This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018D0518
Commission Implementing Decision (EU) 2018/518 of 26 March 2018 laying down the animal health and veterinary certification conditions for the re-entry of registered horses for competition after temporary export to Indonesia, amending Annex I to Decision 93/195/EEC as regards the entry for Indonesia and amending Annex I to Decision 2004/211/EC as regards the entry for Indonesia in the list of third countries and parts thereof from which imports into the Union of live equidae and semen, ova and embryos of the equine species are authorised (notified under document C(2018) 1725) (Text with EEA relevance. )
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/518 tas-26 ta' Marzu 2018 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u taċ-ċertifikazzjoni veterinarja biex jiddaħħlu mill-ġdid iż-żwiemel reġistrati għall-kompetizzjoni wara esportazzjoni temporanja lejn l-Indoneżja, li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 93/195/KEE fir-rigward tal-entrata tal-Indoneżja u li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tal-entrata tal-Indoneżja fil-lista ta' pajjiżi terzi u partijiet minnhom minn fejn huma awtorizzati l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ekwidi ħajjin u ta' semen, ova u embrijuni tal-ispeċi ekwina (notifikata bid-dokument C(2018) 1725) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/518 tas-26 ta' Marzu 2018 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u taċ-ċertifikazzjoni veterinarja biex jiddaħħlu mill-ġdid iż-żwiemel reġistrati għall-kompetizzjoni wara esportazzjoni temporanja lejn l-Indoneżja, li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 93/195/KEE fir-rigward tal-entrata tal-Indoneżja u li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tal-entrata tal-Indoneżja fil-lista ta' pajjiżi terzi u partijiet minnhom minn fejn huma awtorizzati l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ekwidi ħajjin u ta' semen, ova u embrijuni tal-ispeċi ekwina (notifikata bid-dokument C(2018) 1725) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2018/1725
ĠU L 84, 28.3.2018, p. 27–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2018; Impliċitament imħassar minn 32018R0659
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31993D0195 | Sostituzzjoni | anness I | 30/09/2018 | |
Modifies | 32004D0211 | Żieda | anness I TABL Test | 30/09/2018 | |
Modifies | 32004D0211 | Żieda | anness I Test | 30/09/2018 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32018R0659 | 01/10/2018 |
28.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 84/27 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/518
tas-26 ta' Marzu 2018
li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u taċ-ċertifikazzjoni veterinarja biex jiddaħħlu mill-ġdid iż-żwiemel reġistrati għall-kompetizzjoni wara esportazzjoni temporanja lejn l-Indoneżja, li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 93/195/KEE fir-rigward tal-entrata tal-Indoneżja u li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tal-entrata tal-Indoneżja fil-lista ta' pajjiżi terzi u partijiet minnhom minn fejn huma awtorizzati l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ekwidi ħajjin u ta' semen, ova u embrijuni tal-ispeċi ekwina
(notifikata bid-dokument C(2018) 1725)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' ekwidi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(1) u (4), l-Artikolu 16(2) u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 19 tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2009/156/KE tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni tal-ekwidi ħajjin fl-Unjoni. Hija tipprevedi li l-importazzjonijiet ta' ekwidi fl-Unjoni jiġu awtorizzati biss minn pajjiżi terzi li jissodisfaw ċerti rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali. |
(2) |
L-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE (2) jistipula listi ta' pajjiżi terzi assenjati lill-gruppi sanitarji A u E. L-Anness VII ta' dik id-Deċiżjoni jinkludi, fost l-oħrajn, mudell ta' ċertifikat tas-saħħa li għandu jintuża għad-dħul mill-ġdid taż-żwiemel reġistrati wara esportazzjoni temporanja għal inqas minn 60 ġurnata, biex jipparteċipaw fl-avvenimenti ekwestri tal-Asian Games u l-Endurance World Cup. |
