This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018D1135
Commission Implementing Decision (EU) 2018/1135 of 10 August 2018 establishing the type, format and frequency of information to be made available by the Member States for the purposes of reporting on the implementation of Directive 2010/75/EU of the European Parliament and of the Council on industrial emissions (notified under document C(2018) 5009) (Text with EEA relevance.)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1135 tal-10 ta' Awwissu 2018 li tistabbilixxi t-tip, il-format u l-frekwenza tal-informazzjoni li għandhom jagħmlu disponibbli l-Istati Membri għall-finijiet tar-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (notifikata bid-dokument C(2018) 5009) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1135 tal-10 ta' Awwissu 2018 li tistabbilixxi t-tip, il-format u l-frekwenza tal-informazzjoni li għandhom jagħmlu disponibbli l-Istati Membri għall-finijiet tar-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (notifikata bid-dokument C(2018) 5009) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
C/2018/5009
ĠU L 205, 14.8.2018, p. 40–47
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Replacement | 32012D0795 | 14/08/2018 |
14.8.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 205/40 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1135
tal-10 ta' Awwissu 2018
li tistabbilixxi t-tip, il-format u l-frekwenza tal-informazzjoni li għandhom jagħmlu disponibbli l-Istati Membri għall-finijiet tar-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali
(notifikata bid-dokument C(2018) 5009)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis), (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 72(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/795/UE (2) stabbiliet l-obbligi għall-Istati Membri li jirrapportaw dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE għall-perjodu 2013-2016. Dik id-Deċiżjoni eżawriet l-effetti temporali tagħha u jenħtieġ li titħassar. |
(2) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti t-tip, il-format u l-frekwenza tal-informazzjoni fir-rigward tas-snin mill-2017 li l-Istati Membri jridu jagħmlu disponibbli. |
(3) |
Skont l-Artikolu 72(1) tad-Direttiva 2010/75/UE, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dik id-Direttiva, dwar id-data rappreżentattiva dwar l-emissjonijiet u forom oħra ta' tniġġis, dwar il-valuri limitu tal-emissjonijiet, u dwar l-applikazzjoni tal-aħjar metodi tekniċi disponibbli skont l-Artikoli 14 u 15 ta' dik id-Direttiva, b'mod partikulari dwar l-għoti ta' eżenzjonijiet skont l-Artikolu 15(4) tiegħu. |
(4) |
Barra minn dan, l-Istati Membri huma meħtieġa jinkludu l-informazzjoni skont l-Artikoli 51(4), 55(2) u 59(1), (2) u (3) tad-Direttiva 2010/75/UE fir-rapporti sottomessi skont l-Artikolu 72 ta' dik id-Direttiva. |
(5) |
Skont l-Artikolu 72(1) tad-Direttiva 2010/75/UE, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-informazzjoni disponibbli f'format elettroniku bl-użu ta' għodda ta' rappurtar pprovduta mill-Kummissjoni għal dan il-għan. |
(6) |
Id-Direttiva 2010/75/UE teħtieġ li kull installazzjoni koperta mill-Kapitolu II tagħha jkollha permess individwali biex topera. Il-kundizzjonijiet tal-permess għandhom ikunu msejsa fuq ir-rendiment ambjentali li jista' jinkiseb minn dik l-installazzjoni filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi tekniċi tagħha, il-fatturi esterni inklużi l-kundizzjonijiet lokali, u l-użu tagħha tal-aħjar tekniki disponibbli. Il-permessi jistabbilixxu l-kundizzjonijiet, b'mod partikolari, dawk li jikkonċernaw il-valuri limitu tal-emissjonijiet, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet u l-valutazzjoni tal-konformità speċifiċi għal kull installazzjoni individwali. Perjodikament il-kundizzjonijiet tal-permessi għandhom jiġu kkunsidrati mill-ġdid, u fejn ikun meħtieġ, aġġornati, b'mod partikolari meta jkunu ġew ippubblikati l-konklużjonijiet dwar l-aħjar tekniki disponibbli (“il-konklużjonijiet tal-BAT”) għall-attività prinċipali ta' installazzjoni, skont l-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2010/75/UE. L-aktar mod effiċjenti biex isir rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE huwa li tingħata l-informazzjoni rilevanti għal kull installazzjoni individwali, u għalhekk jiġu estiżi għas-setturi kollha l-approċċi meħuda fil-Moduli 2 u 3 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/795/UE. |
(7) |
