Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D1047

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1047 tas-16 ta' Lulju 2018 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Singapore, min-naħa l-oħra

ST/7322/2018/INIT

ĠU L 189, 26.7.2018, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/1047/oj

26.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1047

tas-16 ta' Lulju 2018

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Singapore, min-naħa l-oħra

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 207 u 212, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fil-25 ta' Novembru 2004, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni mar-Repubblika ta' Singapore (“il-Ftehim”).

(2)

In-negozjati ġew konklużi u l-Ftehim ġie inizjalat fl-14 ta' Ottubru 2013.

(3)

Il-Ftehim jenħtieġ li jiġi ffirmat, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard. Huwa akkumpanjat minn Ittra ta' Akkumpanjament, li tifforma parti integrali mill-Ftehim, li jenħtieġ li tiġi ffirmata fl-istess ħin mal-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar f'isem l-Unjoni tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Singapore, min-naħa l-oħra, u tal-Ittra ta' Akkumpanjament mehmuża mal-Ftehim huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim imsemmi (1).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina lill-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim u l-Ittra ta' Akkumpanjament mehmuża mal-Ftehim f'isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Lulju 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  It-test tal-Ftehim ser ikun ippubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


Top