |
Eżempji
1 - |
Ejja ngħidu li n-numru bażiku jkun |
3 |
3 |
8 |
4 |
4 |
7 |
9 |
6 |
1 |
0 |
0 |
|
Fattur ta' multiplikazzjoni |
2 |
1 |
2 |
1 |
2 |
1 |
2 |
1 |
2 |
1 |
2 |
|
|
6 |
3 |
16 |
4 |
8 |
7 |
18 |
6 |
2 |
0 |
0 |
|
Somma: 6 + 3 + 1 + 6 + 4 + 8 + 7 + 1 + 8 + 6 + 2 + 0 + 0 = 52 |
|||||||||||
|
Iċ-ċifra tal-unità ta' din is-somma hija 2. Għaldaqstant, in-numru taċ-ċifra ta' kontroll ikun 8 u b'hekk in-numru bażiku jsir in-numru tar-reġistrazzjoni 33 84 4796 100 – 8. |
2 - |
Ejja ngħidu li n-numru bażiku jkun |
3 |
1 |
5 |
1 |
3 |
3 |
2 |
0 |
1 |
9 |
8 |
|
Fattur ta' multiplikazzjoni |
2 |
1 |
2 |
1 |
2 |
1 |
2 |
1 |
2 |
1 |
2 |
|
|
6 |
1 |
10 |
1 |
6 |
3 |
4 |
0 |
2 |
9 |
16 |
|
Somma: 6 + 1 + 1 + 0 + 1 + 6 + 3 + 4 + 0 + 2 + 9 + 1 + 6 = 40 |
|||||||||||
|
Iċ-ċifra tal-unità ta' din is-somma hija 0. Għaldaqstant, in-numru taċ-ċifra ta' kontroll ikun 0 u b'hekk in-numru bażiku jsir in-numru tar-reġistrazzjoni 31 51 3320 198 – 0. |
PARTI 4
Ikkodifikar tal-pajjiżi li fihom il-vetturi jkunu rreġistrati (iċ-ċifri 3-4 u abbrevjazzjoni)
L-informazzjoni relatata mal-pajjiżi terzi tingħata għal skopijiet ta' informazzjoni biss.
Pajjiżi |
Kodiċi alfabetiku tal-pajjiż (1) |
Kodiċi numeriku tal-pajjiż |
|
Pajjiżi |
Kodiċi alfabetiku tal-pajjiż (1) |
Kodiċi numeriku tal-pajjiż |
||||||||||||||
L-Albanija |
AL |
41 |
|
Il-Litwanja |
LT |
24 |
||||||||||||||
L-Alġerija |
DZ |
92 |
|
Il-Lussemburgu |
L |
82 |
||||||||||||||
L-Armenja |
AM |
58 |
|
L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja |
MK |
65 |
||||||||||||||
L-Awstrija |
A |
81 (6) |
|
Malta |
M |
|
||||||||||||||
L-Ażerbajġan |
AZ |
57 |
|
Il-Moldova |
MD (1) |
23 |
||||||||||||||
Il-Belarussja |
BY |
21 |
|
Monaco |
MC |
|
||||||||||||||
Il-Belġju |
B |
88 |
|
Il-Mongolja |
MGL |
31 |
||||||||||||||
Il-Bożnija-Ħerzegovina |
BIH |
50 u 44 (2) |
|
Il-Montenegro |
MNE |
62 |
||||||||||||||
Il-Bulgarija |
BG |
52 |
|
Il-Marokk |
MA |
93 |
||||||||||||||
Iċ-Ċina |
RC |
33 |
|
In-Netherlands |
NL |
84 |
||||||||||||||
Il-Kroazja |
HR |
78 |
|
Il-Korea ta' Fuq |
PRK (1) |
30 |
||||||||||||||
Kuba |
CU (1) |
40 |
|
In-Norveġja |
N |
76 |
||||||||||||||
Ċipru |
CY |
|
|
Il-Polonja |
PL |
51 |
||||||||||||||
Ir-Repubblika Ċeka |
CZ |
54 |
|
Il-Portugall |
P |
94 |
||||||||||||||
Id-Danimarka |
DK |
86 |
|
Ir-Rumanija |
RO |
53 |
||||||||||||||
L-Eġittu |
ET |
90 |
|
Ir-Russja |
RUS |
20 |
||||||||||||||
L-Estonja |
EST |
26 |
|
Is-Serbja |
SRB |
72 |
||||||||||||||
Il-Finlandja |
FIN |
10 |
|
Is-Slovakkja |
SK |
56 |
||||||||||||||
Franza |
F |
87 |
|
Is-Slovenja |
SLO |
79 |
||||||||||||||
Il-Georgia |
GE |
28 |
|
Il-Korea t'Isfel |
ROK |
61 |
||||||||||||||
Il-Ġermanja |
D |
80 (7) |
|
Spanja |
E |
71 |
||||||||||||||