L-impjanti tal-kombustjoni kbar u l-impjanti tal-(ko)inċinerazzjoni tal-iskart huma koperti minn dispożizzjonijiet speċifiċi fil-Kapitoli III u IV tad-Direttiva 2010/75/UE. Barra minn hekk, jenħtieġ li, għal dawk l-impjanti, l-Istati Membri jipprovdu informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' derogi temporanji u salvagwardji ta' kontroll ta' emissjonijiet kif speċifikati fl-Artikoli 32 sa 35 u 46(2) tad-Direttiva 2010/75/UE. Għall-impjanti ta' inċinerazzjoni tal-iskart u għall-impjanti tal-koinċinerazzjoni tal-iskart b'kapaċità ta' inqas minn żewġ tunnellati metriċi fis-siegħa, l-Artikolu 55(3) ta' din id-Direttiva jesiġi li l-Istati Membri jagħmlu lista ta' installazzjonijiet disponibbli għall-pubbliku. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata informazzjoni dwar il-pubblikazzjoni ta' dik il-lista sabiex tkun tista' timmonitorja l-implimentazzjoni tad-Direttiva f'dawk l-impjanti iżgħar. |
(8) |
Skont l-Artikolu 72(1) tad-Direttiva 2010/75/UE, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw ukoll data rappreżentattiva dwar l-emissjonijiet u forom oħra ta' tniġġis. Sabiex jonqsu l-piżijiet amministrattivi bla bżonn, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu informazzjoni dwar fejn id-data dwar il-monitoraġġ tal-emissjonijiet tkun disponibbli skont l-Artikolu 24(3)(b) tad-Direttiva 2010/75/UE u wkoll link għad-data dwar l-emissjonijiet rrapportata skont ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Skont dak ir-Regolament, l-Istati Membri huma meħtieġa jirrapportaw data annwali dwar, inter alia, trasferimenti 'l barra mis-sit ta' skart u rilaxxi fl-arja, fl-ilma u fl-art tas-sustanzi li jniġġsu f'konformità mal-Anness II tiegħu, li jkopri s-sustanzi li jniġġsu kollha elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 2010/75/UE. Fl-istess waqt, l-“installazzjonijiet” kollha koperti mid-Direttiva 2010/75/UE għandhom x'jaqsmu jew jikkoinċidu ma' “faċilità” koperta minn dak ir-Regolament. Id-data rrapportata skont ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 b'hekk tipprovdi “data rappreżentattiva dwar l-emissjonijiet u forom oħra ta' tniġġis” fit-tifsira tal-Artikolu 72(1) tad-Direttiva 2010/75/UE. |
(9) |
Jenħtieġ li l-link għar-rappurtar tal-emissjonijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 jinħoloq bl-użu tad-data ġeografika eżistenti li tiġi ġestita mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u l-punt 8 tal-Anness III ta' dik id-Direttiva. Il-mudell tad-data stabbilita fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010 (5) tippermetti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jillinkjaw “installazzjonijiet”, impjanti ta' kombustjoni kbar u impjanti ta' (ko)inċinerazzjoni tal-iskart ma' “faċilitajiet” fit-tifsira tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 166/2006. Għalhekk, ir-rappurtar ta' data ġeografika dwar l-installazzjonijiet, l-impjanti ta' kombustjoni kbar u l-impjanti ta' (ko)inċinerazzjoni tal-iskart minflok ma jingħataw rapporti dettaljati dwar emissjonijiet minn installazzjonijiet huma, f'dan il-kuntest, biss “tip” ieħor ta' rappurtar fit-tifsira tal-Artikolu 72(2) tad-Direttiva 2010/75/UE. Dan jinkludi l-adattament tal-mudell INSPIRE għar-rekwiżiti speċifiċi ta' rappurtar tal-Artikolu 72(1) tad-Direttiva 2010/75/UE, u b'hekk irendi obbligatorju ċerti elementi ta' informazzjoni ġeografika li huma annullabbli fil-kuntest tar-Regolament (UE) Nru 1089/2010. |
(10) |
Għal installazzjonijiet u attivitajiet li jużaw solventi organiċi li mhumiex koperti mill-Kapitolu II tad-Direttiva 2010/75/UE, u għalhekk mhux neċessarjament soġġetti għal permess speċifiku għall-installazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jirrappurtaw informazzjoni dwar l-għadd totali ta' installazzjonijiet u dwar l-għadd ta' installazzjonijiet li japplikaw skema ta' tnaqqis skont l-Artikolu 59(1)(b) ta' dik id-Direttiva, jew deroga skont il-paragrafu 2 jew 3 tal-Artikolu 59 tagħha. Din se tinforma lill-Kummissjoni jekk tistax tiġi affettwata l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE, u sa liema punt. |
(11) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 75(1) tad-Direttiva 2010/75/UE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għal installazzjonijiet koperti mill-Kapitoli II, III u IV tad-Direttiva 2010/75/UE, bl-eċċezzjoni ta' impjanti tal-inċinerazzjoni tal-iskart u impjanti tal-koinċinerazzjoni tal-iskart b'kapaċità nominali ta' inqas minn żewġ tunnellati metriċi fis-siegħa, l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni l-informazzjoni stipulata fl-Anness I billi jużuw il-format stabbilit f'dak l-Anness, għal kull installazzjoni koperta.
