This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R2246
Commission Implementing Regulation (EU) 2017/2246 of 30 November 2017 concerning the classification of certain goods in the Combined Nomenclature
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2246 tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2246 tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
C/2017/8278
ĠU L 324, 8.12.2017, p. 8–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
8.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 324/8 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2246
tat-30 ta' Novembru 2017
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), hemm bżonn li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha b'mod parzjali jew bis-sħiħ, jew li żżid kwalunkwe sottodiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati t-tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti. |
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella. |
(4) |
Jixraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta' tliet xhur. |
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Stephen QUEST
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
(1) |
(2) |
(3) |
Pjanċi tal-aluminju mhux esposti (l-hekk imsejħa “pjanċi termali pożittivi li huma sensittivi għad-dijodu tal-lejżer”), b'forma rettangolari, b'ġenb wieħed itwal minn 255 mm, miksija fuq naħa waħda b'emulsjoni (li essenzjalment tikkonsisti f'reżina li ddub fl-alkali, f'kolorant IR (infraaħmar) wieħed jew aktar (konvertitur fototermali) u f'suppressur tas-solubilità (kolorant)) li huma sensittivi għad-dijodi tal-lejżer infraaħmar b'tul ta' mewġa ta' 830 nm. Huma intenzjonati biex jintużaw ma' tagħmir CTP (teknoloġija Kompjuter To Plate) għall-istampar ta' daqs medju sa kbir. Sabiex iservu aktar, il-pjanċi jgħaddu minn dak li nsejħulu proċess “tal-ħami” biex l-istampa tibbies ladarba tkun ġiet żviluppata. |
3701 30 00 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-regoli ġenerali 1 u 6 tal-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-nota 2 tal-Kapitolu 37 u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 3701 u 3701 30 00 . Il-prodott għandu l-karatteristiċi oġġettivi ta' pjanċa fotografika mhux esposta, koperta b'materjal fotosensittiv. In-nota 2 tal-Kapitolu 37 tiddefinixxi l-kelma “fotografiku” bħala relatata mal-proċess li bih jiffurmaw xbihat viżibbli, direttament jew indirettament, bl-azzjoni ta' dawl jew forom oħrajn ta' radjazzjoni fuq uċuħ fotosensittivi. Il-pjanċi fotografiċi tal-Kapitolu 37 huma dawk b'saff wieħed jew aktar ta' kwalunkwe emulsjoni sensittiva għad-dawl jew forom oħra ta' radjazzjoni li jkollhom enerġija suffiċjenti biex jikkawżaw ir-reazzjoni meħtieġa f'materjali sensittivi għall-fotoni (jew fotosensittivi), jiġifieri r-radjazzjoni b'tul ta' mewġa mhux itwal minn madwar 1 300 nm fl-ispettru elettromanjetiku (inklużi r-raġġi gamma, radjazzjoni ultravjola u kważi infraaħmar) kif ukoll radjazzjoni bil-partikuli (jew nukleari), kemm jekk għal riproduzzjoni monokrom jew inkella tal-kulur (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (HSEN) tal-Kapitolu 37). It-tul ta' mewġa tas-sensittività għar-radjazzjoni tas-saff sensitizzat ta' dawn il-pjanċi (830 nm) taqa' fil-medda ta' tul ta' mewġ aċċettat fl-intestatura 3701 . Il-klassifikazzjoni taħt il-kodiċi NM 8442 50 00 bħala pjanċi tal-istampar hija għaldaqstant eskluża minħabba li pjanċi sensitizzati tal-intestatura 3701 huma esklużi mill-intestatura 8442 (ara wkoll il-HSEN tal-intestatura 8442 , il-punt (B) u l-Opinjoni tal-Klassifikazzjoni HS 3701.30/1 tal-2015). Għalhekk il-pjanċi għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM 3701 30 00 bħala pjanċi fotografiċi oħra, b'xi ġenb aktar minn 255 mm. |