(3) |
L-avvenimenti ekwestri tat-18-il edizzjoni tal-Asian Games se jsiru f'Jakarta, l-Indoneżja mit-18 ta' Awwissu sat-2 ta' Settembru 2018. Dawn l-avvenimenti se jinkludu kompetizzjonijiet tax-Show Jumping, tad-Dressage u tal-Eventing taħt il-patroċinju tal-Fédération Equestre Internationale u se jattiraw ukoll kombinazzjonijiet bejn żiemel u kavallier stabbiliti fl-Unjoni. |
(4) |
Sabiex jiġi awtorizzat id-dħul mill-ġdid fl-Unjoni bejn l-10 ta' Awwissu 2018 u l-10 ta' Settembru 2018 ta' żwiemel reġistrati għall-kompetizzjoni wara esportazzjoni temporanja bl-għan li jieħdu sehem fl-Asian Games, u sabiex jiġi provdut mudell ta' ċertifikat tas-saħħa li jakkumpanja lil dawn iż-żwiemel reġistrati, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit li dawk iż-żwiemel jistgħu biss jidħlu mill-ġdid fl-Unjoni jekk ikunu akkumpanjati b'ċertifikat tas-saħħa skont il-mudell stipulat fl-Anness VII tad-Deċiżjoni 93/195/KEE. Għal dak il-għan, huwa wkoll meħtieġ li l-Indoneżja tiġi inkluża fil-grupp sanitarju xieraq fl-Anness I ta' dik id-Deċiżjoni. |
(5) |
Peress li l-Anness I ġie emendat diversi drabi, jenħtieġ li jiġi aġġornat u sostitwit fl-intier tiegħu għal raġunijiet ta' ċarezza legali. |
(6) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni 93/195/KEE jenħtieġ li tiġi emendata skont dan. |
(7) |
L-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE (3) jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, jew ta' partijiet minnhom fejn tapplika r-reġjonalizzazzjoni, li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' ekwidi u ta' semen, ova u embrijuni tagħhom, u jindika l-kundizzjonijiet l-oħra li huma applikabbli għal dawn l-importazzjonijiet. |
(8) |
Sabiex jospitaw l-avvenimenti ekwestri tal-Asian Games għall-2018, l-awtoritajiet kompetenti tal-Indoneżja talbu li parti mit-territorju ta' dak il-pajjiż, peress li hija żona li tinsab fuq u madwar korsa tat-tiġrijiet kompletament magħluqa f'żona residenzjali fiċ-ċentru tal-belt ta' Jakarta u li ilha li ġiet żvujtjata mill-ekwini minn Mejju 2016, tiġi rikonoxxuta bħala żona ħielsa mill-mard tal-ekwini. Din iż-żona ħielsa mill-mard tal-ekwini ġiet stabbilita skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) (4) u bl-assistenza ta' esperti. |
(9) |
L-awtoritajiet kompetenti tal-Indoneżja pprovdew għadd ta' garanziji, b'mod partikolari fir-rigward tan-notifikabbiltà tal-mard elenkat fl-Anness I tad-Direttiva 2009/156/KE f'pajjiżhom, u wrew l-impenn li jikkonformaw b'mod sħiħ mal-Artikolu 12(2)(f) ta' dik id-Direttiva fir-rigward tan-notifika immedjata ta' mard lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri. |
(10) |
Skont l-informazzjoni disponibbli mill-Indoneżja u l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE), il-marda Afrikana taż-żwiemel, l-enċefalomjelite ekwina tal-Venezwela u l-istomatite vexxikulari qatt ma ġew irrapportati fl-Indoneżja. |
(11) |
Filwaqt li ma hemm l-ebda rapporti disponibbli rigward l-okkorrenza ta' durina u ta' glanders matul is-snin preċedenti, l-Indoneżja wettqet stħarriġ seroloġiku komprensiv fuq il-popolazzjoni ekwina fiż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza u ż-żona ta' madwar il-parti ewlenija taż-żona ħielsa mill-mard tal-ekwini fil-parti metropolitana ta' Jakarta, liema stħarriġ kellu riżultati negattivi għall-każijiet kollha tal-marda Afrikana taż-żwiemel u tad-durina. Madankollu, wieħed mis-600 żiemel inklużi fl-istħarriġ ġie djanjostikat bil-glanders permezz tas-seroloġija. |
(12) |
Għal perjodu ta' 6 xhur, li formalment beda fil-15 ta' Frar 2018, iż-żona ewlenija li tinkludi l-post magħżul għall-Asian Games se tibqa' ħielsa mill-ekwini u l-miżuri kollha ta' kontroll u ta' bijosigurtà li għandhom x'jaqsmu maż-żona ħielsa mill-marda tal-ekwini se jkunu fis-seħħ sakemm iż-żwiemel parteċipanti jiġu introdotti skont il-protokoll ta' kwarantina miftiehem. |
(13) |
