Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D0076

    Deċiżjoni tal-Kunsill (Euratom) 2017/76 tal-21 ta' Novembru 2016 li tapprova l-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

    ĠU L 12, 17.1.2017, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/76/oj

    Related international agreement

    17.1.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 12/22


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (Euratom) 2017/76

    tal-21 ta' Novembru 2016

    li tapprova l-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 101 tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, (“l-FSA”) ġie ffirmat fis-16 ta' Ġunju 2008 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2015 (1).

    (2)

    Ir-Repubblika tal-Kroazja saret Stat Membru tal-Unjoni fl-1 ta' Lulju 2013.

    (3)

    F'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tal-Att tal-2012 dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Kroazja mal-FSA għandha tiġi miftiehma permezz tal-konklużjoni ta' protokoll għall-FSA bejn il-Kunsill, li jaġixxi unanimament f'isem l-Istati Membri, u mill-pajjiż terz ikkonċernat.

    (4)

    Fl-24 ta' Settembru 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mal-Bożnija-Ħerzegovina sabiex tikkonkludi protokoll għall-FSA.

    (5)

    Dawk in-negozjati tlestew b'suċċess u l-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnja-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll”) ġie inizjalat fit-18 ta' Lulju 2016.

    (6)

    Il-Protokoll ikopri kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

    (7)

    Il-konklużjoni, mill-Kummissjoni, f'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Protokoll għandha tiġi approvata fir-rigward ta' kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

    (8)

    L-iffirmar u l-konklużjoni tal-Protokoll huma s-soġġett ta' proċedura separata fir-rigward ta' kwistjonijiet li jaqgħu taħt it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-konklużjoni mill-Kummissjoni Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (2) hija b'dan approvata.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Novembru 2016.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    P. PLAVČAN


    (1)  ĠU L 164, 30.6.2015, p. 2.

    (2)  Ara l-paġna 3 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


    Top