This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R2073
Commission Implementing Regulation (EU) 2016/2073 of 23 November 2016 on the reimbursement, in accordance with Article 26(5) of Regulation (EU) No 1306/2013 of the European Parliament and of the Council, of the appropriations carried over from financial year 2016
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2073 tat-23 ta' Novembru 2016 dwar ir-rimborż, f'konformità mal-Artikolu 26(5) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-approprjazzjonijiet riportati mis-sena finanzjarja tal-2016
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2073 tat-23 ta' Novembru 2016 dwar ir-rimborż, f'konformità mal-Artikolu 26(5) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-approprjazzjonijiet riportati mis-sena finanzjarja tal-2016
C/2016/7732
ĠU L 320, 26.11.2016, p. 25–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/12/2016
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32016R2362 | Sostituzzjoni | anness Test | 01/12/2016 |
26.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 320/25 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2073
tat-23 ta' Novembru 2016
dwar ir-rimborż, f'konformità mal-Artikolu 26(5) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-approprjazzjonijiet riportati mis-sena finanzjarja tal-2016
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(6) tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,
Billi:
(1) |
F'konformità mal-Artikolu 169(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-approprjazzjonijiet mhux impenjati li jirrigwardaw l-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (l-FAEG) kif imsemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jistgħu jiġu riportati għas-sena finanzjarja ta' wara. Dan ir-riport huwa limitat għal 2 % tal-approprjazzjonijiet inizjali u għall-ammont tal-aġġustament tal-pagamenti diretti kif imsemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) li kien applikat matul is-sena finanzjarja ta' qabel. Dan jista' jwassal għal pagament addizzjonali lill-benefiċjarji finali li kienu soġġetti għal dak l-aġġustament. |
(2) |
Skont l-Artikolu 26(5) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, b'deroga mill-Artikolu 169(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, l-Istati Membri għandhom jirrimborżaw dawk ir-riporti msemmija fl-Artikolu 169(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 lill-benefiċjarji finali li huma soġġetti għar-rata ta' aġġustament fis-sena finanzjarja li lejha jiġu riportati l-approprjazzjonijiet. Dak ir-rimborż japplika biss għall-benefiċjarji finali f'dawk l-Istati Membri fejn id-dixxiplina finanzjarja kienet tapplika (4) fis-sena finanzjarja preċedenti. |
(3) |
Meta jkun qed jiġi stabbilit l-ammont ta' riport li għandu jiġi rimborżat, skont l-Artikolu 26(7) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, għandhom jiġu kkunsidrati l-ammonti tar-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu msemmija fl-Artikolu 25 ta' dak ir-Regolament li ma jkunux intużaw għall-miżuri għall-kriżijiet sa tmiem is-sena finanzjarja. |
(4) |
F'konformità mal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) 2015/1146 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), id-dixxiplina finanzjarja tiġi applikata għall-pagamenti diretti fir-rigward tas-sena kalendarja tal-2015 biex tistabbilixxi riżerva ta' EUR 441,6 miljun għall-kriżijiet. Ir-riżerva għall-kriżijiet ma ntużatx fis-sena finanzjarja tal-2016. |
(5) |
Skont id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa tal-Istati Membri għall-perjodu mis-16 ta' Ottubru 2015 sal-15 ta' Ottubru 2016, it-tnaqqis tad-dixxiplina finanzjarja applikat attwalment mill-Istati Membri fis-sena finanzjarja tal-2016 jammonta għal EUR 435 miljun. |
(6) |
Għaldaqstant, approprjazzjonijiet mhux użati li jikkorrispondu għall-ammont tad-dixxiplina finanzjarja applikata fis-sena finanzjarja tal-2016 ta' EUR 435 miljun, li jibqa' taħt il-limitu ta' 2 % tal-approprjazzjonijiet inizjali, jistgħu jiġu riportati għas-sena finanzjarja tal-2017 wara deċiżjoni tal-Kummissjoni skont il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 169(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. |
(7) |