Sabiex jiżguraw il-ħarsien sostenibbli tal-istatus tas-saħħa tal-popolazzjoni ekwina fiż-żona ħielsa mill-mard tal-ekwini, l-awtoritajiet Indoneżjani ntrabtu biex iħaddmu faċilità ta' kwarantina f'din iż-żona biex jikkontrollaw id-dħul ta' ekwini minn stabbilimenti f'partijiet oħrajn tal-Indoneżja u minn pajjiżi terzi mhux imsemmija fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE. Matul din il-kwarantina ta' qabel id-dħul, l-annimali se jkunu soġġetti għat-testijiet tas-saħħa tal-annimali f'konformità mal-kundizzjonijiet tal-importazzjoni tal-Unjoni applikabbli għall-pajjiżi tal-istess grupp sanitarju. |
(14) |
Wara li l-informazzjoni u l-garanziji rrapportati mill-Indoneżja tqiesu bħala sodisfaċenti, jenħtieġ li l-Indoneżja tiġi inkluża fil-lista tal-pajjiżi terzi stipulata fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE għad-dħul mill-ġdid ta' żwiemel reġistrati matul il-perjodu bejn l-10 ta' Awwissu u l-10 ta' Settembru 2018. Fl-istess ħin, jenħtieġ li l-Indoneżja tiġi reġjonalizzata għal ċertu mard tal-ekwini. Mil-lat epidemjoloġiku, jenħtieġ li ż-żona ħielsa mill-mard tal-ekwini fl-Indoneżja tiġi assenjata lill-grupp sanitarju C fil-lista fl-Anness I ta' dik id-Deċiżjoni. |
(15) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni 2004/211/KE jenħtieġ li tiġi emendata skont dan. |
(16) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw id-dħul mill-ġdid taż-żwiemel reġistrati għall-kompetizzjoni wara esportazzjoni temporanja lejn parti mit-territorju tal-Indoneżja reġjonalizzata għall-parteċipazzjoni fl-Asian Games tal-2018 f'Jakarta, sakemm kull żiemel ikun akkumpanjat minn ċertifikat tas-saħħa debitament mimli skont il-mudell ta' ċertifikat tas-saħħa stipulat fl-Anness VII tad-Deċiżjoni 93/195/KEE, u sakemm ukoll iż-żwiemel u ċ-ċertifikati sanitarji li jakkumpanjawhom ikunu ppreżentati lill-post ta' spezzjoni fil-fruntiera ta' dħul fl-Unjoni fil-perjodu ta' żmien indikat fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE.
Artikolu 2
L-Anness I tad-Deċiżjoni 93/195/KEE huwa sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
L-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE huwa emendat skont l-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Għandha tapplika sat-30 ta' Settembru 2018.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Marzu 2018.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE tat-2 ta' Frar 1993 dwar is-saħħa tal-annimali u l-kundizzjonijiet tagħhom u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja tagħhom għad-dħul mill-ġdid ta' żwiemel reġistrati għat-tiġrija, kompetizzjoni u okkażjonijiet kulturali wara esportazzjoni temporanja (ĠU L 86, 6.4.1993, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE tas-6 ta' Jannar 2004 li tistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi u ta' partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' ekwini ħajjin u ta' semen, ova u embrijuni tal-ispeċi ekwina, u li temenda d-Deċiżjonijiet 93/195/KEE u 94/63/KE (ĠU L 73, 11.3.2004, p. 1).
(4) http://www.oie.int/our-scientific-expertise/specific-information-and-recommendations/international-competition-horse-movement/equine-disease-free-zones/
ANNESS I
ANNESS I
Grupp Sanitarju A (1)
L-Iżvizzera (CH), Greenland (GL), l-Iżlanda (IS)
Grupp Sanitarju B (1)
L-Awstralja (AU), il-Belarussja (BY), il-Montenegro (ME), l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (2) (MK), New Zealand(NZ), is-Serbja (RS), ir-Russja (3) (RU), l-Ukrajna (UA)
Grupp Sanitarju C (1)
Il-Kanada (CA), iċ-Ċina (3) (CN), Hong Kong (HK), l-Indoneżja (3) (4) (ID), il-Ġappun (JP), ir-Repubblika tal-Korea (KR), il-Macao (MO), il-Malasja (peniżola) (MY), Singapore (SG), it-Tajlandja (TH), l-Istati Uniti tal-Amerka (US)
Grupp Sanitarju D (1)
L-Arġentina (AR), Barbados (BB), il-Bermuda (BM), il-Bolivja (BO), il-Brażil (3) (BR), iċ-Ċili (CL), il-Costa Rica (3) (CR), Kuba (CU), il-Ġamajka (JM), il-Messiku (3) (MX), il-Perù (3) (PE), il-Paragwaj (PY), l-Urugwaj (UY)
Grupp Sanitarju E (1)
L-Emirati Għarab Magħquda (AE), il-Bahrain (BH), l-Alġerija (DZ), l-Iżrael (5) (IL), il-Ġordan (ĠO), il-Kuwajt (KW), il-Libanu (LB), il-Marokk (MA), l-Oman (OM), il-Qatar (QA), l-Arabja Sawdija (3) (SA), it-Tuneżija (TN), it-Turkija (3) (TR).
ANNESS II
L-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fit-tabella, tiddaħħal l-entrata li ġejja għall-Indoneżja, fl-ordni alfabetika tal-Kodiċi ISO, bejn l-entrati għal Honk Kong u l-Iżrael:
|
(2) |
Tiżdied il-Kaxxa 9 li ġejja:
|