Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D0993

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/993 tal-11 ta' Lulju 2018 li temenda d-Deċiżjonijiet (UE) 2017/1214, (UE) 2017/1215, (UE) 2017/1216, (UE) 2017/1218 u (UE) 2017/1219 fir-rigward tat-tul ta' żmien tal-perjodu ta' tranżizzjoni (notifikata bid-dokument C(2018) 4312) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

    C/2018/4312

    ĠU L 177, 13.7.2018, p. 14–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/993/oj

    13.7.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 177/14


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/993

    tal-11 ta' Lulju 2018

    li temenda d-Deċiżjonijiet (UE) 2017/1214, (UE) 2017/1215, (UE) 2017/1216, (UE) 2017/1218 u (UE) 2017/1219 fir-rigward tat-tul ta' żmien tal-perjodu ta' tranżizzjoni

    (notifikata bid-dokument C(2018) 4312)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

    Wara li kkonsultat il-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/382/UE (2) ġiet sostitwita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1214 (3) li tistabbilixxi kriterji u rekwiżiti riveduti għad-deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn. Biex il-produtturi li l-prodotti tagħhom ikunu ngħataw l-Ekotikketta tal-UE għad-deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn abbażi tal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2011/382/UE jingħataw biżżejjed ħin biex jaddattaw il-prodotti tagħhom ħalli jikkonformaw mad-Deċiżjoni (UE) 2017/1214, dik id-Deċiżjoni tistabbilixxi perjodu ta' tranżizzjoni. Dak il-perjodu ta' tranżizzjoni ta' 12-il xahar jiskadi fit-22 ta' Ġunju 2018.

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/720/UE (4) ġiet sostitwita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1215 (5) li tistabbilixxi kriterji u rekwiżiti riveduti għad-deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti industrijali u istituzzjonali. Biex il-produtturi li l-prodotti tagħhom ikunu ngħataw l-Ekotikketta tal-UE għad-deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti industrijali u istituzzjonali abbażi tal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2012/720/UE jingħataw biżżejjed ħin biex jaddattaw il-prodotti tagħhom ħalli jikkonformaw mad-Deċiżjoni (UE) 2017/1215, dik id-Deċiżjoni tistabbilixxi perjodu ta' tranżizzjoni. Dak il-perjodu ta' tranżizzjoni ta' 12-il xahar jiskadi fit-22 ta' Ġunju 2018.

    (3)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/263/UE (6) ġiet sostitwita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1216 (7) li tistabbilixxi kriterji u rekwiżiti riveduti għad-deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti. Biex il-produtturi li l-prodotti tagħhom ikunu ngħataw l-Ekotikketta tal-UE għad-deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti abbażi tal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2011/263/UE jingħataw biżżejjed ħin biex jaddattaw il-prodotti tagħhom ħalli jikkonformaw mad-Deċiżjoni (UE) 2017/1216, dik id-Deċiżjoni tistabbilixxi perjodu ta' tranżizzjoni. Dak il-perjodu ta' tranżizzjoni ta' 12-il xahar jiskadi fit-22 ta' Ġunju 2018.

    (4)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/264/UE (8) ġiet sostitwita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1218 (9) li tistabbilixxi kriterji u rekwiżiti riveduti għad-deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ. Biex il-produtturi li l-prodotti tagħhom ikunu ngħataw l-Ekotikketta tal-UE għad-deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ abbażi tal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2011/264/UE jingħataw biżżejjed ħin biex jaddattaw il-prodotti tagħhom ħalli jikkonformaw mad-Deċiżjoni (UE) 2017/1218, dik id-Deċiżjoni tistabbilixxi perjodu ta' tranżizzjoni. Dak il-perjodu ta' tranżizzjoni ta' 12-il xahar jiskadi fit-22 ta' Ġunju 2018.