Il-Greċja |
GR |
73 |
|
L-Iżvezja |
S |
74 |
||||||||||||||
L-Ungerija |
H |
55 (5) |
|
L-Iżvizzera |
CH |
85 (4) |
||||||||||||||
L-Iran |
IR |
96 |
|
Is-Sirja |
SYR |
97 |
||||||||||||||
L-Iraq |
IRQ (1) |
99 |
|
It-Taġikistan |
TJ |
66 |
||||||||||||||
L-Irlanda |
IRL |
60 |
|
It-Tuneżija |
TN |
91 |
||||||||||||||
Iżrael |
IL |
95 |
|
It-Turkija |
TR |
75 |
||||||||||||||
L-Italja |
I |
83 (3) |
|
It-Turkmenistan |
TM |
67 |
||||||||||||||
Il-Ġappun |
J |
42 |
|
L-Ukrajna |
UA |
22 |
||||||||||||||
Il-Każakistan |
KZ |
27 |
|
Ir-Renju Unit |
GB |
70 |
||||||||||||||
Il-Kirgiżistan |
KS |
59 |
|
L-Użbekistan |
UZ |
29 |
||||||||||||||
Il-Latvja |
LV |
25 |
|
Il-Vjetnam |
VN (1) |
32 |
||||||||||||||
Il-Libanu |
RL |
98 |
|
|
||||||||||||||||
Il-Liechtenstein |
FL |
|
|
PARTI 5
Mhux użata
PARTI 6
Il-kodiċijiet tal-interoperabbiltà li jintużaw għall-vaguni (iċ-ċifri 1-2)
|
|
It-tieni ċifra |
0 |
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
8 |
9 |
It-tieni ċifra |
|
L-ewwel ċifra |
|
|
L-ewwel ċifra |
|||||||||||
|
|
Qies Standard (Gauge) tal-Linji |
fiss jew varjabbli |
fiss |
varjabbli |
fiss |
varjabbli |
fiss |
varjabbli |
fiss |
varjabbli |
fiss jew varjabbli |
Qies Standard (Gauge) tal-Linji |
|
Il-vaguni huma konformi mat-TSI WAG (1) inklużi t-Taqsima 7.1.2 u l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Appendiċi C |
0 |
bil-fusien |
Ma jridux jintużaw |
vaguni |
Ma jridux jintużaw (3) |
Vaguni PPV/PPW (qies standard (gauge) varjabbli) |
bil-fusien |
0 |
||||||
1 |
bil-bogies |
bil-bogies |
1 |
|||||||||||
2 |
bil-fusien |
vaguni |
Vaguni PPV/PPW (gejġ standard (gauge) fiss) |
bil-fusien |
2 |
|||||||||
3 |
bil-bogies |
bil-bogies |
3 |
|||||||||||
Vaguni oħra |
4 |
bil-fusien (2) |
vaguni relatati mal-manutenzjoni |
Vaguni oħra |
Vaguni b'numerazzjoni speċjali għal karatteristiki tekniċi mhux imqiegħda fis-servizz fl-UE |
bil-fusien (2) |
4 |
|||||||
8 |
bil-bogies (2) |
bil-bogies (2) |
8 |
|||||||||||
|
|
|
|
|
|
|||||||||
|
L-ewwel ċifra |
|
0 |
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
8 |
9 |
|
L-ewwel ċifra |
|
It-tieni ċifra |
It-tieni ċifra |
|
PARTI 7
Kodiċijiet tal-abbiltà tat-traffiku internazzjonali li jintużaw għal vetturi tal-passiġġieri rmonkati (iċ-ċifri 1-2)
|
Traffiku domestiku |
Traffiku domestiku jew traffiku internazzjonali bi ftehim speċjali |
PPV/PPW |
||||||||
|
It-tieni ċifra |
0 |
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
8 |
9 |
L-ewwel ċifra |
|
||||||||||
5 |
Vetturi għal traffiku domestiku |
Vetturi b'qies standard (gauge) fiss u mingħajr arja kondizzjonata (inklużi l-vaguni li jġorru l-karozzi) |
Vetturi b'qies standard (gauge) aġġustabbli (1435/1520) u mingħajr arja kondizzjonata |
Ma jridux jintużaw |
