This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R0693
Commission Regulation (EU) 2017/693 of 7 April 2017 amending Annexes II, III and V to Regulation (EC) No 396/2005 of the European Parliament and of the Council as regards maximum residue levels for bitertanol, chlormequat and tebufenpyrad in or on certain products (Text with EEA relevance. )
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/693 tas-7 ta' April 2017 li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta' residwi għal bitertanol, klormekwat u tebufenpirad f'ċerti prodotti jew fuqhom (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/693 tas-7 ta' April 2017 li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta' residwi għal bitertanol, klormekwat u tebufenpirad f'ċerti prodotti jew fuqhom (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2017/2204
ĠU L 101, 13.4.2017, p. 1–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32005R0396 | Tħassir | anness II Test | 03/11/2017 | |
Modifies | 32005R0396 | Żieda | anness II Test | 03/11/2017 | |
Modifies | 32005R0396 | Sostituzzjoni | anness II Test | 03/11/2017 | |
Modifies | 32005R0396 | Tħassir | anness III P. A Test | 03/11/2017 | |
Modifies | 32005R0396 | Tħassir | anness III P. B Test | 03/11/2017 | |
Modifies | 32005R0396 | Żieda | anness V Test | 03/11/2017 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32017R0693R(01) |
13.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 101/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/693
tas-7 ta' April 2017
li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta' residwi għal bitertanol, klormekwat u tebufenpirad f'ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) l-Artikolu 16(1)(a), l-Artikolu 17, l-Artikolu 18(1)(b) u l-Artikolu 49(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Għall-bitertanol u għall-klormekwat, il-livelli massimi ta' residwu (MRLs) ġew stabbiliti fl-Anness II u fil-Parti B tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. L-MRLs għat-tebufenpirad ġew stabbiliti fil-Parti A tal-Anness III ta' dak ir-Regolament. |
(2) |
Għall-bitertanol, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”, ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti f'konformità mal-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 flimkien mal-Artikolu 12(1) tiegħu (2). Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 767/2013 (3) jipprevedi li jirtira l-approvazzjoni tal-bitertanol, billi ma ġietx sottomessal-informazzjoni ulterjuri ta' konferma dwar din is-sustanza attiva meħtieġa skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1278/2011 (4). L-awtorizzazzjonijiet kollha eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-bitertanol ġew iritirati u ma ġie nnotifikat l-ebda użu awtorizzat f'pajjiżi terzi. Għaldaqstant, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, flimkien mal-Artikolu 14(1)(a) tiegħu, l-MRLs stabbiliti għal bitertanol fl-Anness II u fil-Parti B tal-Anness III ta' dak ir-Regolament għandhom jitħassru. L-Awtorità pproponiet li tibdel id-definizzjoni tar-residwu għas-somma tal-isomeri tal-bitertanol u rrakkomandat li jitnaqqsu l-MRLs għal prodotti tal-pjanti u tal-annimali għal-limitu rilevanti ta' determinazzjoni (level of determination (LOD)). Dawn il-valuri awtomatiċi għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 skont l-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(3) |
Għall-klormekwat, l-Awtorità bagħtet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (5). L-Awtorità pproponiet li d-definizzjoni tar-residwu tinbidel għal klormekwat u l-imluħ tiegħu espressi bħala klorur tal-klormekwat. Id-dejta li rriżultat mill-monitoraġġ riċenti turi li r-residwi iseħħu fuq il-faqqiegħ ikkultivat mhux ittrattat u l-lanġas mhux itrattat f'livell ogħla mil-limitu tal-kwantifikazzjoni. Residwi bħal dawn jistgħu jirriżultaw minn kontaminazzjoni kroċjata ta' faqqiegħ ikkultivat bit-tiben legalment ittrattat bil-klormekwat, rispettivament minn trasferiment mhux intenzjonat minn użu preċedenti tal-klormekwat fuq il-lanġas. L-Awtorità pproponiet li tibbaża l-MRLs għal-lanġas fuq 95 fil-mija tar-riżultati minn dejta ta' monitoraġġ immirat u pproponiet biex jitqiesu mill-maniġers tar-riskju ħames tipi differenti ta' MRLs għal faqqiegħ ikkultivat, li kienu bbażati fuq l-approċċi rakkomandati mill-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti rispettivament għall-iffissar tal-MRLs fil-ħwawar u tal-MRLs estranji (6). Peress li ma hemmx riskju għall-konsumaturi, l-MRL għall-faqqiegħ ikkultivat għandu jiġi stabbilit f'livell li jikkorrispondi għal 99 fil-mija tar-riżultati kollha tal-ikkampjunar. Se jsir rieżami ta' dawn l-MRLs; ir-rieżami se jqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien erba' snin mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
(4) |