Fir-rigward tal-impjanti tal-inċinerazzjoni tal-iskart u tal-impjanti tal-koinċinerazzjoni tal-iskart b'kapaċità nominali ta' inqas minn żewġ tunnellati fis-siegħa u fir-rigward tal-installazzjonijiet koperti mill-Kapitolu V tad-Direttiva 2010/75/UE, l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni l-informazzjoni stipulata fl-Anness II billi jużaw il-format stabbilit f'dak l-Anness.
L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw l-informazzjoni stabbilita fl-Annessi I u II billi jużaw l-għodda elettronika tar-rappurtar armonizzat magħmula disponibbli mill-Kummissjoni.
Artikolu 2
L-informazzjoni speċifikata fl-Anness I, għandha tiġi sottomessa l-ewwel għas-sena ta' rappurtar 2017 sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor f'dak l-Anness. Għal dik is-sena ta' rappurtar, l-informazzjoni għandha tiġi sottomessa sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2019. Għas-snin ta' rappurtar sussegwenti, l-informazzjoni speċifikata fl-Anness I għandha tiġi sottomessa kull sena fi żmien disa' (9) xhur minn tmiem is-sena ta' rappurtar.
L-informazzjoni speċifikata fl-Anness II għandha tiġi sottomessa l-ewwel għas-snin ta' rappurtar 2017 u 2018. Għal dawk is-snin ta' rappurtar, l-informazzjoni għandha tiġi sottomessa sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2019. Għas-snin ta' rappurtar sussegwenti, l-informazzjoni speċifikata fl-Anness II għandha tiġi sottomessa kull tliet snin fi żmien disa' (9) xhur minn tmiem dawk is-snin ta' rappurtar.
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Awwissu 2018.
Għall-Kummissjoni
Karmenu VELLA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.
(2) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/795/UE tat-12 ta' Diċembru 2012 li tistabbilixxi t-tip, il-format u l-frekwenza tal-informazzjoni li għandhom jagħmlu disponibbli l-Istati Membri għall-finijiet tar-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (ĠU L 349, 19.12.2012, p. 57).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Jannar 2006 dwar il-ħolqien ta' Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta' Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1).
(4) Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010 tat-23 ta' Novembru 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-interoperabbiltà tas-settijiet ta' dejta u servizzi ġeografiċi (ĠU L 323, 8.12.2010, p. 11).
ANNESS I
Informazzjoni dwar installazzjonijiet koperti mill-Kapitoli II, III u IV tad-Direttiva 2010/75/UE [bl-eċċezzjoni ta' impjanti tal-inċinerazzjoni tal-iskart u impjanti tal-koinċinerazzjoni tal-iskart b'kapaċità nominali ta' anqas minn żewġ tunnellati metriċi fis-siegħa]
Nota: L-Istati Membri jistgħu jindikaw informazzjoni li huma jikkunsidraw bħala kunfidenzjali, filwaqt li jagħtu r-raġunijiet li huma kkunsidrati li jipprekludu lill-Kummissjoni milli tagħmilha pubblikament disponibbli.
