This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D0223
Commission Implementing Decision (EU) 2017/223 of 7 February 2017 authorising a laboratory in Brazil to carry out serological tests to monitor the effectiveness of rabies vaccines in dogs, cats and ferrets (notified under document C(2017) 572) (Text with EEA relevance. )
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/223 tas-7 ta' Frar 2017 li tawtorizza laboratorju fil-Brażil biex iwettaq it-testijiet seroloġiċi biex jissorvelja l-effikaċja tat-tilqim tal-klieb, tal-qtates u tal-inmsa kontra r-rabja (notifikata bid-dokument C(2017) 572) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/223 tas-7 ta' Frar 2017 li tawtorizza laboratorju fil-Brażil biex iwettaq it-testijiet seroloġiċi biex jissorvelja l-effikaċja tat-tilqim tal-klieb, tal-qtates u tal-inmsa kontra r-rabja (notifikata bid-dokument C(2017) 572) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2017/0572
ĠU L 34, 9.2.2017, p. 34–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
9.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 34/34 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/223
tas-7 ta' Frar 2017
li tawtorizza laboratorju fil-Brażil biex iwettaq it-testijiet seroloġiċi biex jissorvelja l-effikaċja tat-tilqim tal-klieb, tal-qtates u tal-inmsa kontra r-rabja
(notifikata bid-dokument C(2017) 572)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE tal-20 ta' Marzu 2000 li taħtar istituzzjoni speċifika sabiex tkun responsabbli biex tistabbilixxi l-kriterji neċessarji għall-istandardizzazzjoni ta' testijiet seroloġiċi biex issegwi l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni 2000/258/KE ħatret lill-Agence française de sécurité sanitaire des aliments (l-AFSSA) f'Nancy, Franza, bħala l-istitut speċifiku responsabbli mill-iffissar tal-kriterji meħtieġa biex jiġu standardizzati t-testijiet seroloġiċi għall-monitoraġġ tal-effikaċja tat-tilqim kontra r-rabja. L-AFSSA issa ġiet integrata fl-Agence nationale de sécurité sanitaire de l'alimentation, de l'environnement et du travail (l-ANSES) fi Franza. |
(2) |
Fost l-oħrajn, id-Deċiżjoni 2000/258/KE tipprevedi li l-ANSES għandha tivvaluta l-laboratorji f'pajjiżi terzi li jkunu applikaw għall-approvazzjoni biex iwettqu t-testijiet seroloġiċi għall-monitoraġġ tal-effikaċja tat-tilqim kontra r-rabja. |
(3) |
L-awtorità kompetenti tal-Brażil ressqet applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-laboratorju “LANAGRO/PE”, f'Recife, u l-ANSES stabbiliet u ssottomettiet lill-Kummissjoni rapport ta' valutazzjoni favorevoli bid-data tad-19 ta' Ottubru 2016 għal dan il-laboratorju. |
(4) |
Il-laboratorju “LANAGRO/PE”, f'Recife għandu għalhekk ikun awtorizzat li jwettaq it-testijiet seroloġiċi biex jissorvelja l-effikaċja tat-tilqim tal-klieb, tal-qtates u tal-inmsa kontra r-rabja. |
(5) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2000/258/KE, il-laboratorju msemmi hawn taħt huwa awtorizzat jwettaq it-testijiet seroloġiċi għall-monitoraġġ tal-effikaċja tal-vaċċini kontra r-rabja fil-klieb, fil-qtates u fl-inmsa:
LANAGRO/PE (Laboratório Nacional Agropecuário em Pernambuco) |
Rua Manoel de Medeiros, s/no |
Dois Irmãos — CEP: 52171-030 |
Recife/PE |
IL-BRAŻIL |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Marzu 2017.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Frar 2017.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 79, 30.3.2000, p. 40.