This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018D0294
Council Decision (CFSP) 2018/294 of 26 February 2018 amending Decision (CFSP) 2015/259 in support of activities of the Organisation for the Prohibition of Chemical Weapons (OPCW) in the framework of the implementation of the EU Strategy against Proliferation of Weapons of Mass Destruction
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/294 tas-26 ta' Frar 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/259 b'appoġġ għall-attivitajiet tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi (OPCW) fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi ta' Qerda Massiva
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/294 tas-26 ta' Frar 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/259 b'appoġġ għall-attivitajiet tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi (OPCW) fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi ta' Qerda Massiva
ĠU L 55, 27.2.2018, p. 58–59
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32015D0259 | Sostituzzjoni | anness Test | 26/02/2018 | |
Modifies | 32015D0259 | Sostituzzjoni | artikolu 5 paragrafu 2 | 26/02/2018 |
27.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 55/58 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/294
tas-26 ta' Frar 2018
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/259 b'appoġġ għall-attivitajiet tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi (OPCW) fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi ta' Qerda Massiva
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28(1), flimkien mal-Artikolu 31(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-17 ta' Frar 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/259 (1). |
(2) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/259 tipprevedi perijodu ta' implimentazzjoni għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(2) ta' dik id-Deċiżjoni ta' 36 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim finanzjarju msemmi fl-Artikolu 3(3) ta' dik id-Deċiżjoni. |
(3) |
Fis-17 ta' Jannar 2018, l-entità ta' implimentazzjoni (is-“Segretarjat Tekniku tal-OPCW”) talbet l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni biex testendi l-perijodu ta' implimentazzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/259 b'disa' xhur sabiex tkun tista' titkompla l-implimentazzjoni tal-attivitajiet lil hinn mid-data ta' skadenza msemmija fl-Artikolu 5(2) ta' dik id-Deċiżjoni. |
(4) |
L-emenda mitluba tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/259 tikkonċerna l-Artikolu 5(2) u l-Anness tagħha, b'mod partikolari rigward id-deskrizzjonijiet ta' ċerti attivitajiet tal-Proġett li jenħtieġ li jiġu mmodifikati. |
(5) |
Il-kontinwazzjoni tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/259, kif ikkwotat b'mod speċifiku fit-talba li saret mis-Segretarjat Tekniku tal-OPCW fis-17 ta' Jannar 2018, hija possibbli mingħajr ebda implikazzjoni għar-riżorsi. |
(6) |
Għalhekk id-Deċiżjoni (PESK) 2015/259 jenħtieġ li tiġi emendata sabiex l-attivitajiet previsti fiha jkunu jistgħu jibqgħu jiġu implimentati, permezz tal-estensjoni tat-tul taż-żmien tagħha skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/259 hija b'dan emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. Hija għandha tiskadi 45 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3).”. |
(2) |
Fl-Anness, taħt l-intestatura “Proġett I — Implimentazzjoni Nazzjonali, Verifika u Universalità”, subintestatura “Attivitajiet”, l-aħħar sentenza fid-deskrizzjoni tal-attività “1. Kors ta' Taħriġ Reġjonali għall-Awtoritajiet Doganali tal-Istati Partijiet dwar l-Aspetti Tekniċi tar-Reġim ta' Trasferimenti tas-CWC” hija sostitwita b'dan li ġej: “It-taħriġ ser isir mill-Fergħa ta' Appoġġ għall-Implimentazzjoni tas-Segretarjat Tekniku, bil-ħila esperta teknika mill-Fergħa tad-Dikjarazzjonijiet, fir-reġjun tal-Afrika.”. |
(3) |
Fl-Anness, taħt l-intestatura “Proġett I — Implimentazzjoni Nazzjonali, Verifika u Universalità”, subintestatura “Attivitajiet”, l-aħħar żewġ sentenzi fid-deskrizzjoni tal-attività “10. Implimentazzjoni tat-tagħlimiet li jirriżultaw mill-missjoni tas-Sirja” huma sostitwiti b'dan li ġej: “Sabiex dan isir bl-aktar mod effettiv, qed jiġi propost li s-Segretarjat jorganizza sessjoni ta' ħidma interna biex jiġu eżaminati u analizzati t-tagħlimiet meħuda u biex dawn jiġu implimentati malajr kemm jista' jkun. Jeħtieġ li l-eżiti ta' din is-sessjoni ta' ħidma jinkludu l-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' programmi ta' taħriġ rilevanti kif ukoll ix-xiri tat-tagħmir rakkomandat kif identifikat fis-sessjoni ta' ħidma.”. |