|
|||
Tip |
Format |
||
|
L-identifikazzjoni tal-pajjiż fejn jinsabu l-installazzjonijiet u l-partijiet tal-installazzjonijiet. |
||
|
Is-sena kalendarja li għaliha jirreferi r-rappurtar. |
|
|||||||||||
Tip |
Format |
||||||||||
|
Identifikatur uniku tal-installazzjoni li jsegwi r-rekwiżiti tad-Direttiva 2007/2/KE. |
||||||||||
|
Identifikatur ta' oġġett tematiku. |
||||||||||
|
Latitudni u lonġitudni (il-koordinati għaċ-ċentru approssimattiv tal-installazzjoni) espressi b'referenza għas-sistema ta' referenza ta' koordinati ETRS89 (2D)-EPSG:4258, bi preċiżjoni ta' ħames (5) ċifri deċimali. |
||||||||||
|
Denominazzjoni uffiċjali, isem proprju jew konvenzjonali tal-installazzjoni. |
||||||||||
|
L-istatus operazzjonali tal-installazzjoni |
||||||||||
|
Għal attivitajiet koperti mill-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE, l-isem u l-informazzjoni tal-kuntatt għal:
|
||||||||||
|
L-identifikazzjoni tal-attivitajiet kollha koperti mill-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE mwettqa fl-installazzjoni. |
||||||||||
|
Mis-sena ta' rappurtar 2018, l-identifikazzjoni tad-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-konklużjonijiet tal-BAT li huma applikabbli għal kwalunkwe attività mwettqa fl-installazzjoni. |
||||||||||
|
Identifikazzjoni ta' Kapitoli tad-Direttiva 2010/75/UE li japplikaw għall-installazzjoni (jew għal parti minnha). |
||||||||||
|
Indikazzjoni ta' jekk ġiex sottomess rapport ta' bażi kif imsemmi fl-Artikolu 22(2) tad-Direttiva 2010/75/UE lill-awtorità kompetenti. |
||||||||||
|
|
||||||||||
|
|
||||||||||
|
Il-kundizzjonijiet tal-permess fejn l-installazzjonijiet ikunu ġew ikkunsidrati mill-ġdid skont l-Artikolu 21(3) ta' dik id-Direttiva, indikazzjoni ta' jekk ingħatatx deroga skont l-Artikolu 15(4) tagħha. Mis-sena ta' rappurtar 2018, fejn tkun ingħatat deroga, informazzjoni dwar:
|
||||||||||
|
Mis-sena ta' rappurtar 2018, għall-installazzjonijiet fejn ikunu ġew ikkunsidrati mill-ġdid il-kundizzjonijiet tal-permess skont l-Artikolu 21(3), speċifikazzjoni ta' jekk il-permess jistabbilixxix valuri limitu tal-emissjonijiet aktar stretti mill-iktar valur baxx tal-medda tal-BAT-AEL, li jindika:
|
||||||||||
|
|
||||||||||
|
Mis-sena ta' rappurtar 2018, indikazzjoni ta' kif ir-riżultati tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet ikunu saru disponibbli għall-pubbliku skont l-Artikolu 24(3)(b), inkluż il-URL jekk ikunu ġew maħluqa siti tal-Internet għal dan il-għan. |
||||||||||
|
Mis-sena ta' rappurtar 2018, fejn l-installazzjoni tkun koperta mid-Direttiva 2012/18/UE, l-identifikatur tas-Sistema ta' Ġbir ta' Informazzjoni dwar l-Impjanti Seveso (SPIRS) (“eSPIRS identifier”) tal-istabbiliment fejn tinsab l-installazzjoni. Mhux obbligatorja. |
||||||||||
|
Mis-sena ta' rappurtar 2018, fejn l-installazzjoni hija kompletament jew parzjalment koperta mid-Direttiva 2003/87/KE, l-identifikatur użat għar-rappurtar skont dik id-Direttiva. Mhux obbligatorja. |
||||||||||
|
Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra. Mhux obbligatorja. |
|
|||||||||||||
Tip |
Format |
||||||||||||
1.3.1 Informazzjoni ġenerali |
|||||||||||||
|
Identifikatur uniku li jsegwi r-rekwiżiti tad-Direttiva 2007/2/KE, kif speċifikat ulterjorment fir-Regolament (UE) Nru 1089/2010, b'mod partikolari l-punt 8 tal-Anness IV ta' dak ir-Regolament, kif emendat. |
||||||||||||
|
Identifikatur ta' oġġett tematiku. |
||||||||||||
|
Latitudni u lonġitudni (il-koordinati għaċ-ċentru approssimattiv tal-impjant) espressi b'referenza għas-sistema ta' referenza ta' koordinati ETRS89 (2D)-EPSG:4258, bi preċiżjoni ta' ħames (5) ċifri deċimali. |
