This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D0905
Council Implementing Decision (CFSP) 2017/905 of 29 May 2017 implementing Decision 2010/788/CFSP concerning restrictive measures against the Democratic Republic of the Congo
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/905 tad-29 ta' Mejju 2017 li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/905 tad-29 ta' Mejju 2017 li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo
ĠU L 138I, 29.5.2017, p. 6–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32010D0788 | Żieda | anness II Test | 29/05/2017 |
29.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 138/6 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/905
tad-29 ta' Mejju 2017
li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK tal-20 ta' Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fl-20 ta' Diċembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK. |
(2) |
Fit-12 ta' Diċembru 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2231 (2) b'reazzjoni għat-tfixkil tal-proċess elettorali u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem marbut miegħu fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK). Fis-6 ta' Marzu 2017, il-Kunsill adotta konklużjonijiet li jesprimu it-tħassib serju tiegħu dwar is-sitwazzjoni politika fir-RDK ikkaġunata mill-imblokk fl-implimentazzjoni tal-ftehim politiku inklużiv tal-31 ta' Diċembru 2016, kif ukoll mis-sitwazzjoni tas-sigurtà f'diversi partijiet tal-pajjiż fejn ġie osservat użu sproporzjonat tal-forza. |
(3) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fir-RDK, jenħtieġ li jinżdiedu disa' persuna mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/788/PESK. |
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/788/PESK jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/788/PESK huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Mejju 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
C. CARDONA
(1) ĠU L 336, 21.12.2010, p. 30.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2231 tat-12 ta' Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU L 336, 12.12.2016, p. 7).
ANNESS
Il-persuni li ġejjin jinżiedu mal-lista ta' persuni u entitajiet li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/788/PESK:
A. Persuni
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet għad-deżinjazzjoni |
Data tal-elenkar |
“8. |
Evariste Boshab, eks-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Intern u s-Sigurtà |
Magħruf ukoll bħala Evariste Boshab Mabub Ma Bileng Data tat-twelid: 12.1.1956. Post tat-twelid: Tete Kalamba (RDK). Numru tal-passaport diplomatiku: DP 0000003 (validu: 21.12.2015 — skadenza: 20.12.2020). il-Viża ta' Schengen skadiet fil-5.1.2017. Nazzjonalità Kongoliża. |
Fil-kapaċità tiegħu ta' Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Intern u s-Sigurtà minn Diċembru 2014 sa Diċembru 2016, Evariste Boshab kien uffiċjalment responsabbli mill-pulizija u s-servizzi ta' sigurtà u l-koordinazzjoni tal-ħidma tal-gvernaturi provinċjali. F'din il-kapaċità, huwa kien responsabbli għall-arrest ta' attivisti u ta' membri tal-oppożizzjoni, kif ukoll għall-użu sproporzjonat tal-forza, inkluż bejn Settembru 2016 u Diċembru 2016 b'reazzjoni għad-dimostrazzjonijiet f'Kinshasa, li wassal biex għadd kbir ta' ċivili nqatlu jew indarbu mis-servizzi ta' sigurtà. Evariste Boshab kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta' atti li jikkostitwixxu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. |
29.5.2017 |
9. |
Gédéon Kyungu Mutanga |