Sabiex ikun żgurat li r-rimborż ta' dawk l-approprjazzjonijiet lid-destinatarji finali jibqa' proporzjonat mal-ammont tal-aġġustament tad-dixxiplina finanzjarja, jixraq li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-ammonti disponibbli għall-Istati Membri għar-rimborż. |
(8) |
Sabiex jiġi evitat li l-Istati Membri jkollhom jagħmlu pagament addizzjonali għal dan il-rimborż, dan ir-Regolament irid japplika mill-1 ta' Diċembru 2016. Għaldaqstant, l-ammonti stabbiliti minn dan ir-Regolament huma definittivi u japplikaw, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' tnaqqis skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, għal kwalunkwe korrezzjoni oħra kkunsidrata fid-deċiżjoni dwar il-pagament ta' kull xahar li tikkonċerna n-nefqa magħmula mill-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri għal Ottubru 2016, f'konformità mal-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, u għal kwalunkwe tnaqqis u pagamenti supplimentari li għandhom isiru skont l-Artikolu 18(4) ta' dak ir-Regolament, jew għal kwalunkwe deċiżjoni li se tittieħed fil-qafas tal-proċedura tal-approvazzjoni tal-kontijiet. |
(9) |
F'konformità mal-Artikolu 169(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, l-approprjazzjonijiet mhux impenjati jistgħu jiġu riportati għas-sena finanzjarja ta' wara biss. Għalhekk jixraq li l-Kummissjoni tistabbilixxi dati ta' eliġibilità għan-nefqa tal-Istati Membri b'rabta mar-rimborż skont l-Artikolu 26(5) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, filwaqt li tqis is-sena finanzjarja agrikola kif definita fl-Artikolu 39 ta' dak ir-Regolament. |
(10) |
Sabiex jitqies il-perjodu qasir taż-żmien bejn il-komunikazzjoni tal-eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet tal-FAEG għall-2016 taħt ġestjoni konġunta għall-perjodu mis-16 ta' Ottubru 2015 sal-15 ta' Ottubru 2016 mill-Istati Membri u l-ħtieġa li jiġi applikat dan ir-Regolament mill-1 ta' Diċembru 2016, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-ammonti tal-approprjazzjonijiet li se jiġu riportati mis-sena finanzjarja tal-2016 f'konformità mal-Artikolu 169(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, u li, f'konformità mal-Artikolu 26(5) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, qed isiru disponibbli għall-Istati Membri għar-rimborż għall-benefiċjarji finali li huma soġġetti għar-rata ta' aġġustament fis-sena finanzjarja tal-2017, huma stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
L-ammonti li se jiġu riportati huma soġġetti għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar ir-riporti f'konformità mal-ħames subparagrafu tal-Artikolu 169(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.
Artikolu 2
In-nefqa tal-Istati Membri b'rabta mar-rimborż tal-approprjazzjonijiet riportati għandha tkun eliġibbli biss għall-finanzjament tal-Unjoni jekk l-ammonti rilevanti jkunu tħallsu lill-benefiċjarji qabel is-16 ta' Ottubru 2017.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu jibda japplika mill-1 ta' Diċembru 2016.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Novembru 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(2) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).
(4) Id-dixxiplina finanzjarja ma tapplikax fis-sena finanzjarja tal-2016 fil-Bulgarija, fil-Kroazja u fir-Rumanija skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.
(5) Ir-Regolament (UE) 2015/1146 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Lulju 2015 li jiffissa r-rata ta' aġġustament prevista fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1306/2013 għall-pagamenti diretti għas-sena kalendarja 2015 (ĠU L 191, 17.7.2015, p. 6).
ANNESS
L-ammonti disponibbli għar-rimborż tal-approprjazzjonijiet riportati
(ammonti f'EUR) |
|
Il-Belġju |
6 414 552 |
Ir-Repubblika Ċeka |
11 049 216 |
Id-Danimarka |
10 864 696 |
Il-Ġermanja |
60 049 657 |
L-Estonja |
1 293 797 |
L-Irlanda |
13 600 170 |
Il-Greċja |
17 254 566 |
Spanja |
55 869 779 |
Franza |
90 755 440 |
L-Italja |
39 147 477 |
Ċipru |
368 399 |
Il-Latvja |
1 676 449 |
Il-Litwanja |
3 462 420 |
Il-Lussemburgu |
416 787 |
L-Ungerija |
15 068 124 |
Malta |
34 366 |
In-Netherlands |
8 963 299 |
L-Awstrija |
7 080 542 |
Il-Polonja |
25 435 226 |
Il-Portugall |
6 735 448 |
Is-Slovenja |
987 364 |
Is-Slovakkja |
5 646 824 |
Il-Finlandja |
6 067 712 |
L-Iżvezja |
7 922 613 |
Ir-Renju Unit |
38 847 027 |