Vetturi b'qies standard (gauge) aġġustabbli (1435/1668) u mingħajr arja kondizzjonata |
Vetturi storiċi |
Ma jridux jintużaw (6) |
Vetturi b'qies standard (gauge) fiss |
Vetturi b'qies standard (gauge) aġġustabbli (1435/1520) bit-tibdil tal-bogies |
Vetturi b'qies standard (gauge) aġġustabbli (1435/1520) bil-fusien b'qies standard (gauge) aġġustabbli |
|
6 |
Vetturi tas-servizz |
Vetturi b'qies standard (gauge) fiss u bl-arja kondizzjonata |
Vetturi b'qies standard (gauge) aġġustabbli (1435/1520) u bl-arja kondizzjonata |
Vetturi tas-servizz |
Vetturi b'qies standard (gauge) aġġustabbli (1435/1668) u bl-arja kondizzjonata |
Vaguni li jġorru l-karozzi |
Ma jridux jintużaw (6) |
||||
7 |
Vetturi bl-arja kondizzjonata u mitbuqa b'mod li l-pressjoni ma taffettwahomx |
Ma jridux jintużaw |
Ma jridux jintużaw |
Vetturi mitbuqa b'mod li l-pressjoni ma taffettwahomx, b'qies standard (gauge) fiss u bl-arja kondizzjonata |
Ma jridux jintużaw |
Vetturi oħra |
Ma jridux jintużaw |
Ma jridux jintużaw |
Ma jridux jintużaw |
Ma jridux jintużaw |
PARTI 8
Tipi ta' vetturi ferrovjarji u unitajiet ferrovjarji ta' trazzjoni f'formazzjoni fissa jew definita minn qabel (iċ-ċifri 1-2)
L-ewwel ċifra għandha tkun “9”.
Jekk it-tieni ċifra għandha tiddeskrivi t-tip ta' vetturi ferrovjarji ta' trazzjoni, l-ikkodifikar li ġej huwa obbligatorju:
Kodiċi |
Tip ġenerali ta' vetturi |
0 |
Mixxellanji |
1 |
Ferrovija elettrika |
2 |
Ferrovija li taħdem bid-diżil |
3 |
Ferrovija elettrika b'unitajiet multipli (ta' veloċità għolja) [vagun awtopropulsiv jew trejler] |
4 |
Ferrovija elettrika b'unitajiet multipli (għajr ta' veloċità għolja) [vagun awtopropulsiv jew trejler] |
5 |
Ferrovija li taħdem bid-diżil b'unitajiet multipli [vagun awtopropulsiv jew trejler] |
6 |
Trejler speċjalizzat, |
7 |
Magna elettrika li ċċaqlaq unitajiet tal-ferrovija minn post għall-ieħor |
8 |
Magna li taħdem bid-diżil li ċċaqlaq unitajiet tal-ferrovija minn post għall-ieħor |
9 |
Vettura speċjali |
PARTI 9
Immarkar numeriku standard tal-vaguni tal-merkanzija (iċ-ċifri 5 sa 8)
L-Aġenzija għandha tiġġestixxi l-immarkar numeriku assoċjat mal-karatteristiki tekniċi prinċipali tal-vagun tal-merkanzija u għandha tippubblikahom fis-sit web tagħha (www.era.europa.eu).
Għandha ssir applikazzjoni għal kodiċi ġdid mal-entità tar-reġistrazzjoni, li għandha tibgħatha lill-Aġenzija. Kodiċi ġdid jista' jintuża biss wara li jiġi ppubblikat mill-Aġenzija.
PARTI 10
Kodiċijiet għall-karatteristiki tekniċi tal-vetturi ferrovjarji tal-passiġġieri rmonkati (iċ-ċifri 5-6)
L-Aġenzija għandha tiġġestixxi l-kodiċijiet għall-karatteristiki tekniċi tal-vetturi ferrovjarji tal-passiġġieri rmonkati u għandha tippubblikahom fis-sit web tagħha (www.era.europa.eu).