Data tat-twelid: madwar l-1974 fil-provinċja ta' Tanganyika. Nazzjonalità Kongoliża. |
Billi kien il-mexxej tal-milizzja Bakata Katanga bejn l-2011 u l-2016, Gédéon Kyungu Mutanga kien involut fi ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u delitti tal-gwerra bħal qtil u attakki kontra l-popolazzjoni ċivili, speċjalment f'żoni rurali tar-reġjun ta' Katanga. Gédéon Kyungu Mutanga bħalissa huwa l-mexxej ta' grupp armat involut f'abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fil-provinċja ta' Kasai u f'appoġġ lill-forzi tal-gvern li qed iwettqu ksur tad-drittijiet tal-bniedem. Gédéon Kyungu Mutanga kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta' atti li jikkostitwixxu ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. |
29.5.2017 |
10. |
Alex Kande Mupompa, Gvernatur ta' Kasai Central |
Magħruf ukoll bħala Alexandre Kande Mupomba; Kande-Mupompa. Data tat-twelid: 23.9.1950; Post tat-twelid: Kananga (RDK). Numru tal-passaport tar-RDK: OP 0024910 (validu: 21.3.2016 — skadenza: 20.3.2021); Indirizz: Messidorlaan 217/25, 1180 Uccle, il-Belġju Nazzjonalità Kongoliża u Belġjana |
Bħala Gvernatur ta' Kasai Central, Alex Kande Mupompa huwa responsabbli għall-użu sproporzjonat tal-forza, ir-repressjoni vjolenti u l-każijiet ta' qtil extraġudizzjarju li twettqu mill-forzi tas-sigurtà u mill-PNC f'Kasai Central mill-2016, inkluż l-allegat qtil illegali ta' membri tal-milizzja ta' Kamiuna Nsapu u persuni ċivili fi Mwanza Lomba, Kasai Central, fi Frar 2017. Alex Kande Mupompa kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta' atti li jikkostitwixxu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. |
29.5.2017 |
11. |
Jean-Claude Kazembe Musonda, eks-Gvernatur ta' Haut-Katanga |
Data tat-twelid: 17.5.1963; Post tat-twelid: Kashobwe (RDK). Nazzjonalità Kongoliża. |
Bħala Gvernatur ta' Haut Katanga sa April 2017, Jean-Claude Kazembe Musonda kien responsabbli għall-użu sproporzjonat tal-forza u r-repressjoni vjolenti mwettqa mill-forzi tas-sigurtà u l-PNC f'Haut Katanga, inkluż bejn il-15 u l-31 ta' Diċembru 2016 meta, b'reazzjoni għall-protesti f'Lubumbashi, 12-il persuna ċivili nqatlu u 64 indarbu b'riżultat tal-użu ta' forza letali mill-forzi tas-sigurtà inkluż aġenti tal-PNC. Jean-Claude Kazembe Musonda kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta' atti li jikkostitwixxu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. |
29.5.2017 |
12. |
Lambert Mende, Ministru għall-Komunikazzjoni u l-Mezzi tax-Xandir, u kelliem tal-Gvern |
Magħruf ukoll bħala Lambert Mende Omalanga Data tat-twelid: 11.2.1953. Post tat-twelid: Okolo (RDK). Numru tal-passaport diplomatiku: DB0001939 (maħruġ fl-4.5.2017, u jiskadi fit-3.5.2022). Nazzjonalità Kongoliża. |
Bħala Ministru għall-Komunikazzjoni u l-Mezzi tax-Xandir mill-2008, Lambert Mende huwa responsabbli għall-politika repressiva applikata għall-mezzi tax-xandir fir-RDK, li tikser id-dritt tal-libertà ta' espressjoni u ta' informazzjoni u ddgħajjef il-kisba ta' soluzzjoni kunsenswali u paċifika għall-elezzjonijiet fir-RDK. Fit-12 ta' Novembru 2016, huwa adotta digriet li jillimita l-possibbiltà li mezzi tax-xandir barranin ixandru fir-RDK. Bi ksur tal-ftehim politiku milħuq fil-31 ta' Diċembru 2016 bejn il-maġġoranza presidenzjali u l-partiti tal-oppożizzjoni, ix-xandiriet ma reġgħux bdew għal għadd ta' xandara, dan f'Mejju 2017. Fil-kapaċità tiegħu bħala Ministru għall-Komunikazzjoni u l-Mezzi tax-Xandir, Lambert Mende huwa għalhekk responsabbli li fixkel il-kisba ta' soluzzjoni kunsenswali u paċifika għall-elezzjonijiet fir-RDK, inkluż b'atti ta' vjolenza, repressjoni jew inċitament għall-vjolenza, jew billi dgħajjef l-istat tad-dritt. |