||||||||||||
|
Denominazzjoni uffiċjali jew isem proprju jew konvenzjonali tal-impjant. |
||||||||||||
|
L-istatus operazzjonali tal-impjant. |
||||||||||||
1.3.2. Informazzjoni dwar impjanti kbar ta' kombustjoni |
|||||||||||||
|
Il-kapaċità termali kklassifikata totali tal-impjant kbir tal-kombustjoni. |
||||||||||||
|
Dettalji ta' kwalunkwe deroga kif previst fl-Artikoli 31 sa 35 tad-Direttiva 2010/75/UE mogħtija fir-rigward tal-impjanti kbar tal-kombustjoni. |
||||||||||||
|
Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra. Mhux obbligatorja. |
||||||||||||
1.3.3. Informazzjoni dwar impjanti tal-inċinerazzjoni tal-iskart u impjanti tal-koinċinerazzjoni tal-iskart b'kapaċità nominali ta' żewġ tunnellati metriċi fis-siegħa jew aktar |
|||||||||||||
|
Kapaċità totali nominali tal-impjant ta' inċinerazzjoni tal-iskart jew tal-impjant ta' koinċinerazzjoni tal-iskart. |
||||||||||||
|
Kapaċità totali permessa għall-inċinerazzjoni u l-koinċinerazzjoni tal-iskart perikoluż. |
||||||||||||
|
Kapaċità totali permessa għall-inċinerazzjoni u l-koinċinerazzjoni tal-iskart mhux perikoluż. |
||||||||||||
|
Mis-sena ta' rappurtar 2018, indikazzjoni ta':
|
||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
Mis-sena ta' rappurtar 2018, indikazzjoni ta' kif l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 55(2) tad-Direttiva 2010/75/UE tkun ġiet magħmula disponibbli għall-pubbliku, inkluż il-URL jekk ikunu nħalqu siti tal-Internet għal dan il-għan. |
||||||||||||
|
Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra. Mhux obbligatorja. |
|
|||
Tip |
Format |
||
|
Identifikatur uniku tal-faċilità li jsegwi r-rekwiżiti tad-Direttiva 2007/2/KE. |
||
|
Identifikatur ta' oġġett tematiku. |
||
|
Identifikatur ta' kodiċi u/jew isem assenjat lid-distrett tal-baċin ta' kanal tal-ilma. |
||
|
Latitudni u lonġitudni (il-koordinati għaċ-ċentru approssimattiv tal-impjant) espressi b'referenza għas-sistema ta' referenza ta' koordinati ETRS89 (2D)-EPSG:4258, bi preċiżjoni ta' ħames (5) ċifri deċimali. |
||
|
Attivitajiet imwettqa mill-faċilità. Il-funzjoni tiġi deskritta mill-attività tal-faċilità espressa bħala l-kodiċi NACE. |
||
|
Denominazzjoni uffiċjali jew isem proprju jew konvenzjonali tal-faċilità. |
||
|
L-istatus operazzjonali tal-faċilità. |
||
|
Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra. Mhux obbligatorja. |
(1) Dan il-qasam għandu multipliċità ta'0-1 taħt INSPIRE.
(2) Għall-inċinerazzjoni tal-iskart u impjanti tal-koinċinerazzjoni tal-iskart b'kapaċità ta' bejn tnejn sa tliet tunnellati/siegħa biss, id-data li trid tiġi sottomessa sa mis-sena ta' rappurtar 2018.
(3) Dan il-qasam għandu multipliċità ta' 0-1 taħt INSPIRE.
(4) Din hija “Faċilità ta' Produzzjoni (ProductionFacility)” kif definita fir-Regolament (UE) Nru 1089/2010, l-Anness IV, il-punt 8.2.1 bħala “installazzjoni waħda jew iktar fl-istess sit operata mill-istess persuna fiżika jew ġuridika, maħsuba, mibnija jew installata sabiex taqdi skopijiet speċifiċi ta' produzzjoni jew industrijali, li tinkludi l-infrastruttura, it-tagħmir u l-materjali kollha” u koperta bir-Regolament (KE) Nru 166/2006.
(5) Dan il-qasam għandu multipliċità ta' 0-1 taħt INSPIRE.
ANNESS II
Informazzjoni dwar impjanti tal-inċinerazzjoni tal-iskart u impjanti tal-koinċinerazzjoni tal-iskart b'kapaċità nominali ta' anqas minn żewġ tunnellati metriċi fis-siegħa u fuq installazzjonijiet koperti mill-Kapitolu V tad-Direttiva 2010/75/UE
|
Referenza għal-lista ta' installazzjonijiet ta' din ix-xorta disponibbli għall-pubbliku f'konformità mal-Artikolu 55(3) tad-Direttiva 2010/75/UE. |
||||||||||
|
|