This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018D0168
Council Implementing Decision (CFSP) 2018/168 of 2 February 2018 implementing Decision (CFSP) 2015/740 concerning restrictive measures in view of the situation in South Sudan
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/168 tat-2 ta' Frar 2018 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/740 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan t'Isfel
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/168 tat-2 ta' Frar 2018 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/740 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan t'Isfel
ĠU L 31, 3.2.2018, p. 86–87
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32015D0740 | Żieda | anness II Test | 03/02/2018 |
3.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 31/86 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/168
tat-2 ta' Frar 2018
li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/740 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan t'Isfel
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/740 tas-7 ta' Mejju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan t'Isfel u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/449/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-7 ta' Mejju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/740. |
(2) |
Fid-dawl tas-sitwazzjoni umanitarja u ta' sigurtà dejjem tiħżien fis-Sudan t'Isfel, u b'kont meħud tan-nuqqas ta' impenn għall-proċess ta' paċi minn xi atturi, kif jidher mill-ksur ripetut tal-ftehim ta' Waqfien tal-Ostilitajiet iffirmat fil-21 ta' Diċembru 2017, jenħtieġ li jiżdiedu tliet persuni mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi fl-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/740. |
(3) |
Jenħtieġ għalhekk li l-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/740 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/740 huwa b'dan emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Frar 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
E. ZAHARIEVA
(1) ĠU L 117, 8.5.2015, p. 52.
ANNESS
Il-persuni li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/740:
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-inklużjoni fil-lista |
“1. |
Paul Malong |
Data tat-twelid: 2 ta' Jannar 1962; 12 ta' April 1960; 4 ta' Diċembru 1960; 30 ta' Jannar 1960. Post tat-twelid: Malualkon, is-Sudan; Malualkon, is-Sudan t'Isfel; Warawar, is-Sudan; Warawar, is-Sudan t'Isfel |
Paul Malong kien il-Kmandant tal-Istat Maġġur tal-Armata għal-Liberazzjoni tal-Poplu tas-Sudan (SPLA) sa Mejju 2017. Għalkemm tneħħa mill-pożizzjoni tiegħu, għadu figura influwenti ferm peress li għandu l-kontroll ta' diversi milizzji, għandu persuni leali lejh fi ħdan l-SPLA u għandu netwerk kbir taħt il-patroċinju tiegħu. L-influwenza tiegħu tidher ukoll mill-fatti fejn f'Ottubru 2017 uffiċjali għolja (inkluż il-Logutenent Kurunell Chan Garang) ippruvaw, bl-użu tal-forza, jeħilsu lil Malong mill-arrest domiċiljarju; f'Jannar 2018, il-President Kiir akkuża lil Malong b'mobilizzazzjoni għal gwerra. Malong ikkmanda wkoll truppi li kkommettew ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż attakki u qtil ta' ċivili u d-distruzzjoni estensiva ta' rħula. |
3.2.2018 |
2. |
Michael Makuei Leuth |
Data tat-twelid: 1947; Post tat-twelid: Bor, is-Sudan t'Isfel; Bor, is-Sudan |
Michael Makuei Leuth ilu fil-pożizzjoni ta' Ministru għall-Informazzjoni u x-Xandir mill-2013, u kien il-kelliem pubbliku tad-delegazzjoni tal-gvern għat-taħditiet ta' paċi tal-Awtorità Intergovernattiva għall-Iżvilupp (IGAD). Makuei ostakola l-proċess politiku fis-Sudan t'Isfel, b'mod partikolari billi ostakola l-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar ir-Riżoluzzjoni tal-Konflitt fis-Sudan t'Isfel (ARCSS) ta' Awwissu 2015 permezz ta' dikjarazzjonijiet pubbliċi infjammatorji u billi ostakola l-ħidma tal-Kumitat ta' Evalwazzjoni Konġunt ta' Monitoraġġ tal-ARCSS u l-istabbiliment tal-Istituzzjonijiet Ġudizzjarji Transitorji tal-ARCSS. Huwa ostakola wkoll l-operazzjonijiet tal-Forza ta' Protezzjoni Reġjonali tan-NU (RPF). Makuei huwa wkoll responsabbli minn ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż restrizzjonijiet fuq il-libertà ta' espressjoni. |
3.2.2018 |
3. |
Malek Reuben Riak |
Pożizzjoni: Logutenent Ġeneral Data tat-twelid: 1 ta' Jannar 1960; Post tat-twelid: Yei, is-Sudan t'Isfel |
Malek Reuben Riak kien Viċi Kmandant tal-Istat Maġġur tad-Difiża u Spettur Ġenerali tal-armata tal-gvern minn Mejju 2017. Qabel dan, kien Viċi Kmandant tal-Istat Maġġur tal-SPLA għat-Taħriġ (Marzu 2016 - Mejju 2017), u Viċi Kmandant tal-SPLA (Jannar 2013 - Marzu 2016). Bħala Viċi Kmandant tal-Istat Maġġur tad-Difiża, kellu rwol fl-akkwist ta' armi għall-armata. Malek Reuben Riak ġie identifikat mill-Panel ta' Esperti tan-NU bħala uffiċjal għoli responsabbli mill-ippjanar u s-sorveljanza tal-eżekuzzjoni tal-offensiva tal-gvern fl-Istat ta' Unity f'April 2015. Twettaq ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, li kien jinkludi d-distruzzjoni sistematika ta' rħula u infrastruttura, l-ispostament b'forza tal-popolazzjoni lokali, il-qtil indiskriminat u t-tortura ta' persuni ċivili, l-użu mifrux ta' vjolenza sesswali, inkluż kontra l-anzjani u t-tfal, u l-ħtif u r-reklutaġġ ta' tfal bħala suldati. Din l-offensiva, fil-kuntest tat-taħditiet għall-paċi li għaddejjin bejn il-gvern u l-oppożizzjoni, ostakolat il-proċess politiku minħabba atti ta' vjolenza. |
3.2.2018” |