Għat-tebufenpirad, l-Awtorità ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti f'konformità mal-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 flimkien mal-Artikolu 12(1) tiegħu (7). Hija identifikat riskju għall-konsumaturi fir-rigward tal-MRLs għall-bżar ħelu/kapsikum. Għalhekk huwa xieraq li dawn l-MRLs jitnaqqsu. L-Awtorità kkonkludiet li fir-rigward tal-MRLs għall-berquq, għall-ħawħ, għat-tut, għaċ-ċawsli iswed, għall-fażola (friska, bil-miżwed), għaż-żerriegħa tal-qoton u għall-komoditajiet ta' oriġini mill-annimali, xi informazzjoni ma kinitx disponibbli u li kien hemm bżonn ta' aktar kunsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskju. Peress li m'hemm l-ebda riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal dawk il-prodotti għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. Se jsir rieżami ta' dawn l-MRLs; ir-rieżami se jqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
(5) |
Fir-rigward ta' prodotti li fuqhom mhux awtorizzat l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti kkonċernat, u li għalihom ma jeżistux tolleranzi tal-importazzjoni jew limiti massimi tar-residwi Codex (CXLs), l-MRLs għandhom jiġu stabbiliti fil-limitu speċifiku tal-kwantifikazzjoni jew għandu japplika l-MRL li japplika s-soltu, kif stipulat fl-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(6) |
Il-Kummissjoni kkonsultat mal-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea dwar ir-residwi tal-pestiċidi, fir-rigward tal-ħtieġa li jiġu adattati ċerti LODs. Għal diversi sustanzi, dawk il-laboratorji kkonkludew li għal ċertu prodotti bażiċi l-iżvilupp tekniku jeżiġi li jiġu stabbiliti limiti speċifiċi ta' kwantifikazzjoni. |
(7) |
Abbażi tal-opinjonijiet motivati tal-Awtorità u filwaqt li jitqiesu l-fatturi rilevanti tas-suġġett ikkunsidrat, l-emendi x-xierqa tal-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(8) |
Is-sħab kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-MRLs il-ġodda permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u tqiesu l-kummenti tagħhom. |
(9) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 għandu jiġi emendat skont dan. |
(10) |
Sabiex il-prodotti jkunu jistgħu jiġu kummerċjalizzati, ipproċessati u kkunsmati b'mod normali, dan ir-Regolament għandu jipprovdi għal arranġament tranżitorju għall-prodotti li jkunu ġew prodotti legalment qabel il-modifika tal-MRLs u li għalihom jintwera li nżamm livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi. Minħabba li ma jistax jiġi eskluż riskju għall-konsumaturi bl-MRLs attwali, il-valur għat-tebufenpirad ta' “0,01(*) mg/kg” għall-bżar ħelu/kapsikum għandu japplika għall-prodotti kollha, mid-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
(11) |
Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli taż-żmien qabel ma jibdew japplikaw l-MRLs immodifikati, sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi tan-negozji tal-ikel jingħataw biżżejjed żmien biex iħejju ruħhom ħalli jkunu konformi mar-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-modifika tal-MRLs. |
(12) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 qed jiġu emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
F'dak li għandu x'jaqsam mas-sustanzi attivi tal-bitertanol u tal-klormekwat fil-prodotti kollha jew fuqhom, għandu jkompli japplika r-Regolament (KE) Nru 396/2005 hekk kif kien qabel ma ġie emendat b'dan ir-Regolament għall-prodotti li kienu mmanifatturati qabel it-3 ta' Novembru 2017.
Fir-rigward tas-sustanza attiva tebufenpirad fil-prodotti kollha u fuqhom, għajr il-bżar ħelu/kapsikum, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 kif kien qabel ma ġie emendat permezz ta' dan ir-Regolament jibqa' japplika għall-prodotti li kienu manifatturati qabel it-3 ta' Novembru 2017.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Japplika mit-3 ta' Novembru 2017.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' April 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) European Food Safety Authority; Review of the existing maximum residue levels for bitertanol according to Article 12 of Regulation (CE) No 396/2005. EFSA Journal 2016;14(2):4386.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 767/2013 tat-8 ta' Awwissu 2013 li jirtira l-approvazzjoni tas-sustanza attiva bitertanol, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 215, 9.8.2013, p. 5).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1278/2011 tat-8 ta' Diċembru 2011 li japprova s-sustanza attiva bitertanol, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE (ĠU L 327, 9.12.2011, p. 49).
(5) European Food Safety Authority; Review of the existing maximum residue levels (MRLs) for chlormequat according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005. EFSA Journal 2016;14(3):4422.
(6) FAO, 2009. Submission and evaluation of pesticide residues data for the estimation of Maximum Residue Levels in food and feed. Pesticide Residues. 2nd Ed. FAO Plant Production and Protection Paper 197, 264 pp.
(7) European Food Safety Authority; Review of the existing maximum residue levels for tebufenpyrad according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005. EFSA Journal 2016;14(4):4469.