(4) |
Fl-Anness, taħt l-intestatura “Proġett V — Universalità u attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni”, subintestatura “Attivitajiet”, l-ewwel sentenza fid-deskrizzjoni tal-attività “2. Produzzjoni ta' wirja tal-OPCW” hija sostitwita b'dan li ġej: “Il-produzzjoni ta' wirja professjonali fiżika u online dwar l-OPCW u s-CWC biex tintuża f'laqgħat, konferenzi eċċ. rilevanti, f'kollaborazzjoni ma' mużewijiet tax-xjenza u tal-paċi.”. |
(5) |
Fl-Anness, taħt l-intestatura “Proġett V — Universalità u attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni”, subintestatura “Attivitajiet”, id-deskrizzjoni tal-attività “3. Komunikazzjoni maż-żgħażagħ” hija sostitwita b'dan li ġej: “Komunikazzjoni mmirata lejn udjenzi żgħażagħ (ta' età bejn 15 u 25 sena) kemm biex iqajmu kuxjenza dwar l-OPCW u s-CWC kif ukoll biex jinvolvu liż-żgħażagħ fl-esplorazzjoni ta' opportunitajiet għal karrieri futuri f'oqsma u setturi fil-livell internazzjonali. Dan ser jinvolvi komunikazzjoni permezz ta' vidjo blogging u l-iżvilupp ta' materjal ta' komunikazzjoni li jimmira udjenzi żgħażagħ.”. |
(6) |
Fl-Anness, taħt l-intestatura “Proġett V — Universalità u attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni”, subintestatura “Attivitajiet”, id-deskrizzjoni tal-attività “4. Faċilitazzjoni tal-universalità biex Stati li mhumiex Partijiet jingħaqdu mas-CWC” hija sostitwita b'dan li ġej: “Bi ftit Stati mhux Parti għas-CWC, u sabiex tkun promossa l-konformità mas-CWC bħala impenn ta' stat għad-diżarm u l-kooperazzjoni internazzjonali, is-Segretarjat Tekniku tal-OPCW ser jiffoka fuq laqgħat bilaterali u ta' komunikazzjoni ma' Stati li mhumiex Parti u l-isponsorjar ta' parteċipanti minn Stati li mhumiex Parti għas-CWC biex jieħdu sehem f'avvenimenti tal-OPCW.”. |
(7) |
Fl-Anness, taħt l-intestatura “Proġett V — Universalità u attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni”, subintestatura “Attivitajiet”, l-aħħar sentenza tad-deskrizzjoni tal-attività “5. Appoġġ għall-parteċipazzjoni tal-NGOs f'attivitajiet tal-OPCW” hija sostitwita b'dan li ġej: “Din il-proposta ser tipprovdi appoġġ bażiku għall-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni biex rappreżentanti ta' NGOs minn Stati b'ekonomiji li qed jiżviluppaw jew ekonomiji fi transizzjoni jattendu kull waħda mill-Konferenzi tal-Istati Parti fl-2015, l-2016, l-2017 u l-2018.”. |
(8) |
Fl-Anness, taħt l-intestatura “Proġett VI — Programm tal-Afrika”, subintestatura “Attivitajiet”, id-deskrizzjoni tal-attività “4. Sinerġiji u Sħubija għal implimentazzjoni effettiva” hija sostitwita b'dan li ġej: “L-attività għandha l-għan li ssaħħaħ il-ħila tal-Awtoritajiet Nazzjonali tas-CWC li jintlaħqu l-partijiet interessati nazzjonali, u tippromwovi l-impenn tal-aġenziji/korpi tal-partijiet interessati fl-appoġġ għall-implimentazzjoni tas-CWC. Dawn huma assoċjazzjonijiet nazzjonali tal-industrija, organizzazzjonijiet reġjonali/subreġjonali, istituzzjonijiet doganali ta' taħriġ, laboratorji u istituzzjonijiet akkademiċi. L-attività ser tiffaċilita l-kondiviżjoni ta' prattiki fost l-Istati Partiijiet mir-reġjun tal-Afrika u tħeġġeġ l-appoġġ bejn Stat u ieħor. Il-parteċipanti mill-Istati Partijiet Afrikani ser jiġu sponsorjati biex jieħdu sehem f'laqgħa tal-Awtoritajiet Nazzjonali fil-Kwartieri Ġenerali tal-OPCW f'The Hague.”. |
(9) |
Fl-Anness, taħt l-intestatura “Proġett VI — Programm tal-Afrika”, subintestatura “Attivitajiet”, l-aħħar sentenza fid-deskrizzjoni tal-attività “5. Kors għall-Iżvilupp ta' kompetenzi analitiċi” hija sostitwita b'dan li ġej: “Il-korsijiet jiġu implimentati bl-appoġġ ta' Verifin, istituzzjoni magħrufa li ġiet magħżula permezz ta' proċess trasparenti ta' akkwist, li magħha l-OPCW daħlet fi ftehim ta' ħames snin, u bl-appoġġ tal-Istitut Nazzjonali għar-Riċerka u l-Analiżi Fiżika u Kimika (INRAP) tat-Tuneżija.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Frar 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/259 tas-17 ta' Frar 2015 b'appoġġ għall-attivitajiet tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi (OPCW) fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi ta' Qerda Massiva (ĠU L 43, 18.2.2015, p. 14).