This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D0594
Council Decision (EU) 2017/594 of 21 March 2017 on the conclusion of a Protocol to the Partnership and Cooperation Agreement establishing a partnership between the European Communities and their Member States, of the one part, and the Republic of Uzbekistan, of the other part, amending the Agreement in order to extend the provisions of the Agreement to bilateral trade in textiles, taking account of the expiry of the bilateral textiles Agreement
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/594 tal-21 ta' Marzu 2017 dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Uzbekistan, min-naħa l-oħra, li jemenda l-Ftehim sabiex jestendi d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għall-kummerċ bilaterali fit-tessuti, b'konsiderazzjoni tal-iskadenza tal-Ftehim bilaterali dwar it-tessuti
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/594 tal-21 ta' Marzu 2017 dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Uzbekistan, min-naħa l-oħra, li jemenda l-Ftehim sabiex jestendi d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għall-kummerċ bilaterali fit-tessuti, b'konsiderazzjoni tal-iskadenza tal-Ftehim bilaterali dwar it-tessuti
ĠU L 81, 28.3.2017, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/594/oj
28.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 81/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/594
tal-21 ta' Marzu 2017
dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Uzbekistan, min-naħa l-oħra, li jemenda l-Ftehim sabiex jestendi d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għall-kummerċ bilaterali fit-tessuti, b'konsiderazzjoni tal-iskadenza tal-Ftehim bilaterali dwar it-tessuti
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(v) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Fid-9 ta' Ġunju 2010 l-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tidħol f'negozjati mar-Repubblika tal-Uzbekistan biex jiġi emendat il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Użbekistan, min-naħa l-oħra (2) (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”), sabiex jiġi żgurat li l-prinċipji li japplikaw għall-kummerċ f'oġġetti oħra jiġu estiżi formalment ukoll għall-kummerċ tal-prodotti tat-tessuti. Dawn in-negozjati ġew konklużi b'suċċess u l-Protokoll li jemenda l-Ftehim billi tħassar l-Artikolu 16, u r-referenzi kollha għalih, ġie iniżjalat fl-1 ta' Lulju 2010. |
(2) |
Fil-qafas tan-negozjati sar qbil bejn iż-żewġ partijiet biex isir eżerċizju ta' tindif u titħassar dispożizzjoni teknika li m'għadx għandha użu li skadiet fl-1998 u l-Anness korrispondenti li jirreferi għaliha. |
(3) |
Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/250/UE (3) il-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Uzbekistan, min-naħa l-oħra, li jemenda l-Ftehim sabiex jestendi d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għall-kummerċ bilaterali tat-tessuti, b'konsiderazzjoni għall-iskadenza tal-Ftehim bilaterali dwar it-tessuti (minn hawn 'il quddiem “il-Protokoll”), ġie ffirmat fis-7 ta' April 2011, suġġett għall-konklużjoni tiegħu. |
(4) |
Il-Protokoll għandu jiġi konkluż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Uzbekistan, min-naħa l-oħra, li jemenda l-Ftehim sabiex jestendi d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għall-kummerċ bilaterali fit-tessuti, b'konsiderazzjoni tal-iskadenza tal-Ftehim bilaterali dwar it-tessuti, b'dan huwa approvat f'isem l-Unjoni (4).
It-trst tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 2 tal-Protokoll.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Marzu 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
E. SCICLUNA
(1) Il-kunsens ingħata fl-14.12.2016.
(2) ĠU L 229, 31.8.1999, p. 3.
(3) ĠU L 106, 27.4.2011, p. 1.
(4) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ser tiġi ppubblikata mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.