ANNESS
L-Annessi II, III, u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
(1) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Anness III huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
Fl-Anness V, tiżdied il-kolonna li ġejja għall-bitertanol: “Residwi ta' pestiċidi u livelli massimi ta' residwi (f'mg/kg)
|
(*1) Jindika limitu iktar baxx ta' kwantifikazzjoni analitika
(1) Għal-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I.
Klormekwat (is-somma tal-klormekwat u l-imluħa tiegħu, espress bħala klorur tal-klormekwat)
(+) |
Id-dejta li rriżultat mill-monitoraġġ riċenti turi li l-livelli tal-klormekwat fil-lanġas qed jonqos iżda għadu jseħħ f'livelli ogħla mil-limitu ta' kwantifikazzjoni minħabba l-użi preċedenti. Għalhekk jixraq li jiġi stabbilit MRL temporanju bil-valur ta' 0,07 mg/kg, sakemm titressaq dejta minn monitoraġġ aktar riċenti. Meta tirrieżamina l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni, jekk titressaq sa tat-13 ta' April 2021, jew, jekk dik l-informazzjoni ma titressaqx sa dik id-data, in-nuqqas tagħha.
|
(+) |
MRL temporanju validu sal-31 ta' Lulju 2019, sakemm tiġi sottomessa dejta ta' appoġġ. Wara din id-data l-MRL se jkun 0.01* mg/kg sakemm ma tiġix modifikata permezz ta' Regolament fid-dawl ta' informazzjoni ġdida.
|
(+) |
Il-monitoraġġ juri li l-kontaminazzjoni kroċjata tal-faqqiegħ ikkultivat mhux ittrattat jista' jseħħ permezz tat-tiben legalment trattat bil-klormekwat. Din il-kontaminazzjoni kroċjata tista' ma tkunx tista tiġi evitata kompletament fil-każijiet kollha. Meta tirrieżamina l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni, jekk titressaq sa tat-13 ta' April 2021, jew, jekk dik l-informazzjoni ma titressaqx sa dik id-data, in-nuqqas tagħha.
|
(+) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel indunat li xi informazzjoni dwar il-metaboliżmu tal-għelejjel mhix disponibbli. Meta tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk titressaq sa tat-13 ta' April 2019, jew, jekk dik l-informazzjoni ma titressaqx sa dik id-data, in-nuqqas tagħha.
|
(+) |
Il-livell massimu ta' residwi applikabbli għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-grupp tal-ħwawar (il-kodiċi 0840040) huwa dak stabbilit għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-kategorija tal-ħxejjex, fil-grupp tal-għeruq u tat-tuberi (il-kodiċi 0213040) filwaqt li jitqies it-tibdil fil-livelli permezz tal-ipproċessar (it-tnixxif) skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.
|
(*2) Jindika limitu iktar baxx ta' kwantifikazzjoni analitika
(2) Għal-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I.
(F) |
= |
Idub fix-xaħam |
Tebufenpirad (F)
(+) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar il-provi tar-residwi bħala mhux disponibbli. Meta tirrieżamina l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk titressaq sa tat-13 ta' April 2019, jew, jekk dik l-informazzjoni ma titressaqx sa dik id-data, in-nuqqas tagħha.
|
(+) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar il-metodi analitiċi bħala mhux disponibbli. Meta tirrieżamina l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk titressaq sa 13 ta' April 2019, jew, jekk dik l-informazzjoni ma titressaqx sa dik id-data, in-nuqqas tagħha.
|
(+) |
Il-livell massimu ta' residwi applikabbli għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-grupp tal-ħwawar (il-kodiċi 0840040) huwa dak stabbilit għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-kategorija tal-ħxejjex, fil-grupp tal-għeruq u tat-tuberi (il-kodiċi 0213040) filwaqt li jitqies it-tibdil fil-livelli permezz tal-ipproċessar (it-tnixxif) skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.
|
(+) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel identifikat xi informazzjoni dwar il-metodi analitiċi bħala mhux disponibbli. Meta tirrevedi l-MRL, il-Kummissjoni se tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza, jekk titressaq sa 13 ta' April 2019, jew, jekk dik l-informazzjoni ma titressaqx sa dik id-data, in-nuqqas tagħha.
|
(*3) Jindika limitu iktar baxx ta' kwantifikazzjoni analitika
(3) Għal-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I.
(F) |
= |
Idub fix-xaħam |
Bitertanol (is-somma ta' isomeri) (F)
(+) |
Il-livell massimu ta' residwi applikabbli għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-grupp tal-ħwawar (il-kodiċi 0840040) huwa dak stabbilit għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-kategorija tal-ħxejjex, fil-grupp tal-għeruq u tat-tuberi (il-kodiċi 0213040) filwaqt li jitqies it-tibdil fil-livelli permezz tal-ipproċessar (it-tnixxif) skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.
|