This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D0609
Council Decision (EU) 2017/609 of 27 March 2017 on the conclusion, on behalf of the European Union and its Member States, of a Protocol to the Euro-Mediterranean Agreement establishing an Association between the European Community and its Member States, of the one part, and the Republic of Lebanon, of the other part, to take account of the accession of the Republic of Croatia to the European Union
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/609 tas-27 ta' Marzu 2017 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/609 tas-27 ta' Marzu 2017 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
ĠU L 86, 31.3.2017, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/609/oj
31.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 86/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/609
tas-27 ta' Marzu 2017
dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217 flimkien mal-Artikolu 218(6)(a),
Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra (2) (il-Ftehim) ġie ffirmat fil-Lussemburgu fis-17 ta' Ġunju 2002 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2006. |
(2) |
Ir-Repubblika tal-Kroazja saret Stat Membru tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju 2013. |
(3) |
Skont it-termini tal-Artikolu 6(2) tal-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja għall-Ftehim, għandha tiġi miftiehma permezz ta' Protokoll għall-Ftehim konkluż bejn il-Kunsill, li jaġixxi f'isem l-Unjoni u unanimament f'isem l-Istati Membri, u r-Repubblika Libaniża. |
(4) |
Fl-14 ta' Settembru 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ in-negozjati mar-Repubblika Libaniża. In-negozjati ġew konklużi b'suċċess. F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/859 (3), il-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, ġie ffirmat f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha fi Brussell fit-28 ta' April 2016. |
(5) |
Il-Protokoll għandu jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha (4).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 7 tal-Protokoll, sabiex jesprimu l-kunsens tal-Unjoni li tkun marbuta bil-Protokoll. (5)
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Marzu 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ABELA
(1) Il-kunsens tat-2 ta' Marzu 2017 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU L 143, 30.5.2006, p. 2.
(4) It-test ġie ppubblikat fil-ĠU L 144 tal-1.6.2016, p. 3, flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-firma.
(5) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ser tiġi ppubblikata f'il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.