This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018D1280
Commission Implementing Decision (EU) 2018/1280 of 21 September 2018 concerning certain protective measures relating to African swine fever in Bulgaria (notified under document C(2018) 6253) (Text with EEA relevance.)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1280 tal-21 ta' Settembru 2018 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Bulgarija (notifikata bid-dokument C(2018) 6253) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1280 tal-21 ta' Settembru 2018 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Bulgarija (notifikata bid-dokument C(2018) 6253) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
C/2018/6253
ĠU L 239, 24.9.2018, p. 14–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/10/2018
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32018D1216 | 21/09/2018 |
24.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 239/14 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1280
tal-21 ta' Settembru 2018
li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Bulgarija
(notifikata bid-dokument C(2018) 6253)
(It-test bil-Bulgaru biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-deni Afrikan tal-ħnieżer huwa marda virali infettiva li taffettwa l-popolazzjonijiet tal-ħnieżer domestiċi u selvaġġi u jista' jkollha impatt serju fuq il-profittabilità tan-negozji tat-trobbija tal-ħnieżer li jisfratta l-kummerċ fl-Unjoni u l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi. |
(2) |
F'każ ta' tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, hemm ir-riskju li l-aġent tal-marda jista' jinxtered ma' rziezet oħra tal-ħnieżer u mal-ħnieżer selvaġġi. B'hekk, jista' jinxtered minn Stat Membru għall-ieħor u għall-pajjiżi terzi permezz tal-kummerċ tal-ħnieżer ħajjin jew tal-prodotti tagħhom. |
(3) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE (3) tistabbilixxi l-miżuri minimi li jridu jiġu applikati fl-Unjoni għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż. L-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/60/KE jipprevedi l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fil-każ ta' tifqigħat ta' dik il-marda, fejn iridu japplikaw il-miżuri stipulati fl-Artikoli 10 u 11 ta' dik id-Direttiva. |
(4) |
Ir-Bulgarija infurmat lill-Kummissjoni bis-sitwazzjoni preżenti fil-provinċja ta' Varna fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer u, b'konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/60/KE, stabbiliet żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fejn japplikaw il-miżuri msemmija fl-Artikoli 10 u 11 ta' dik id-Direttiva. |
(5) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1216 (4) ġiet adottata wara l-istabbiliment taż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fil-Bulgarija, skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/60/KE, wara tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'dak l-Istat Membru. |
(6) |
Sa mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/1216, is-sitwazzjoni epidemjoloġika fil-Bulgarija baqgħet stabbli fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer; l-awtoritajiet Bulgari implimentaw il-miżuri ta' kontroll meħtieġa u ġabru data ta' sorveljanza addizzjonali. |
(7) |
Sabiex jiġi evitat kull xkiel bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u biex jiġu evitati ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, hemm bżonn li jiġu deskritti fil-livell tal-Unjoni ż-żoni riveduti stabbiliti bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza għad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Bulgarija, b'kollaborazzjoni ma' dak l-Istat Membru. Dawn iż-żoni jipprevedu żona ta' sorveljanza mnaqqsa b'konformità max-xenarju epidemjoloġiku attwali. |
(8) |
Għaldaqstant, iż-żoni identifikati bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fil-Bulgarija jenħtieġ li jiġu stipulati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni u jenħtieġ li jiġi stabbilit it-tul ta' żmien ta' dik ir-reġjonalizzazzjoni. |
(9) |
Barra minn hekk, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/1216 jenħtieġ li titħassar u tiġi sostitwita b'din id-Deċiżjoni biex jiġu kkunsidrati l-miżuri aġġornati ta' ġestjoni tal-marda li jinsabu fis-seħħ u l-evoluzzjoni fis-sitwazzjoni tal-marda fil-Bulgarija fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer. |
(10) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Bulgarija għandha tiżgura li ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti b'konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/60/KE jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati bħala ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/1216 titħassar.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-30 ta' Ottubru 2018.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Settembru 2018.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda d-Direttiva 92/119/KEE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27).
(4) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1216 tal-4 ta' Settembru 2018 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi interim marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Bulgarija (ĠU L 224, 5.9.2018, p. 10).
ANNESS
Il-Bulgarija |
Żoni kif imsemmija fl-Artikolu 1 |
Data sa meta applikabbli |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Żona ta' protezzjoni |
Il-villaġġi li ġejjin tar-reġjun ta' Varna:
|
30 ta' Ottubru 2018 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Żona ta' sorveljanza |
|
30 ta' Ottubru 2018 |