    (5)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/721/UE (10) ġiet sostitwita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1219 (11) li tistabbilixxi kriterji u rekwiżiti riveduti għad-deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali. Biex il-produtturi li l-prodotti tagħhom ikunu ngħataw l-Ekotikketta tal-UE għad-deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali abbażi tal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2012/721/UE jingħataw biżżejjed ħin biex jaddattaw il-prodotti tagħhom ħalli jikkonformaw mad-Deċiżjoni (UE) 2017/1219, dik id-Deċiżjoni tistabbilixxi perjodu ta' tranżizzjoni. Dak il-perjodu ta' tranżizzjoni ta' 12-il xahar jiskadi fit-22 ta' Ġunju 2018.

    (6)

    Għadd ta' korpi nazzjonali li jagħtu l-Ekotikketti tal-UE infurmaw lill-Kummissjoni dwar il-ħtieġa li jiġu estiżi dawk il-perjodi ta' tranżizzjoni b'sitt xhur minħabba l-ammont kbir ta' applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-kuntratti li jagħtu l-Ekotikketti tal-UE. Il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni li kkonfermat il-ħtieġa li jiġu estiżi l-perjodi ta' tranżizzjoni b'sitt xhur.

    (7)

    Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjonijiet (UE) 2017/1214, (UE) 2017/1215, (UE) 2017/1216, (UE) 2017/1218 u (UE) 2017/1219 jiġu emendati skont dan.

    (8)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Fl-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni (UE) 2017/1214, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “3.   Il-liċenzji tal-Ekotikketta tal-UE mogħtija skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2011/382/UE jistgħu jintużaw sat-22 ta' Diċembru 2018.”.

    Artikolu 2

    Fl-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni (UE) 2017/1215, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “3.   Il-liċenzji tal-Ekotikketta tal-UE mogħtija skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2012/720/UE jistgħu jintużaw sas-26 ta' Diċembru 2018.”.

    Artikolu 3

    Fl-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni (UE) 2017/1216, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “3.   Il-liċenzji tal-Ekotikketta tal-UE mogħtija skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2011/263/UE jistgħu jintużaw sas-26 ta' Diċembru 2018.”.

    Artikolu 4

    Fl-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni (UE) 2017/1218, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “3.   Il-liċenzji tal-Ekotikketta tal-UE mogħtija skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2011/264/UE jistgħu jintużaw sas-26 ta' Diċembru 2018.”.

    Artikolu 5

    Fl-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni (UE) 2017/1219, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “3.   Il-liċenzji tal-Ekotikketta tal-UE mogħtija skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2012/721/UE jistgħu jintużaw sas-26 ta' Diċembru 2018.”.

    Artikolu 6

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Lulju 2018.

    Għall-Kummissjoni

    Karmenu VELLA

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/382/UE tal-24 ta' Ġunju 2011 dwar l-istabbiliment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn (ĠU L 169, 29.6.2011, p. 40).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1214 tat-23 ta' Ġunju 2017 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għad-deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn (ĠU L 180, 12.7.2017, p. 1).

    (4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/720/UE tal-14 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil Deterġenti għall-Magni Awtomatiċi tal-Ħasil tal-Platti Industrijali u Istituzzjonali (ĠU L 326, 24.11.2012, p. 25).

    (5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1215 tat-23 ta' Ġunju 2017 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għad-deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti industrijali u istituzzjonali (ĠU L 180, 12.7.2017, p. 16).

    (6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/263/UE tat-28 ta' April 2011 dwar l-istabbiliment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti (ĠU L 111, 30.4.2011, p. 22).

    (7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1216 tat-23 ta' Ġunju 2017 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għad-deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti (ĠU L 180, 12.7.2017, p. 31).

    (8)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/264/UE tat-28 ta' April 2011 dwar l-istabbiliment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ (ĠU L 111, 30.4.2011, p. 34).

    (9)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1218 tat-23 ta' Ġunju 2017 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għad-deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ (ĠU L 180, 12.7.2017, p. 63).

    (10)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/721/UE tal-14 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil Deterġenti tal-Ħasil tal-Ħwejjeġ Industrijali u Istituzzjonali (ĠU L 326, 24.11.2012, p. 38).

    (11)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1219 tat-23 ta' Ġunju 2017 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għad-deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali (ĠU L 180, 12.7.2017, p. 79).


    Top