Għandha ssir applikazzjoni għal kodiċi ġdid mal-entità tar-reġistrazzjoni, li għandha tibgħatha lill-Aġenzija. Kodiċi ġdid jista' jintuża biss wara li jiġi ppubblikat mill-Aġenzija.
PARTI 11
Kodiċijiet għall-karatteristiki tekniċi tal-vetturi speċjali (iċ-ċifri 6 sa 8)
L-Aġenzija għandha tiġġestixxi l-kodiċijiet għall-karatteristiki tekniċi tal-vetturi speċjali u għandha tippubblikahom fis-sit web tagħha (www.era.europa.eu).
Għandha ssir applikazzjoni għal kodiċi ġdid mal-entità tar-reġistrazzjoni, li għandha tibgħatha lill-Aġenzija. Kodiċi ġdid jista' jintuża biss wara li jiġi ppubblikat mill-Aġenzija.
PARTI 12
Immarkar tal-ittri għall-vaguni tal-merkanzija
L-Aġenzija għandha tiġġestixxi l-kodiċijiet għall-immarkar tal-ittri għall-vaguni tal-merkanzija (għajr il-vaguni artikolati u multipli) u għandha tippubblikahom fis-sit web tagħha (www.era.europa.eu).
Għandha ssir applikazzjoni għal kodiċi ġdid mal-entità tar-reġistrazzjoni, li għandha tibgħatha lill-Aġenzija. Kodiċi ġdid jista' jintuża biss wara li jiġi ppubblikat mill-Aġenzija.
PARTI 13
Immarkar tal-ittri għall-vetturi ferrovjarji tal-passiġġieri rmonkati
L-Aġenzija għandha tiġġestixxi l-kodiċijiet għall-immarkar tal-ittri għall-vetturi ferrovjarji tal-passiġġieri rmonkati u għandha tippubblikahom fis-sit web tagħha (www.era.europa.eu).
Għandha ssir applikazzjoni għal kodiċi ġdid mal-entità tar-reġistrazzjoni, li għandha tibgħatha lill-Aġenzija. Kodiċi ġdid jista' jintuża biss wara li jiġi ppubblikat mill-Aġenzija.
(1) Għall-vetturi speċjali, in-numru jrid ikun uniku f'pajjiż partikolari bl-ewwel ċifra u l-aħħar ħames ċifri tal-karatteristiki tekniċi u tan-numru tas-serje.
(2) Għall-NMBS/SNCB, l-użu ta' ittra unika B imdawra b'ċirku jista' jitkompla.
(3) Is-sinjali dijakritiċi huma “sinjali ta' aċċenti” bħal fl-ittri À, Ç, Ö, Č, Ž, Å, eċċ. Ittri speċjali bħal Ø u Æ jiġu rrappreżentati b'ittra waħda; f'testijiet biex jiġi kkontrollat li l-ittri jkunu uniċi, l-ittra Ø tiġi ttrattata bħala O u Æ bħala A.
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 321/2013 tat-13 ta' Marzu 2013 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta' “vetturi ferrovjarji — vaguni tal-merkanzija” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea u li jirrevoka d-Deċiżjoni 2006/861/KE (ĠU L 104, 12.4.2013, p. 1).
(2) Qies standard (gauge) fiss jew varjabbli.
(3) Għajr għal vaguni tal-merkanzija fil-kategorija I (vaguni tal-merkanzija b'temperatura kkontrollata), ma jridux jintużaw għal vetturi ġodda awtorizzati mqiegħda fis-servizz.
(4) Konformità mat-TSIs applikabbli, ara l-Parti 6 tal-Appendiċi H tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/995 tat-8 ta' Ġunju 2015 li jemenda d-Deċiżjoni 2012/757/UE dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema tal-“operat u l-immaniġġjar tat-traffiku” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 165, 30.6.2015, p. 1).
(5) Inklużi l-vetturi, li skont ir-regolamenti eżistenti jkollhom fuqhom iċ-ċifri definiti f'din it-tabella. COTIF: vetturi konformi mar-Regolament tal-COTIF fis-seħħ fil-mument tat-tqegħid fis-servizz.
(6) Għajr għal vaguni b'qies standard (gauge) fiss (56) u b'qies standard (gauge) aġġustabbli (66) li diġà jkunu fis-servizz, ma jridux jintużaw għal vetturi ġodda.