29.5.2017 |
13. |
Muhindo Akili Mundos, Kmandant tal-31 Brigata tal-FARDC |
Magħruf ukoll bħala Charles Muhindo Akili Mundos; Charles Muhindo Akilimani Mundos. Data tat-twelid: 10.11.1972. Post tat-twelid: Kirotse (RDK). Numru tal-karta tal-identità militari: 1-72-96-80384-52. Nazzjonalità Kongoliża. |
Muhindo Akili Mundos kien il-kmandant tal-FARDC tal-operazzjoni Sukola I responsabbli mill-operazzjonijiet militari kontra l-ADF minn Awwissu 2014 sa Ġunju 2015. Huwa rrekluta u ta armi lil eks-ġellieda minn grupp armat lokali biex jieħdu sehem fi qtil extraġudizzjarju u massakri li bdew f'Ottubru 2014. Muhindo Akili Mundos kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta' atti li jikkostitwixxu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. |
29.5.2017 |
14. |
Il-Brigadier Ġeneral Eric Ruhorimbere, Viċi Kmandant tal-21 reġjun militari (Mbuji-Mayi) |
Magħruf ukoll bħala Eric Ruhorimbere Ruhanga; Tango Two; Tango Deux. Data tat-twelid: 16.7.1969. Post tat-twelid: Minembwe (RDK). Numru tal-karta tal-identità militari: 1-69-09-51400-64. Nazzjonalità Kongoliża. |
Bħala Viċi Kmandant tal-21 reġjun militari mit-18 ta' Settembru 2014, Eric Ruhorimbere kien responsabbli għall-użu sproporzjonat tal-forza u għal każijiet ta' qtil extraġudizzjarju mwettqa mill-FARDC, speċjalment kontra l-milizzja Nsapu u kontra nisa u tfal. Eric Ruhorimbere kien għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta' atti li jikkostitwixxu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. |
29.5.2017 |
15. |
Ramazani Shadari, Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Intern u s-Sigurtà |
Magħruf ukoll bħala Emmanuel Ramazani Shadari Mulanda; Shadary. Data tat-twelid: 29.11.1960. Post tat-twelid: Kasongo (RDK). Nazzjonalità Kongoliża |
Bħala Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Intern u s-Sigurtà mill-20 ta' Diċembru 2016, Ramazani Shadari kien uffiċjalment responsabbli mill-pulizija u s-servizzi ta' sigurtà u l-koordinazzjoni tal-ħidma tal-gvernaturi provinċjali. F'din il-kapaċità, huwa responsabbli għall-arresti reċenti ta' attivisti u membri tal-oppożizzjoni, kif ukoll għall-użu sproporzjonat tal-forza mill-ħatra tiegħu 'l hawn, bħall-miżuri ta' repressjoni vjolenti ta' membri tal-moviment Bundu Dia Kongo (BDK) fil-Kongo Ċentrali, ir-repressjoni f'Kinshasa matul Jannar u Frar 2017 u l-użu sproporzjonat tal-forza u r-repressjoni vjolenti fil-provinċji ta' Kasai. F'din il-kapaċità, Ramazani Shadari huwa għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta' atti li jikkostitwixxu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. |
29.5.2017 |
16. |
Kalev Mutondo, Kap (formalment Amministratur Ġenerali) tas-Servizz tal-Intelligence Nazzjonali (ANR) |
Magħruf ukoll bħala Kalev Katanga Mutondo, Kalev Motono, Kalev Mutundo, Kalev Mutoid, Kalev Mutombo, Kalev Mutond, Kalev Mutondo Katanga, Kalev Mutund. Data tat-twelid: 3.3.1957. Numru tal-passaport: DB0004470 (maħruġ: 8.6.2012, u jiskadi: 7.6.2017). |
Bħala l-Kap tas-Servizz tal-Intelligence Nazzjonali (ANR) għal żmien twil, Kalev Mutondo huwa involut fl-arrest arbitrarju, id-detenzjoni u t-trattament ħażin ta' membri tal-oppożizzjoni, attivisti tas-soċjetà ċivili u oħrajn, u responsabbli għal dawn l-atti. Għalhekk huwa dgħajjef l-istat ta' dritt u fixkel milli tintlaħaq soluzzjoni kunsenswali u paċifika għall-elezzjonijiet fir-RDK, kif ukoll kien involut fl-ippjanar jew id-direzzjoni ta' atti li jikkostitwixxu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. |
29.5.2017” |